Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0066

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima.
    Kawża C-66/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:637





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Novembru 2008 – Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda

    (Kawża C‑66/06)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent – Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima”

    1.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 31)

    2.                     Ambjent – Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, Artikoli 2(1) u 4(2), u Annessi II, punt 1(a) sa (ċ), u III) (ara l-punt 85 u d-dispożittiv 1)

    3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 91)

    4.                     Ambjent – Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, Artikoli 2(1) u 4(2), u Annessi II, punt 1(f), u III) (ara l-punti 93, 95 u d-dispożittiv 1)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2), (3) u (4) tad‑Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal‑effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p.40), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 73, p.5) - Awtorizzazzjonijiet mogħtija mingħajr stima.

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx, skont l-Artikoli 2(1) u 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal‑Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex, qabel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l‑ambjent u li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ proġetti msemmijin fil-punt 1(a) sa (ċ) u (f) tal-Anness II ta’ din id-direttiva jiġu suġġetti għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għal evalwazzjoni tal-effetti tagħhom f’dan ir-rigward, b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 tal‑imsemmija direttiva, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din l-istess direttiva.

    2)

    L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top