Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0179

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ġunju 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Burie Onderzoek en Advies BV.
    Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali - Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà parzjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Kontrotalba.
    Kawża T-179/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:171





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' Ġunju 2009 – Il-Kummissjoni vs Burie Onderzoek en Advies

    (Kawża T-179/06)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali – Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà parzjali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Kontrotalba”

    Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 59-62, 100)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-klawżola tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Burie Onderzoek en Advies BV għar-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, kif ukoll l-interessi moratorji abbażi ta’ żewġ kuntratti ta’ finanzjament fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata tal-komunikazzjoni fl-Ewropa u tal-applikazzjonijiet telematiċi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors għar-rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni abbażi tal-kuntratt Barbara (Broad Range of Community Based Telematics Applications in Rural Areas), li għandu r-referenza “Proġett R 2022”, huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa dirett kontra Burie Onderzoek en Advies BV, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal‑Prim’Istanza li tiddeċiedi fuq dan.

    2)

    Burie Onderzoek en Advies hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Telepromise (Telematics to Provide for Missing Services), li għandu r‑referenza “Proġett UR 1028”, tħallas lill-Kummissjoni s-somma kapitali ta’ EUR 109 535.62, barra mill-interessi moratorji bir-rata legali applikabbli fil-Pajjiżi l-baxxi mill-31 ta’ Awwissu 2001 sakemm jitħallas id-dejn kollu.

    3)

    Il-kontrotalba ta’ Burie Onderzoek en Advies hija miċħuda.

    4)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top