Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0267

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2012.
    Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Korrezzjonijiet finanzjarji — Frott u ħaxix — Ħażna pubblika ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella.
    Kawża T-267/06.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:69





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-267/06)

    “FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Korrezzjonijiet finanzjarji — Frott u ħaxix — Ħażna pubblika ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella”

    1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70 u Nru 1258/1999) (ara l-punti 31, 72, 94-97)

    2.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 35-38, 78)

    3.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Introduzzjoni ta’ modulazzjoni tar-rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà skont ir-riskju maħluq għall-FAEGG mill-gravità tan-nuqqas imputabbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova (ara l-punt 42)

    4.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Proċedura ta’ konċiljazzjoni —Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni — Assenza ta’ effett vinkolanti (ara l-punt 45)

    5.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Limitazzjoni taċ-ċaħda ta’ finanzjament — Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar — Bidu tad-dekorrenza — Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultat tal-kontrolli — Kontenut (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 50-52)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta’ Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-ħażna pubblika ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    Top