This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0375
Case C-375/07: Judgment of the Court (Second Chamber) of 20 November 2008 (reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — Staatssecretaris van Financiën v Heuschen & Schrouff Oriëntal Foods Trading BV (Reference for a preliminary ruling — Validity of a classification regulation — Interpretation of the Annex to Regulation (EC) No 1196/97 — Articles 220 and 239 of the Customs Code — Articles 871 and 905 of Regulation (EEC) No 2454/93 — Dried sheets consisting of rice flour, salt and water — Tariff classification — Post-clearance recovery of import duties — Procedure for remission — Detectable error on the part of the customs authorities — Obvious negligence on the part of the importer)
Kawża C-375/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV (Talba għal deċiżjoni preliminari — Validità ta' regolament ta' klassifikazzjoni — Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1196/97 — Artikoli 220 u 239 tal-Kodiċi Doganali — Artikoli 871 u 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma — Klassifikazzjoni tariffarja — Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni — Proceduri ta' remissjoni — Żball tal-awtoritajiet doganali li seta' jiġi individwat — Traskuraġni manifest tal-importatur)
Kawża C-375/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV (Talba għal deċiżjoni preliminari — Validità ta' regolament ta' klassifikazzjoni — Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1196/97 — Artikoli 220 u 239 tal-Kodiċi Doganali — Artikoli 871 u 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma — Klassifikazzjoni tariffarja — Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni — Proceduri ta' remissjoni — Żball tal-awtoritajiet doganali li seta' jiġi individwat — Traskuraġni manifest tal-importatur)
ĠU C 6, 10.1.2009, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV
(Kawża C-375/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Validità ta' regolament ta' klassifikazzjoni - Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1196/97 - Artikoli 220 u 239 tal-Kodiċi Doganali - Artikoli 871 u 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma - Klassifikazzjoni tariffarja - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Proceduri ta' remissjoni - Żball tal-awtoritajiet doganali li seta' jiġi individwat - Traskuraġni manifest tal-importatur)
(2009/C 6/11)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1997, li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda (ĠU L 170, p. 13), tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 (ĠU L 212, p. 18) u tal-Artikolu 871(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, p. 1) — Folji nexfin magħmulin minn dqiq tar-ross, melħ u ilma — Klassifikazzjoni tariffarja fl-intestatura 1905 tan-NM — Irkupru a posteriori tad-dazji doganali — Żball tal-awtoritajiet doganali li “ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas” — Riferiment obbligatorju lill-Kummissjoni.
Dispożittiv
1) |
Il-folji magħmula minn dqiq tar-ross, melħ u ilma, li huma mnixxfin, iżda li ma jiġux sottoposti għal trattament termiku, jaqgħu taħt is-subintestatura 1905 90 20 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/97, tat-13 ta' Awwissu 1997. |
2) |
L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva ebda element li huwa kapaċi jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/97 tas-27 ta' Ġunju 1997 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda. |
3) |
Meta Stat Membru jippreżenta lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta' Diċembru 1996, u meta din tkun diġà adottat deċiżjoni li tkun tinkludi evalwazzjonijiet ta' dritt jew ta' fatt f'każ partikolari ta' operazzjonijiet ta' importazzjoni, dawn l-evalwazzjonijiet jivvinkolaw lill-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru destinatajru ta' din id-deċiżjoni, skont l-Artikolu 249 KE, inklużi l-qrati tiegħu li jkunu ntalbu jevalwaw dan l-istess każ fid-dawl tal-Artikolu 220 tal-imsemmi Regolament. Jekk l-importatur ikun ippreżenta, fit-terminu previst mill-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq it-talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 239 tal-imsemmi Regolament, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi jekk għandhiex jew tissospendi l-proċedimenti sakemm tingħata d-deċiżjoni definittiva fuq dan ir-rikors għal annullament, jew tagħmel hija stess talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biex tiġi eżaminata l-validità. |