Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0411

    Kawża C-411/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag, l-Olanda) — X.B.V. vs Staatssecretaris van Financiën (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 8541, 8542 u 8543 — Optocouplers)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag, l-Olanda) — X.B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-411/07) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8541, 8542 u 8543 - Optocouplers)

    (2008/C 301/21)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden Den Haag

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X.B.V.

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta' Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1) — Ċirkuwitu ottiku elettriku, li jagħmel parti integrali minn magna, magħluq ġo kaxxa tal-plastik tal-plastik u li jinkludi diode li jixħet id-dawl (light emitting diode jew LED), film tal-plastik, fotoditekter u ċirkuwitu li jamplifika, u li huwa intiż sabiex jiġi inkorporat fi strumenti ta' telekomunikazzjoni, f'kompjuters, fi prodotti elettroniċi għal użu komuni u f'magni li jintużaw fl-industrija — Intestaturi 8541, 8542 u 8543 tan-NM

    Dispożittiv

    In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta' Awwissu 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li optocoupler, indipendentament mill-kwistjoni jekk fihx ċirkuwitu li jamplifika jew le, jaqa' fl-intestatura 8541.


    (1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


    Top