This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0489
Case C-489/07: Judgment of the Court (First Chamber) of 3 September 2009 (reference for a preliminary ruling from the Amtsgericht Lahr (Germany)) — Pia Messner v Firma Stefan Krüger (Directive 97/7/EC — Consumer protection — Distance contracts — Exercise by the consumer of the right of withdrawal — Compensation for use to be paid to the seller)
Kawża C-489/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lahr — il-Ġermanja) — Pia Messner vs Firma Stefan Krüger (Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur — Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ)
Kawża C-489/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lahr — il-Ġermanja) — Pia Messner vs Firma Stefan Krüger (Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur — Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ)
ĠU C 256, 24.10.2009, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 256/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lahr — il-Ġermanja) — Pia Messner vs Firma Stefan Krüger
(Kawża C-489/07) (1)
(Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur - Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ)
2009/C 256/06
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Lahr
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pia Messner
Konvenuta: Firma Stefan Krüger
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Lahr — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi inrigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU L 144, p. 19) — Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur — Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi inrigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi b’mod ġenerali għall-possibbiltà li l-bejjiegħ jitlob mingħand il-konsumatur kumpens għall-użu ta’ oġġett akkwistat permezz ta’ kuntratt mill-bogħod fil-każ li l-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu fit-termini previsti.
Madankollu, dawn l-istess dispożizzjonijiet ma jipprekludux li l-konsumatur ikun obbligat iħallas kumpens għall-użu ta’ dan l-oġġett fis-sitwazzjoni fejn dan ikun uża l-imsemmi oġġett b’mod inkompatibbli mal-prinċipji tad-dritt ċivili, bħall-bona fide jew l-arrikkiment indebitu, bil-kundizzjoni iżda li ma jkunux ippreġudikati l-għan ta’ din id-direttiva u, b’mod partikolari, l-effikaċità u l-effettività tad-dritt ta’ rtirar, ħaġa din li għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju.