Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FA0148

    Kawża F-148/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Collée vs Il-Parlament Ewropew (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura għall-allokazzjoni ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew — Eżami komparattiv tal-merti)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/69


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Collée vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża F-148/06) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura għall-allokazzjoni ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew - Eżami komparattiv tal-merti)

    (2009/C 44/119)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Laurent Collée (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u A. Lukošiūtė)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta' Jannar 2006 li talloka lir-rikorrent żewġ punti ta' mertu skont il-proċedura ta' promozzjoni 2004 u, min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni tal-illegalità tal-punt I.3 tal-“Istruzzjonijiet dwar il-proċedura ta' allokazzjoni ta' punti ta' promozzjoni” tal-Parlament Ewopew tat-13 ta' Ġunju 2002.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jingħataw 2 punti ta' mertu lil L. Collée fil-proċedura ta' promozzjoni 2004 hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 42, 24.2.2007, p. 48.


    Top