Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0263

    Kawża T-263/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali — Terminu ta' 24 xahar — Evalwazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu esklużi — Kontrolli fundamentali — Prinċipju ta' ne bis in idem — Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta' nuqqasijiet — Prinċipju ta' proporzjonalità )

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/26


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-263/06) (1)

    (“FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali - Terminu ta' 24 xahar - Evalwazzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu esklużi - Kontrolli fundamentali - Prinċipju ta' ne bis in idem - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta' nuqqasijiet - Prinċipju ta' proporzjonalità’)

    (2009/C 19/47)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u G. Kanellopoulos, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-miżuri ta' akkompanjament għall-iżvilupp rurali.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


    Top