Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0099

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-23 ta' Settembru 2009.
    Phildar SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FILDOR - Trade mark nazzjonali semifigurattiva preċedenti PHILDAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FILDOR - Trade marks internazzjonali verbali u semifigurattivi preċedenti PHILDAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), Artikoli 62 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikoli 64 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-99/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:346





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta' Settembru 2009 – Phildar vs UASI – Comercial Jacinto Parera (FILDOR)

    (Kawża T‑99/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FILDOR – Trade mark nazzjonali semifigurattiva preċedenti PHILDAR – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FILDOR – Trade marks internazzjonali verbali u semifigurattivi preċedenti PHILDAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), Artikoli 62 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l‑Artikoli 64 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 68‑85)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Phildar SA u Commercial Jacinto Parera, SA.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Comercial Jacinto Parera, SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali FILDOR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 22 sa 26 – Applikazzjoni Nru 831834

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

    Phildar SA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade marks verbali u figurattivi nazzjonali u internazzjonali FILDOR u PHILDAR għal prodotti fil-klassijiet 22 sa 26

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

    Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja inkwistjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni annullata


    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2), hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top