Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0163

    Kawża C-163/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas- 27 ta' Novembru 2007 — Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi, Musa Akar vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet — Ammissibbiltà — Rekwiżiti proċedurali essenzjali — Rappreżentanza obbligatorja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn avukat li għandu l-kapaċità li jidher quddiem qorti ta' Stat Membru — Appell manifestament infondat)

    ĠU C 51, 23.2.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 51/30


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Novembru 2007 — Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi, Musa Akar vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-163/07 P) (1)

    (Appell - Kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet - Ammissibbiltà - Rekwiżiti proċedurali essenzjali - Rappreżentanza obbligatorja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn avukat li għandu l-kapaċità li jidher quddiem qorti ta' Stat Membru - Appell manifestament infondat)

    (2008/C 51/50)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi, Musa Akar [rappreżentant: C. Șahin, Rechtsanwalt]

    Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: P. van Nuffel u F. hoffmeister, aġenti]

    Suġġett

    Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret u Akar vs Il-Kummissjoni (T-129/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005, dwar l-għoti ta' kuntratt pubbliku ta' xogħol għall-bini ta' stabbilimenti ta' tagħlim fil-provinċji ta' Siirt u ta' Diyarbakir u, min-naħa l-oħra, għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tal-proċedura in kwistjoni. — Nuqqas ta' informazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq in-neċessità ta' rappreżentanza minn avukat li għandu l-kapaċità li jeżerċita quddiem il-qorti ta' Stat Membru fil-każ ta' rikors kontra d-deċiżjoni — Preżentata tardiva tar-rikors issanat

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi u Musa Akar huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


    Top