Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62007CA0518
Case C-518/07: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 9 March 2010 — European Commission v Federal Republic of Germany (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 95/46/EC — Protection of individuals with regard to the processing of personal data and the free movement of such data — Article 28(1) — National supervisory authorities — Independence — Administrative scrutiny of those authorities)
Kawża C-518/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 95/46/KE — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u fir-rigward tal-moviment liberu ta’ din id-data — Artikolu 28(1) — Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni — Indipendenza — Superviżjoni amministrattiva eżerċitata fuq dawn l-awtoritajiet)
Kawża C-518/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 95/46/KE — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u fir-rigward tal-moviment liberu ta’ din id-data — Artikolu 28(1) — Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni — Indipendenza — Superviżjoni amministrattiva eżerċitata fuq dawn l-awtoritajiet)
ĠU C 113, 1.5.2010, s. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-518/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/46/KE - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u fir-rigward tal-moviment liberu ta’ din id-data - Artikolu 28(1) - Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni - Indipendenza - Superviżjoni amministrattiva eżerċitata fuq dawn l-awtoritajiet)
2010/C 113/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey, C. Ladenburger u H. Krämer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: H. Hijmans u A. Scirocco, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom b’indipendenza totali — Issuġġettar għas-sorveljanza mill-Istat tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fil-Länder inkarigati mis-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali fis-settur mhux pubbliku
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, billi ssuġġettat l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kompetenti għas-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali mill-korpi mhux pubbliċi u l-impriżi rregolati mid-dritt pubbliku li jikkompetu fis-suq (öffentlich-rechtliche Wettbewerbsunternehmen) fid-diversi Länder għas-superiviżjoni tal-Istat, u billi b’hekk ittrasponiet b’mod żbaljat l-eżiġenza li tgħid li dawn l-awtoritajiet għandhom jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom “b’indipendenza totali”. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |