Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0019

    Kawża C-19/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Paul Chevassus-Marche vs Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME) (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 86/653/KEE — Aġenti kummerċjali indipendenti — Dritt għall-kommissjoni ta' aġent fdat b'żona ġeografika — Operazzjonijiet konklużi mingħajr l-intervent tal-prinċipal)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Paul Chevassus-Marche vs Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME)

    (Kawża C-19/07) (1)

    (Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 86/653/KEE - Aġenti kummerċjali indipendenti - Dritt għall-kommissjoni ta' aġent fdat b'żona ġeografika - Operazzjonijiet konklużi mingħajr l-intervent tal-prinċipal)

    (2008/C 64/16)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Paul Chevassus-Marche

    Konvenuti: Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 86/653/KEE tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, p. 17) — Ksur tal-kuntratt ta' aġenzija — Kommissjoni dovuta lill-aġent kummerċjali inkarigat minn settur ġeografiku jew minn grupp ta' persuni partikolari — Eżistenza ta' dritt għal din il-kommissjoni fin-nuqqas ta' kontroll, dirett jew indirett, eżerċitat mill-mandant fuq l-operazzjonijiet imwettqa bejn terz u klijent li jappartjeni għas-settur ġeografiku fdat lill-aġent

    Dispożittiv

    L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġent kummerċjali fdat b'żona ġeografika determinata ma għandux dritt għall-kommissjoni fuq operazzjonijiet konklużi minn klijenti li jappartjenu lil din iż-żona ma' terza persuna fin-nuqqas ta' intervent, dirett jew indirett, tal-prinċipal.


    (1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


    Top