Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TB0430

    Kawża T-430/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 20 ta' Diċembru 2007 — Dascalu vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok għal deċiżjoni )

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/38


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Diċembru 2007 — Dascalu vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-430/03) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

    (2008/C 64/61)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Iosif Dascalu (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, sussegwentement C. Berardis-Kayser u H. Krämer, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 u ta' l-14 ta' April 2003 li bidlu l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn dawn jiffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, l-ewwel skala, safejn jiffissaw il-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjonijiet jibdew jipproduċu l-effetti pekunjarji tagħhom u safejn ma jerġgħux jistabbilixxu l-karriera fil-grad tar-rikorrent u, safejn ikun meħtieġ, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li ċaħdu l-ilmenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 47, 21.2.2004.


    Top