EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0071

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007.
Enercon GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta l-kisja ta’ barra ta’ apparat li jittrasforma l-enerġija tar-riħ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Kawża T-71/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:342





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Novembru 2007 – Enercon vs UASI (Apparat li jittrasforma l-enerġija tar-riħ)

(Kawża T-71/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta l-kisja ta’ barra ta’ apparat li jittrasforma l-enerġija tar-riħ – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 31)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-30 ta’ Novembru 2005 (Każ R 179/2005-2) li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tridimensjonali (parti minn apparat li jittrasforma l-enerġija tar-riħ f’forma ta’ ballun tal-futbol Amerikan) bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Enercon GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-kisja ta’ barra ta’ apparat li jittrasforma l-enerġija tar-riħ għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 7 – Nru 2496743

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


 Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


Top