Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0112

    Kawża F-112/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 23 ta' April 2008 — Bain et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Koeffiċjenti korrettivi — Trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni barra mill-pajjiż ta' l-impjieg — Pensjonijiet — Proċeduri fil-kontumaċja — Applikazzjoni fiż-żmien tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Dikjarazzjonijiet tas-salarju — Eċċezzjoni ta' illegalità)

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/38


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' April 2008 — Bain et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-112/05) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Koeffiċjenti korrettivi - Trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni barra mill-pajjiż ta' l-impjieg - Pensjonijiet - Proċeduri fil-kontumaċja - Applikazzjoni fiż-żmien tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Dikjarazzjonijiet tas-salarju - Eċċezzjoni ta' illegalità)

    (2008/C 142/71)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Neil Bain (Brussell, il-Belġju) Obhijit Chatterjee, (Brussell, il-Belġju), Richard Fordham, (Bergen, l-Olanda), Roger Hurst, (Bergen, l-Olanda), [rappreżentant: N. Lhoëst, avukat]

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti]

    Suġġett

    L-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għax-xhur ta' Frar, Marzu u April 2005, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti, safejn dawn japplikaw dispożizzjonijiet allegatament illegali tar-Regolament Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal rigward it-trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini ta' l-uffiċjal (qabel kienet T-419/05).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 48, 25.2.2006 p. 36 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-419/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).


    Top