Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0135

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tad-29 ta' Settembru 2010.
    Al-Bashir Mohammed Al-Faqih et. vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
    Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi diretti kontra persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta' fondi - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.
    Każijiet T-135/06 sa T-138/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:412





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 – Al‑Faqih et vs Il-Kunsill

    (Kawżi T-135/06 sa T-138/06)

    “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi diretti kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet fundamentali – Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv”

    1.                     Proċedura - Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata -Element ġdid - Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali - Limiti - Talbiet intiżi għal deċiżjonijiet eventwali futuri - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 26)

    2.                     Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Regolament li jimponi miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Portata - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra u nuqqas ta’ smigħ tal-imsemmija persuni u entitajiet - Ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002, Artikolu 2 u l-Anness I) (ara l-punt 34)

    3.                     Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Regolament li jimponi miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra u nuqqas ta’ smigħ tal-imsemmija persuni u entitajiet - Ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002, Artikolu 2 u l-Anness I) (ara l-punti 35-39)

    4.                     Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet - Regolament li jimponi miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ġenerali u persistenti tal-fondi, beni u riżorsi ekonomiċi oħra tal-imsemmija persuni u entitajiet mingħajr smigħ ta’ dawn tal-aħħar - Ksur tad-dritt għall-proprjetà (Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002, Artikolu 2 u l-Anness I) (ara l-punti 40-42)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Vol. 1, p. 294) kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006 (ĠU L 40, p. 13), li jniżżel l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T‑135/06 sa T‑138/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Taher Nasuf, Ghunia Abdrabbah, u Sanabel Relief Agency Ltd.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll is-somom imħallsa minn qabel mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali.

    4)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

    Top