Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TO0373

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008.
    Matthias Rath vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican Forte - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors manifestament infondat fid-dritt.
    Kawża T-373/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:312





    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2008 – Rath vs UASI – Grandel (Epican Forte)

    (Kawża T-373/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican Forte – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33, 65, 66)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1069/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Grandel GmbH u Matthias Rath.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Matthias Rath

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali Epican Forte għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 2525251

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Dr. Grandel GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali EPIGRAN, inizjalment irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5, li attwalment għadha rreġistrata għal prodotti fil-klassi 3 (Trade mark Komunitarja Nru 560292), peress li l-oppożizzjoni ġiet diretta biss kontra r-reġistrazzjoni fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment


     Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    2)

    Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Dr. Grandel GmbH.

    Top