Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0466

    Kawża C-466/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Dietmar Klarenberg vs Ferrotron Technologies GmbH (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta' impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kunċett ta' trasferiment — Trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra — Awtonomija fl-organizzazzjoni wara t-trasferiment)

    ĠU C 82, 4.4.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Dietmar Klarenberg vs Ferrotron Technologies GmbH

    (Kawża C-466/07) (1)

    (Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta' impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta' “trasferiment’ - Trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra - Awtonomija fl-organizzazzjoni wara t-trasferiment)

    (2009/C 82/08)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesarbeitsgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Dietmar Klarenberg

    Konvenuta: Ferrotron Technologies GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesarbeitsgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23/KE għat-trasferiment ta' parti min-negozju lil impriża oħra li tintegra fl-istruttura organizzativa tagħha l-parti tan-negozju ttrasferita mingħajr ma żżomm l-awtonomija organizzativa ta' din tal-aħħar — Kunċett ta' “trasferiment” fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozju, għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar tista' tapplika wkoll f'sitwazzjoni fejn il-parti tal-impriża jew tan-negozju ttrasferita ma żżommx l-awtonomija tagħha fis-sens organizzattiv, bil-kundizzjoni li tinżamm ir-rabta funzjonali bejn il-fatturi differenti ta' produzzjoni ttrasferiti u li din ir-rabta tippermetti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment tuża dawn tal-aħħar sabiex tkompli attività ekonomika identika jew analoga, kundizzjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 8, 8.12.2008.


    Top