This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0523
Case C-523/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 2 April 2009 (reference for a preliminary ruling from the Korkein hallinto-oikeus (Finland)) — proceedings brought by A (Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and the matters of parental responsibility — Regulation (EC) No 2201/2003 — Substantive scope — Definition of civil matters — Decision relating to the taking into care and placement of children outside the family home — Child’s habitual residence — Protective measures — Jurisdiction)
Kawża C-523/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — fil-kawża mibdija minn A (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċetti ta’ materji ċivili — Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali — Residenza abitwali tal-minuri — Miżuri protettivi — Ġurisdizzjoni)
Kawża C-523/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — fil-kawża mibdija minn A (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċetti ta’ materji ċivili — Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali — Residenza abitwali tal-minuri — Miżuri protettivi — Ġurisdizzjoni)
ĠU C 141, 20.6.2009, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — fil-kawża mibdija minn A
(Kawża C-523/07) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċetti ta’ “materji ċivili” - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali - Residenza abitwali tal-minuri - Miżuri protettivi - Ġurisdizzjoni)
2009/C 141/22
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(d), 8(1), 13(1) u 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, pag. 1) — Infurzar ta’ deċiżjoni unika dwar it-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali, adottati fil-kuntest ta’ misuri ta’ dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija — Sitwazzjoni ta’ minuri li għandu residenza permanenti fi Stat Membru, iżda jirrisjedi fi Stat Membru ieħor mingħajr residenza fissa.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija. |
2) |
Il-kunċett ta’ “residenza abitwali”, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li din ir-residenza tikkorrispondi mal-post li jindika ċertu integrazzjoni f’ambjent soċjali u ta’ familja. Għal dan il-għan, għandhom b’mod partikolari jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul, r-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet wara r-residenza fuq it-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, iċ-ċittadinanza tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi kif ukoll ir-rapporti familjari u soċjali tal-minuri ma’ dan l-Istat. Huwa għall-qorti nazzjonali li tistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri billi tieħu inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali kollha li huma partikolari għal kull każ. |
3) |
Miżura protettiva, bħal dik tat-teħid taħt kura ta’ minuri, tista’ tiġi deċiża minn qorti nazzjonali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003 malli jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-implementazzjoni ta’ din il-miżura kif ukoll in-natura vinkolanti ta’ din tal-aħħar huma stabbiliti b’mod konformi mad-dritt nazzjonali. Wara l-implementazzjoni tal-miżura protettiva, il-qorti nazzjonali m’għandhiex għalfejn tirreferi l-kawża lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni. Madankollu, safejn dan huwa mitlub għall-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri, il-qorti nazzjonali li implementat il-miżuri provviżorji jew protettivi għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ċentrali maħtur skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |
4) |
Fil-każ fejn il-qorti ta’ Stat Membru m’għandha l-ebda ġurisdizzjoni, din għandha tiddikjara ex officio li hija m’għandhiex ġurisdizzjoni, mingħajr m’għandha tirrinvija l-kawża lil qorti oħra. Madankollu, sakemm il-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri jeħtieġ dan, il-qorti nazzjonali li tiddikjara ex officio li m’għandhiex ġurisdizzjoni għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ċentrali maħtur skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |