Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FB0105

    Kawża F-105/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2011 — Lübking et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2005 — Struttura ġdida tal-karrieri — Karriera itwal minħabba l-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma għandhomx ekwivalenti fir-Regolamenti tal-Persunal l-antiki — Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-DĠI li japplikaw mill-2005 — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Effett retroattiv tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal data qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 — Miżuri tranżitorji — Rikors li għandu manifestament jiġi miċħud)

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/38


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 — Lübking et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-105/06) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Struttura ġdida tal-karrieri - Karriera itwal minħabba l-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma għandhomx ekwivalenti fir-Regolamenti tal-Persunal l-antiki - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-DĠI li japplikaw mill-2005 - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Effett retroattiv tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal data qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors li għandu manifestament jiġi miċħud)

    2011/C 340/78

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Johannes Lübking et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Simm u B. Driessen, sussegewentement M. Bauer, J Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 85 2005, tat-23 ta’ Novembru 2005, sa fejn din tipprovdi għall-promozzjoni tar-rikorrenti fil-grad A*9 u mhux fil-grad A*10, abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2005.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-rikorrenti u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jbatu l-ispejjeż tagħha rispettivament.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 281, 18.11.06, p. 45.


    Top