Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0257

    Kawża C-257/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma (Artikolu 28 KE — Direttiva 76/768/KEE — Protezzjoni tas-saħħa — Prodotti kosmetiċi — Importazzjoni — Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma

    (Kawża C-257/06) (1)

    (Artikolu 28 KE - Direttiva 76/768/KEE - Protezzjoni tas-saħħa - Prodotti kosmetiċi - Importazzjoni - Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)

    (2008/C 64/11)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Roby Profumi Srl

    Konvenuta: Comune di Parma

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 28 KE u ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU L 262, p. 169), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 (ĠU L 151, p. 32) — Prodotti lesti għall-bejgħ li ġejjin minn Stati Membri oħra — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jobbligaw lill-importatur jikkomunika lista kompleta u dettaljata tas-sustanzi li jinstabu fil-prodott.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, fl-interess ta' kura medika pronta u xierqa fil-każ ta' diffikultajiet, tobbliga lill-importatur ta' prodotti kosmetiċi jikkomunika lill-Ministeru tas-Saħħa u lir-Reġjun l-isem jew l-isem ġuridiku ta' l-impriża, l-uffiċċju rreġistrat tagħha u dak ta' l-impjant ta' manifattura kif ukoll il-lista kompluta u ddettaljata tas-sustanzi użati u tas-sustanzi li jinstabu fl-imsemmija prodotti.


    (1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


    Top