Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0281

    Kawża T-281/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ April 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana — Irregolaritajiet fil-kontrolli ta’ kwalità — Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata — Proporzjonalità )

    ĠU C 141, 20.6.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/38


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-281/06) (1)

    (“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna li tikkumpensa lill-produtturi tal-banana - Irregolaritajiet fil-kontrolli ta’ kwalità - Tip ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata - Proporzjonalità”)

    2009/C 141/77

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE tas-27 ta’ Lulju 2006 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), safejn din tipprovdi korrezzjoni finanzjarja applikabbli għall-ispejjeż iddikjarati mir-Renju ta’ Spanja bħala kumpens lill-produtturi tal-banana għas-snin 2002 u 2003.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


    Top