Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0282

    Kawża T-282/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 10 ta' Ġunju 2008 — Ceuninck vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Post ta' konsulent fi ħdan l-OLAF — Ċaħda tal-kandidatura — Kompetenza tad-Direttur Ġenerali ta' l-OLAF — Legalità ta' l-avviż ta' post vakanti — Ksur tar-regoli ta' ħatra ta' uffiċjali fil-gradi A4 u A5 — Abbuż ta' poter — Żball manifest ta' evalwazzjoni )

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Ceuninck vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-282/03) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Post ta' konsulent fi ħdan l-OLAF - Ċaħda tal-kandidatura - Kompetenza tad-Direttur Ġenerali ta' l-OLAF - Legalità ta' l-avviż ta' post vakanti - Ksur tar-regoli ta' ħatra ta' uffiċjali fil-gradi A4 u A5 - Abbuż ta' poter - Żball manifest ta' evalwazzjoni’)

    (2008/C 183/36)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Paul Ceuninck (Hertsberge, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u A. Finchelstein, wara G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u C. Berardis-Kayser, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament ta' l-avviż ta' post vakanti COM/051/02 u tal-proċedura ta' għażla kollha li saret wara dan l-avviż, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annulament tad-deċiżjoni ta' ħatra tas-Sinjura S., meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta' Settembru 2002 u tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Paul Ceuninck u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 251, 18.3.2003.


    Top