EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TJ0448

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Settembru 2007.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Transport Environment Development Systems (Trends).
Klawżola ta’ arbitraġġ - Ir-raba’ programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta’ l-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess komuni - Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn u non-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Ħlas lura tas-somom imħallsa.
Kawża T-448/04.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:265





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Trends

(Kawża T-448/04)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-raba’ programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni – Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta’ l-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess komuni – Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn u non-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Ħlas lura tas-somom imħallsa”

1.                     Proċedura – Terminu għall-produzzjoni tal-provi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 52, 56)

2.                     Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1110/94; Deċiżjoni tal-Kunsill 94/801) (ara l-punti 63-64, 91-94)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 48 046, flimkien ma’ l-interessi kuntrattwali jew, sussidjarjament, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien.

Dispożittiv

1)

It-talba inċidentali hija miċħuda.

2)

Transport Environment Development Systems (Trends) hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 48 046 lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien b’rata annwali ta’ 5, 50 % li jiddekorru mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-ħlas komplut tad-dejn.

3)

Trends għandha tbati l-ispejjeż.

Top