Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0453

    Kawża C-453/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Giessen — Il-Ġermanja) — Hakan Er vs Wetteraukreis (Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni — It-tieni subinċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 — Dritt ta' residenza għat-tifel li laħaq l-età legali ta' ħaddiem Tork — Nuqqas ta' eżerċizzju ta' attività bi ħlas — Kundizzjonijiet tat-telf tad-drittijiet miksuba)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Giessen — Il-Ġermanja) — Hakan Er vs Wetteraukreis

    (Kawża C-453/07) (1)

    (Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni - It-tieni subinċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 - Dritt ta' residenza għat-tifel li laħaq l-età legali ta' ħaddiem Tork - Nuqqas ta' eżerċizzju ta' attività bi ħlas - Kundizzjonijiet tat-telf tad-drittijiet miksuba)

    (2008/C 301/22)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Giessen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hakan Er

    Konvenuta: Wetteraukreis

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Giessen — Interpretazzjoni tat-tieni subinċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni kif ukoll tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali dwar il-fażi tranżitorja prevista fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 u konkluż, approvat u iffirmat f'isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 (ĠU L 293, p.1) — Dritt ta' residenza ta' ċittadin Tork li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala minorenni fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja — Telf tad-dritt ta' residenza — Nuqqas ta' attività ekonomika legali wara li l-persuna kkonċernata laħqet l-età legali

    Dispożittiv

    Ċittadin Tork li kien awtorizzat li jidħol fit-territorju ta' Stat Membru bħala minorenni fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja u li kiseb id-dritt tal-libertà ta' aċċess għal kull attività bi ħlas tal-għażla tiegħu skond it-tieni subinċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, ma jitlifx id-dritt ta' residenza f'dan l-Istat li huwa l-korollarju ta' dan id-dritt tal-libertà ta' aċċess minkejja li, ta' 23 sena, huwa ma eżerċitax attivitajiet bi ħlas sa minn kemm ilu li spiċċa l-iskola ta' 16-il sena u pparteċipa fl-iskemi ta' l-Istat sabiex isib xogħol mingħajr, madankollu, ma kkompletahom sa l-aħħar.


    (1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


    Top