Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TB0428

    Kawża T-428/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2008 — Kheinhorst vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/34


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Kheinhorst vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-428/03) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    (2008/C 301/55)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gerhard Keinhorst (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, wara C. Berardis-Kayser u H. Krämer, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 u l-14 ta' April 2003 li bidlu l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn dawn jiffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, l-ewwel skala, safejn jiffissaw il-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjonijiet jibdew jipproduċu l-effetti pekunjarji tagħhom u safejn ma jerġgħux jistabbilixxu l-karriera fil-grad tar-rikorrent, u talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru u tal-24 ta' Novembru li ċaħdu l-ilmenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu li allegatament jirriżulta minn din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 47, 21.2.2004.


    Top