Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0021

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Ottubru 2009.
    ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Għajnuna mill-Istat -Televiżjoni diġitali terrestri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża.
    Kawża T-21/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:387





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-21/06)

    “Għajnuna mill-Istat –Televiżjoni diġitali terrestri – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”

    1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 50, 51)

    2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża (ara l-punti 77-79)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top