Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TJ0449

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Settembru 2007.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Transport Environment Development Systems (Trends).
    Klawżola ta’ arbitraġġ - It-tieni programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta’ l-informatika tat-trasport fit-toroq u tat-telekomunikazzjonijiet - Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Xoljiment ta’ kuntratti - Kuntratti li skadew.
    Kawża T-449/04.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:266





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – ll-Kummissjoni vs Trends

    (Kawża T-449/04)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – It-tieni programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku – Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta’ l-informatika tat-trasport fit-toroq u tat-telekomunikazzjonijiet – Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Xoljiment ta’ kuntratti – Kuntratti li skadew”

    1.                     Proċedura – Terminu għall-produzzjoni tal-provi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 59, 65)

    2.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 87/516 u 88/416) (ara l-punti 72, 73, 75)

    3.                     Proċedura – Produzzjoni ta’ motivi ġodda matul l-istanza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 112)

    Suġġett

    Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 195 435, flimkien ma’ l-interessi kuntrattwali jew, sussidjarjament, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    It-talba inċidentali hija miċħuda.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirrigwardaw it-talba inċidentali.

    4)

    Transport Environment Development Systems (Trends) għandha tbati l-ispejjeż relatati mat-talba inċidentali.

    Top