Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003CJ0295

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-30 ta' Ġunju 2005.
    Alessandrini Srl et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Appell - Banana - Importazzjoni minn pajjiżi terzi - Regolament (KE) Nru 2362/98 - Liċenzji ta' importazzjoni ta' banana ta' provenjenza mill-Istati ta' l-AKP - Miżuri skond l-Artikolu 20 d) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 - Responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Komunità.
    Kawża C-295/03 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2005:413

    62003J0295



    European Court reports 2005 Page 00000


    Partijiet
    Motivi tas-sentenza
    Parti operattiva

    Partijiet


    Fil-kawża C-295/03 P

    li għandha bħala suġġett Appell skond l-Artikolu 26 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fit-2 ta' Lulju 2003,

    Alessandrini Srl , stabbilita fi Treviso (l-Italja),

    Anello Gino di Anello Luigi & C. Snc , stabbilita fi Brescia (l-Italja),

    Arpigi SpA , stabbilita f' Padova (l-Italja),

    Bestfruit Srl , stabbilita f' Milan (l-Italja),

    Co-Frutta SpA , stabbilita f'Padova,

    Co-Frutta Soc. coop. arl , stabbilita f'Padova,

    Dal Bello Sife Srl , stabbilita f'Padova,

    Frigofrutta Srl , stabbilita f'Palermo (l-Italja),

    Garletti Snc , stabbilita f' Bergamo (l-Italja),

    London Fruit Ltd , stabbilita f' Londra (ir-Renju Unit),

    rappreżentati minn W. Viscardini Donà u G. Donà, avukati, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

    rikorrenti

    il-parti l-oħra fil-kawża li hija

    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej , rappreżentata minn C. Cattabriga u L. Visaggio, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

    parti konventua fil-Prim'Istanza

    IL-QORTI (it-Tieni Awla),

    Komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla. C. Gulmann, R. Schintgen (Relatur), G. Arestis u J. Kluka, Imħallfin,

    Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,

    Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,

    wara li rat ir-rapport ta' l-Imħallef Relatur ta' l-24 ta' Frar 2005,

    wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenreali ippreżentati fis-seduta tat-12 ta' April 2005,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    Motivi tas-sentenza


    1. Permezz ta' l-Appell tagħhom, Alessandrini Srl, Anello Gino di Anello Luigi & C. Snc, Arpigi SpA, Bestfruit Srl, Co-Frutta SpA, Co-Frutta Soc. coop. arl, Dal Bello Sife Srl, Frigofrutta Srl, Garletti Snc u London Fruit Ltd jitolbu lil Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-10 ta' April 2003, Alessandrini e.a./Kummissjoni (T-93/00 u T-46/01, Ġabra p. II-1635, iktar 'il quddiem is-"sentenza kkontestata"), li ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament, min-naħa, ta' l-ittra numru 02418 tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Jannar 2000, kif ukoll il-kumpens għad-dannu subit minħabba dik l-ittra (kawża T-93/00) u min-naħa l-oħra, ta' l-ittra AGR 030905 tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2000, kif ukoll il-kumpens għad-dannu li ġie kkawżat permezz ta' dik l-ittra (kawża T-46/01).

    Il-kuntest ġuridiku

    Ir-Regolament (KEE) Nru 404/93

    2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU L 47, p. 1), fit-titlu IV, jissostitwixxi, mill-1 ta' Lulju 1993, is-sistema komuni għan-negozju ma' pajjiżi terzi għal sistemi nazzjonali varji. Distinzjoni ġiet applikata bejn il-"banana tal-komunità" prodotta ġewwa l-Komunità, u l-"banana minn pajjiżi terzi", ta' provenjenza minn pajjiżi terzi minbarra dawk ta' l-Istati Affrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (iktar 'il quddiem l-"Istati ta' l-AKP"), il-"banana tradizzjonali mill-AKP" u l-"banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP". Il-banana tradizzjonali mill-AKP u l-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP (iktar 'il quddiem il-"banana ta' l-AKP") kienu jikkorrispondu għal kawntitajiet ta' banana esportata mill-Istati AKP li, rispettivament, ma kienux jeċċedu jew jissuperaw il-kwantitajiet esportati tradizzjonalment minn kull wieħed minn dawk l-Istati, kif ġie stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    3. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 404/93, l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità hija suġġetta għal liċenzja ta' importazzjoni. Din il-liċenzja hija maħruġa mill-Istati Membri fuq talba ta' kull persuna interessata, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tagħha fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali magħmula sabiex jiġu implementati l-Artikoli 18 u 19.

    4. L-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-ftuħ ta' kwota tat-tariffa ta' 2 miljun tunnellata (piż nett) sabiex isiru importazzjonijiet tal-banana minn pajjiżi terzi u l-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP. Ġewwa l-qafas tal-kwota tat-tariffa, l-importazzjonijiet tal-banana minn pajjiżi terzi kienu ssuġġettati għal impost ta' 100 ECU fuq kull tunnellata metrika u l-importazzjonijiet tal-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP għal dazju ta' żero. Il-paragrafu 2 ta' l-istess Artikolu jipprevedi li l-importazzjonijiet tal-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP u tal-banana minn pajjiżi terzi, effettwati barra minn din il-kwota, kienu bla ħsara għal imposta, rispettivament, ta' 750 ECU u ta' 850 ECU kull tunnellata metrika.

    5. L-Artikolu 19(1) ta' l-istess Regolament kien qasam il-kwota tat-tariffa, filwaqt li fetaħha għal 66.5% għall-kategorija ta' l-operaturi li qiegħdu fis-suq il-banana minn pajjiżi terzi u/jew il-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP (kategorija A), ta' 30% għall-kategorija ta' l-operaturi li qiegħdu fis-suq il-banana mill-Komunità u/jew il-banana tradizzjonali ta' l-AKP (kategorija B) u ta' 3.5% għall-kategorija ta' l-operaturi stabbiliti fil-Komunità li jkunu bdew iqiegħdu fis-suq il-banana mhux tal-Komunità u/jew il-banana tradizzjonali ta' l-AKP mis-sena 1992 (kategorija C).

    6. L-ewwel frażi ta' l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 404/93 jgħid:

    "Fuq il-bażi ta' kalkoli separati għal kull waħda mill-kategoriji ta' l-operaturi [A u B], kull operatur għandu jikseb il-liċenzja ta' importazzjoni fuq il-bażi tal-kwantitajiet medji tal-banana li jkun biegħ fit-tliet snin l-iktar reċenti li dwarhom ikunu disponibbli ċ-ċifri."

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1442/93

    7. Fl-10 ta' Ġunju 1993, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KEE) Nru 1442/93 dwar dispożizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tas-sistema ta' importazzjoni tal-banana fil-Komunità (ĠU L 142, p. 6, iktar 'il quddiem is-"sistema ta' 1993"). Dik l-iskema baqgħet fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1998.

    8. Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1442/93, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, kull sena, għal kull operatur tal-kategoriji A u B rreġistrati magħha, il-medja tal-kwantitajiet imqiegħda fis-suq matul it-tliet snin qabel is-sena li kienet tippreċedi dik li għaliha l-kwota kienet miftuħa, imqassma skond il-funzjonijiet eżerċitati mill-operatur konformi ma' l-Artikolu 3(1) ta' l-istess Regolament. Din il-medja ġiet imsejħa "referenza kwantitattiva".

    9. L-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1442/93, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2444/94 ta' l-10 ta' Ottubru 1994 (ĠU L 261, p. 3) jgħid:

    "L-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' importazzjoni huma ddepożitati ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru matul l-ewwel sebat ijiem ta' l-aħħar xahar tat-trimestru li jippreċedi t-trimestru li matulhom il-liċenzji jinħarġu."

    Ir-Regolament (KE) Nru 1637/98

    10. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1637/98 ta' l-20 ta' Lulju 1998, li jemenda r-Regolament Nru 404/93 (ĠU L 210, p. 28), kien stabbilixxa, b'effett mill-1 ta' Jannar 1999, tibdiliet importanti għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana. Dawk it-tibdiliet kienu jikkonċernaw, b'mod partikolari, l-Artikoli 16 sa 20 tar-Regolament Nru 404/93 li jinsabu fit-titlu IV tiegħu, intitolat "Il-kummerċ ma' pajjiżi terzi".

    11. L-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 404/93, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 1637/98 (iktar 'il quddiem ir-"Regolament Nru 404/93"), jipprevedi l-ftuħ ta' kwota tat-tariffa annwali ta' 2.2 milljun tunnellata (piż nett) għall-importazzjonijiet tal-banana ta' Stati terzi u dik mhux tradizzjonali AKP. Fil-kuntest ta' din il-kwota tat-tariffa, l-importazzjonijiet tal-banana minn pajjiżi terzi kienu suġġetti għal imposta ta' dazju ta' 75 ECU fuq kull tunnellata u l-importazzjonjiet tal-banana mhux tradizzjonali ta' l-AKP għandha tkun ħielsa mid-dazju.

    12. L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 404/93 jipprevedi l-ftuħ ta' kwota tat-tariffa annwali addizzjonali ta' 353 000 tunnellata (piż nett) sabiex isiru importazzjonijiet tal-banana ta' Stati terzi u AKP mhux tradizzjonali. Fil-kuntest ta' din il-kwota tat-tariffa, l-importazzjoni tal-banana ta pajjiżi terzi skond il-kwota tat-tariffa għandha tkun suġġetta għal dazju ta' 75 ECU kull tunnellata metrika filwaqt li l-importazzjoni tal-banana AKP mhux tradizzjonali għandha tkun eżenti mid-dazju.

    13. Skond it-termini ta' l-Artikolu 19(1) l-ewwel inċiż tar-Regolament Nru 404/93:

    "Il-kwoti tat-tariffa indikati fl-Artikolu 18(1) u (2) u l-importazzjoni ta' banana tradizzjonali AKP għandhom jiġu amministrati b'mod konformi mal-metodu bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ ('dawk tradizzjonali/dawk reċenti')."

    14. Skond l-Artikolu 20 d) u e) tar-Regolament Nru 404/93, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tiddeċiedi konformement mas-sistema tal-Kumitat tat-tmexxija fuq id-dispożizzjonijiet ta' tmexxija tal-kwoti ta' amministrazzjoni tal-banana prevista fl-Artikolu 27 ta' l-istess Regolament, tal-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 18, dispożizzjonijiet li jinkludu partikolarment "kull dispożizzjoni speċifika meħtieġa biex tħaffef il-bidla mill-arranġamenti ta' importazzjoni applikabbli fl-1 ta' Lulju 1993 għall-arranġament ta' [...] titlu IV [tar-Regolament Nru 404/93]" u [il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat rispett lejn l-obligazzjonijiet li jirriżultaw mill-ftehim miksub mill-Komunità skond l-Artikolu [300 KE]".

    Ir-Regolament (KE) Nru 2362/98

    15. Fit-28 ta' Ottubru 1998, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 2362/98, dwar dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 404/93 għal dak li jikkonċerna l-bidla mill-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità (ĠU L 293, p. 32). Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 2362/98, ir-Regolament Nru 1442/93 ġie mħassar mill-1 ta' Jannar 1999. Id-dispożizzjonijiet ġodda dwar l-amministrazzjoni tal-liċenzji ta' importazzjoni tal- banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi jinsabu taħt it-titoli I, II u IV tar-Regolament Nru 2362/98 (iktar 'il quddiem "l-arranġament ta' l-1999").

    16. Għandhom jiġu mfakkra d-differenzi segwenti bejn l-arranġament ta' l-1993 u dak ta' l-1999:

    - l-arranġament ta' l-1999 m'għandhux aktar differenzi skond il-funzjonijiet eżerċitati mill-operaturi.

    - jieħu in konsiderazzjoni il-kwantitajiet ta' banana importati;

    - iżid il-kwoti tat-tariffi u l-parti allokata lill-operaturi ġodda;

    - l-amministrazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni, fl-applikazzjoni ta' l-arranġament ta' l-1999, jiġi effettwat mingħajr referenza għall-oriġini (Stati ta' l-AKP jew pajjiżi terzi) tal-banana.

    17. L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2362/98 jipprevedi, partikolarment, li l-kwoti tat-tariffi u l-banana tradizzjonali ta' l-AKP, msemmija, l-ewwel, fl-Artikolu 18(1) u (2), u t-tieni, fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 404/93, huma miftuħa għall-kompetizzjoni fir-rigward ta':

    - 92% għall-operaturi tradizzjonali definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2362/98;

    - 8% għall-operaturi ġodda definiti fl-Artikolu 7

    18. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 2362/98 jindika li kull operatur tradizzjonali, irreġistrat fi Stat membru jieħu, għal kull sena, għall-oriġini kollha msemmija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kwantità ta' referenza unikament determinata fil-funzjoni tal-kwantitajiet ta' banana li huwa effettivament importati matul il-perjodu ta' referenza. Skond il-paragrafu 2 ta' l-istess Artikolu, għall-importazzjonijiet li saru fl-1999, il-perjodu ta' referenza kien ikkostitwit mis-snin 1994 sa 1996.

    19. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2362/98 jipprevedi li "[k]ull sena, l-aktar tard sat-30 ta' Settembru, fit-tmiem tal-kontrolli u verifikazzjonijiet meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu, konformi ma' l-Artikoli 3, 4 u 5, għal kull operatur tradizzjonali, kwantità ta' referenza unika provviżorja, fil-funzjoni tal-medja tal-kwantitajiet ta' banana effettivament importata mill-oriġini msemmija fl-Anness I matul il-perjodu ta' referenza". Il-kwantità ta' referenza hija stabbilita skond medja ta' tliet snin, anki jekk l-operatur ma jkunx importa matul parti tal-perjodu ta' referenza. Skond l-ewwel frażi tal-paragrafu 2 ta' l-istess Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw kull sena lil Kummissjoni l-lista ta' l-operaturi tradizzjonali reġistrati magħhom kif ukoll it-total tal-kwantitajiet ta' referenza provviżorji ta' dawn ta' l-aħħar.

    20. Id-dispożizzjonijiet ta' ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni huma rregolati permezz ta' l-Artikoli 14 sa 22 tar-Regolament Nru 2362/98.

    21. L-Artikolu 14(1) ta' l-istess Regolament jipprevedi li "[g]ħall-ewwel tlett trimestri, kwantità indikattiva, espressa minn perċentwali uniformi tal-kwantitajiet disponsibbli għal kull wieħed mill-oriġini msemmija fl-Anness I, jista' jiġi stabbilit għall-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni".

    22. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament, "[l]-applikazzjonijiet għal liċenzja ta' importazzjoni huma mressqa, għal kull trimester, ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-operaturi huma reġistrati, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jippreċedu t-trimester li fihom il-liċenzji jkunu nħarġu".

    23. L-Artikolu 17 tar-Regolament imsemmi iktar 'l isfel jipprovdi li, "[j]ekk għal trimester, u għal wieħed jew aktar oriġini msemmija fl-Anness I, il-kwantitajiet li huma l-oġġett ta' applikazzjonijiet ta' liċenzja ikunu konsiderevolment aktar mill-kwantità indikata li tistabbilixxi dak il-każ fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14, jew ikun aktar mill-kwantitajiet disponisbbli, perċentwali ta' riduzzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet huwa stabbilit".

    24. L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 2362/98 jipprovdi li:

    "1. Meta, għal wieħed jew aktar oriġini mogħtija, perċentwali ta' riduzzjoni huwa stabbilit fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17, l-operatur li jkun ressaq applikazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni għal waħda jew bosta oriġini jista' partikolarment:

    a) jirrinunzja għall-utilizzazzjoni ta' liċenzja permezz ta' komunikazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji, fi żmien għaxart ijiem li japplikaw mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi perċentwali ta' tnaqqis; f'każ simili, il-garanzija relativa għall-liċenzja tinħareġ immedjatament jew

    b) fil-limitu globali ta' kwantità ugwali jew inferjuri għall-kwantità mhux allokat a għall-applikazzjoni, jintroduċi waħda jew bosta applikazzjonijiet ġodda oħra ta' liċenzja għall-oriġini li dwarhom kwantitajiet disponibbli huma ppubblikati mill-Kummissjoni. Applikazzjoni bħal din hija mressqa fiż-żmien indikat fil-punt a) u hija soġġetta fir-rispett tal-kundizzjonijiet kollha applikabbli għall-introduzzjoni ta' applikazzjoni ta' liċenzja.

    2. Il-Kummissjoni tiddetermina mingħajr dewmien il-kwantitajiet li għalihom ċertifikati jistgħu jinħarġu għal waħda jew għall-oriġni kkonċernati."

    25. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament jippreċiża partikolarment li "[l]-awtoritajiet kompetenti joħorġu liċenzji ta' importazzjoni l-aktar tard fit-23 ta' l-aħħar xahar ta' kull trimester għat-trimester segwenti".

    26. L-Artikolu 20(1) ta' l-istess Regolament jipprovdi:

    "Il-kwantitajiet mhux utilizzati ta' ċertifikat huma allokati mill-ġdid fuq it-talba tiegħu lill-istess operatur, skond il-każ titulari jew konċessjonarju, għat-trimestru segwenti, imma madanakollu matul is-sena tal-ħruġ ta' l-ewwel liċenzja. Il-garanzija tibqa' tixtri pro rata kwantitajiet mhux utilizzati."

    27. Taħt it-Titlu V tar-Regolament Nru 2362/98, ċertu numru ta' dispożizzjonijiet tranżitorji għas-sena 1999 huma ddekretati. Skond l-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament, l-applikazzjonijiet ta' reġistrazzjoni għas-sena 1999 għandhom jitressqu mill-operaturi l-aktar tard fit-13 ta' Novembru 1998. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom ikollhom, partikolarment għall-operaturi tradizzjonali, l-indikazzjoni tat-total tal-kwantitajiet ta' banana effettivament importati matul kull wieħed mis-snin tal-perjodu ta' referenza 1994-1996, fejn jissemmu n-numru tal-liċenzji kollha u estratti ta' liċenzji utilizzati għal dawk l-importazzjonijiet kif ukoll referenzi tad-dokumneti li juru l-pagament tad-dazji.

    28. L-Anness I tar-Regolament Nru 2362/98 jistabbilixxi l-qsim tal-kwoti tat-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament Nru 404/93 kif ukoll il-kwantità tradizzjonali AKP (857 000 tunnellata).

    Ir-Regolament (KE) Nru 250/2000

    29. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2000 ta' l-1 ta' Frar 2000, dwar l-importazzjoni ta' banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta' l-AKP, u li meta jistabbilixxi l-kwantitajiet indikattivi għat-tieni trimestru tas-sena 2000 (ĠU L 26, p. 6) għandu bħala għan, kif jirriżulta wkoll mill-ewwel kunsiderazzjoni tiegħu u ta' l-Artikolu 1 "li jassigura l-kontinwità tal-forniment tas-suq komunitarju u l-flussi kummerċjali", fil-kuntest tal-bidla mill-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità, li japplikaw dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2362/98, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-operaturi tradizzjonali rreġistrati fis-sena 1999 fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 ta' dak l-aħħar Regolament.

    Ir-Regolament (KE) Nru 216/2001

    30. Fid-29 ta' Jannar 2001, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea stabbilixxa r-Regolament (KE) Nru 216/2001 li jemenda r-Regolament Nru 404/93 (ĠU L 31, p. 2). L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 216/2001 emenda l-Artikoli 16 sa 20 tar-Regolament Nru 404/93.

    31. Id-dispożizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tat-Titlu IV tar-Regolament Nru 404/93 kif emendat ġie ddefinit permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2001 tas-7 ta' Mejju 2001, dwar dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 404/93 għal dak li jikkonċerna l-bidla mill-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità (ĠU L 126, p. 6). Dawn huma applikabbli sa mill-1 ta' Lulju 2001, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 896/2001.

    Il-fatti fl-oriġini tal-kawżi

    32. Il-fatti fl-oriġini tal-kawżi ġew miġbura fis-sentenza kkontestata kif isegwi:

    "29 Ir-rikorrenti huma importaturi ta' banana ta' oriġini latino-amerikana. Huma rreġistrati kemm bħala operaturi tradizzjonali ma' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (l-Italia u, fir-rigward ta' London Fruit Ltd, ir-Renju Unit), u ħadu mingħand l-awtoritajiet kwantitajiet ta' referenza individwali provviżorji għas-sena 1999. Huma setgħu ukoll jieħdu liċenzji ta' importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi għall-ewwel tliet trimestri tas-sena 1999.

    30 Il-fatti u l-proċedura prekontenzjuża tal-kawża T-93/00 huma rrelatati mar-raba' trimestru tas-sena 1999. Għal dak it-trimestru, ir-rikorrenti kienu ppreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-bqija tal-kwantità ta' referenza individwali provviżorja tagħhom. L-applikazzjonijiet tagħhom ġew milqugħa fil-limiti tal-kwantitajiet disponibbli għall-importazzjoni tal-banana minn pajjiżi terzi, ippubblikati fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1824/1999 ta' l-20 ta' Awwissu 1999, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/1999 dwar l-istabbiliment ta' kwantitajiet għall-importazzjoni ta' banana fil-Komunità għar-raba' trimestru tas-sena 1999, fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantità ta' banana fil-Komunità għall-aħħar tliet xhur tas-sena 1999, fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantità ta' banana tradizzjonali ta' l-AKP (ĠU L 221, p. 6).

    31 Għall-parti ta' dawk l-applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu sodisfatti, ir-rikorrenti kien għad kellhom il-fakultà li japplikaw għal liċenzji ta' importazzjoni għal kwantità ta' 308 978.252 tunnellati ta' banana tradizzjonali ta' l-AKP, kwantità stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/1999 tas-17 ta' Settembru 1999, dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni ta' banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta' l-AKP għar-raba' trimestru tas-sena 1999 u għar-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjonijiet ġodda (ĠU L 247, p. 10). Huma applikaw ukoll għal liċenzji ta' importazzjoni ta' banana ta' l-AKP fil-limiti tal-kwantitajiet residwi li tagħhom huma setgħu jiddisponu, konformement ma' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 2362/98. Il-liċenzji ta' importazzjoni għall-kwantitajiet residwi tal-kwantità ta' referenza rispettiva tagħhom kienu maqsumin kif isegwi:

    Alessandrini Srl KG 2 050

    Anello Gino di Anello Luigi & C. Snc KG 1 859

    Arpigi SpA KG 757

    Bestfruit Srl KG 2 637

    Co-Frutta SpA KG 209 392

    Co-Frutta Soc. coop. arl KG 30 207

    Dal Bello Sife Srl KG 1 533

    Frigofrutta Srl KG 2 990

    Garletti Snc KG 4 419

    London Fruit Ltd KG 286 004.

    32 Fit-13 ta' Ottubru 1999, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ħarġu lir-rikorrenti liċenzji ta' importazzjoni ta' banana ta' l-AKP għat-totalità tal-kwantità mitluba.

    33 Minkejja t-tentativi ripetuti, ir-rikorrenti ma waslux biex jiffornixxu lilhom infushom bil-banana ta' l-AKP.

    34 Quddiem din is-sitwazzjoni, fit-18 ta' Settembru 1999, ir-rikorrenti billi invokaw l-Artikolu 232 KE, stiednu l-Kummissjoni sabiex:

    - tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex huma jkunu jistgħu jutilizzaw il-liċenzji tar-raba' trimestru maħruġa għall-importazzjonijiet minn pajjiżi ta' l-AKP sabiex jimportaw minn pajjiżi Latini-Amerikani jew minn pajjiżi terzi oħra;

    - li jagħmlu mezz, fi kwalunkwe ipoteżi, li l-garanziji relativi mal-liċenzji tal-kawża jiġu meħlusa, meta dawn ma jiġux utilizzati, minħabba li n-nuqqas ta' utilità tagħhom ma tkunx ir-responsabbiltà ta' min joħroġhom.

    35 Meta ma rċevewx risposta għal dik l-applikazzjoni, ir-rikorrenti permezz ta' faks tat-22 ta' Diċembru 1999, ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-liċenzji in kwistjoni kienu ser jiskadu fis-7 ta' Jannar 2000 u stiednuha sabiex tieħu pożizzjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom.

    36 B'ittra Nru 02418 tas-26 ta' Jannar 2000 [...], indirizzata lil kunsill tar-rikorrenti, il-Kummissjoni rrispondiet kif isegwi:

    'Fl-ittra tagħhom tat-22 ta' Diċembru 1999, intom għamiltu referenza għal diffikultajiet li ltqajtu magħhom minħabba ċerti operaturi meta huma kienu utilizzaw liċenzji ta' importazzjoni tal-banana maħruġa fir-raba' trimestru ta' l-1999, partikolarment għall-importazzjoni ta' banana li toriġina mill-pajjiżi ta' l-AKP.

    Fl-ewwel lok, għandu jiġi stabbilit li n-natura tal-problemi hija essenzjalment kummerċjali u, għaldaqstant, hija relatata ma' l-attivitajiet ta' l-operaturi ekonomiċi. Fil-fatt, il-problema mressqa tikkonċerna t-tfittixja ta' sħab kummerċjali għax-xiri u t-trasport ta' ċerti prodotti u, partikolarment, f'dan il-każ, ta' banana li toriġina mill-pajjiżi ta' l-AKP. Anke jekk huwa ta' dispjaċir għalina, il-fatt li l-klijenti tagħkom m'humiex f'pożizzjoni li jikkonkludu kuntratti ta' provvista ta' banana ta' l-AKP jikkostitwixxi parti mir-riskju kummerċjali li normalment huwa meħud mill-operaturi.

    Fl-aħħar nett, irridu nosservaw li dawn id-diffikultajiet ma jikkonċernawx ħlief ċerti operaturi li għandhom il-karatteristiċi li mhumiex ippreċiżati u fejn l-intervent tal-Kummissjoni tirriskja li tivvaforixxi dawk l-operaturi għad-dannu ta' oħrajn li jkunu ħadu r-riskji marbuta ma' l-obbligi li huma kienu daħlu għalihom.'

    37 Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonservaw il-garanziji stabbiliti mir-rikorrenti, wara li kkunsidraw li r-raġunijiet invokati minn [dawn ta' l-aħħar] sabiex jieħdu r-rimbors ta' dawk il-garanziji ma kienx jikkostitwixxi każ ta' forza maġġuri, l-unika ipoteżi li tippermetti li jiġi kkunsidrat dan ir-rimbors.

    38 Il-fatti u l-proċedura prekontenzjuża tal-kawża T-46/01 huma relatati mar-raba' trimestru tas-sena 2000. Għal dawk it-trimestru, il-bilanċ tal-kwantità ta' referenza individwali disponsibbli għal kull wieħed mir-rikorrenti kien stabbilit kif ġej:

    Alessandrini Srl KG 5 667

    Anello Gino di Anello Luigi & C. Snc KG 5 140

    Arpigi SpA KG 15 792

    Bestfruit Srl KG 7 290

    Co-Frutta SpA KG 236 746

    Co-Frutta Soc. coop. arl KG 80 301

    Dal Bello Sife Srl KG 4 110

    Frigofrutta Srl KG 8 266

    Garletti Snc KG 7 329

    London Fruit Ltd KG 324 124.

    39 Peress illi l-applikazzjonijiet għal liċenzji għal banana minn pajjiżi terzi kienet teċċedi l-kwantitajiet disponibbli, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1971/2000 tat-18 ta' Settembru 2000, dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni ta' banana fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi u tal-banana tradizzjonali ta' l-AKP għar-raba' trimestru tas-sena 2000 u għar-reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda (ĠU L 235, p. 10), stabbilixxa l-kwantità ta' banana aktar disponibbli għall-importazzjoni għar-raba' trimestru tas-sena 2000. Permezz ta' l-Anness ta' dak ir-Regolament, liċenzji ta' importazzjoni setgħu ukoll jinħarġu għal banana tradizzjonali ta' l-AKP għall-ammont ta' 329 787.675 tunnellati metriċi.

    40 Ir-rikorrenti ma talbux liċenzji ta' importazzjoni għal dik il-banana ta' l-oriġini ta' l-AKP.

    41 Fl-10 ta' Ottubru 2000, ir-rikorrenti filwaqt li invokaw l-Artikolu 232 KE, talbu lil Kummissjoni, prinċipalment, sabiex jieħdu l-miżuri skond l-Artikolu 20 d) tar-Regolament Nru 404/93 li jippermettulhom li jiksbu, għar-raba' trimestru tas-sena 2000, liċenzji ta' importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi għall-bilanċ tal-kwantitajiet ta' referenza individwali li kienu ġew attribwiti lilhom. Minbarra dan, huma talbu lil Kummissjoni sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta' qliegħ li rriżulta mill-impossibbiltà li jimportaw u jikkummerċjalizzaw dik il-banana.

    42 Permezz ta' l-ittra AGR 030905 tat-8 ta' Diċembru 2000 [...] indirizzata lil kunsill tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ċaħdet dawk it-talbiet fit-termini segwenti:

    "Fl-ittra tagħkom ta' l-10 ta' Ottubru 2000, intom infurmajtu lil Kummissjoni bid-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ċerti operaturi sabiex isibu l-banana b'mod li jutilizzaw kompletament, għar-raba' trimester, il-kwantitajiet ta' referenza li ġie nnotifikat bihom fis-sena 2000, fil-kuntest ta' kwoti tat-tariffi għall-importazzjoni.

    Id-diffikultajiet li għalihom tagħmlu riferiment huma essenzjalment ta' natura kummerċjali. Sfortunatament aħna rridu nenfasizzaw li r-regolament komuntarju ma jagħti ebda kompetenza lil Kummissjoni f'din il-materja. Intom tirrikonoxxu għaldaqstant dik is-sitwazzjoni meta intom tikkonfermaw li l-operaturi li m'għandhomx relazzjoni regolari mal-produtturi ta' banana ta' l-AKP jiltaqghu ma' diffikultajiet sabiex jipprokuraw il-merkanzija tal-kawża.

    Intom tikkonfermaw għaldaqstant li l-operaturi li intom tirrappreżentaw jinsabu fl-impossibiltà li jutilizzaw it-totalità tal-kwantitajiet ta' referenza li kien ġie mogħti lilhom.

    Aħna rridu nippreċiżaw lilkom li, fuq il-pjan ġuridiku, il-kwantitajiet ta' referenza ma jikkostitwixxux ħlief possibiltajiet ta' ftuħ lill-operaturi, determinati fuq il-bażi ta' l-attivitajiet preċedenti tagħhom, fl-applikazzjoni tar-regolamenti komunitarji u li jagħtu lill-interessati biss id-dritt li jippreżentaw l-applikazzjonijiet sabiex jieħdu liċenzji ta' importazzjoni sabiex ikunu jistgħu jeffettwaw operazzjonijiet kummerċjali li huma jistgħu jikkonkludu flimkien mal-fornituri tal-pajjiżi produtturi.

    Aħna rridu fl-aħħar nett inżidu li, skond il-bażi ta' l-informazzjoni li intom għaddejtu lil Kummissjoni, jidher li d-diffikultajiet li dwarhom intom tagħmlu riferiment m'għandhomx 'karattru tranżitorju', fis-sens li huma jsibu l-oriġini tagħhom fit-tibdil tal-proċedura ta' qabel l-1999 b'dik li ġiet applikata minn dik id-data. Id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 20, d), tar-Regolament [...] Nru 404/93 ma jippermettix b'konsegwenza ta' dan lil Kummissjoni li tadotta l-miżuri speċifiċi li intom titolbu.""

    Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza u s-sentenza kkontestata

    33. Bir-rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim' Istanza fid-19 ta' April 2000 u l-ta' Marzu 2001, ir-rikorrenti ressqu r-rikorsi tagħhom għal annullament rispettivamment ta' l-ittra tas-26 ta' Jannar 2000 u dik tat-8 ta' Diċembru 2000 (iktar 'il quddiem, imsejħa flimkien, l-"ittri tal-kawża") kif ukoll il-kumpens għad-dannu li huma allegaw li ssubixxew.

    34. B'digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2002, il-kawża T-93/00 u T-46/01 ingħaqdu għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza minħabba l-konnessjoni tagħhom.

    35. Sabiex isostnu r-rikors tagħhom, ir-rikorrenti ressqu, permezz ta' eċċezzjoni, tliet raġunijiet relatati ma' l-illegittimità tar-Regolament Nru 2362/98, fir-rigward tal-ksur, l-ewwel, tar-Regolament Nru 404/93, it-tieni, tad-dritt ta' propjetà kif ukoll tal-prinċipju ta' libertà ekonomika u t-tielet, tal-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni. Minbarra dan, huma nvokaw ir-raba' raġuni, fir-rigward tal-ksur ta' l-Artikolu 20 d) tar-Regolament Nru 404/93.

    36. Fil-punti 76 sa 81 tas-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-raġuni rigward l-illegalità tar-Regolament Nru 2362/98 filwaqt li kkunsidrat li r-rikorrenti ma kienux stabilixxew l-eżistenza ta' rabta ġuridika diretta bejn, min-naħa, l-ittri tal-kawża u, min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li dwaru l-illegalità ġiet invokata bħala eċċezzjoni.

    37. Fir-rigward tar-raġuni dwar il-ksur ta' l-Artikolu 20 d) tar-Regolament Nru 404/93, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, fil-punti 85 sa 96 tas-sentenza kkontestata, li l-Kummissjoni ma kienitx eċċediet il-limiti tal-poteri tagħha ta' evalwazzjoni meta rrifjutat li tilqa' l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti sabiex jittieħdu l-miżuri kienu ttieħdu fir-rigward ta' dik id-dispożizzjoni sabiex tikkumpensa għad-diffikultajiet li allegatament iltaqgħu magħhom fir-rigward tal-bidla ta' l-arranġamenti mill-1993 għal dik ta' 1999.

    38. B'konsegwenza ta' dan, il-konklużjonijiet bl-għan ta' annullament ippreżentati mir-rikorrenti fil-kawża T-93/00 u T-46/01 ġew miċħuda.

    39. Fir-rigward tal-konklużjonijiet intiżi għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet kif ġej:

    "106 Skond ġurisprudenza stabbilita, l-impenn tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità tissupponi l-ġabra tal-kundizzjonijiet kollha li jwasslu għall-illegalità ta' l-imġieba akkużata lill-istituzzjonijiet komunitarji, għall-istabbiliment tad-dannu u l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejn l-imġieba u d-dannu nvokat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Mejju 1990, Sonito e.a./Kummissjoni, C-87/89, Ġabra p. I-1981, punt 16, u sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ottubru 1998, TEAM vs Kummissjoni, T-13/96, Ġabra p. II-4073, punt 68).

    107 Filwaqt li wieħed mit-tliet kundizzjonijiet ta' l-impenn tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità m'huwiex sodisfatt, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Settembru 1994, KYDEP vs Kunsill u Kummissjoni, C-146/91, Ġabra p. I-4199, punt 81).

    108 F'dan il-każ, għandu jiġi stabbilit li l-kundizzjoni relatata mar-rabta ta' każwalità m'hijiex sodisfatta. Fil-fatt, fil-kawża T-93/00, il-kawża tad-dannu allegat hija relatata maċ-ċirkustanza li skond ir-rikorrenti ma kienux fil-pożizzjoni li jsibu fornituri li setgħu jiffornixxuhom il-banana ta' l-AKP matul ir-raba' trimestru tas-sena 1999. Fir-rigward tal-kawża T-46/01, in-nuqqas ta' qliegħ li dwaru jilmentaw ir-rikorrenti huwa direttament marbut man-nuqqas ta' diliġenza tagħhom. Huma ma fittxewx li jġibu liċenzji ta' importazzjoni għall-banana ta' l-AKP fil-bidu tar-raba' trimestru tas-sena 2000, fil-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 1971/2000, la darba l-kwantità ta' banana minn pajjiżi terzi ġiet eżawrita. Min-naħa l-oħra, diżappuntati minħabba l-problemi li ltaqgħu magħhom matul ir-raba' trimester tas-sena 1999, huma ma fittxewx li jagħmlu l-kuntatti mal-fornituri tal-banana ta' l-AKP matul is-sena 2000 sabiex ikunu fil-posiżżjoni li jiffornixxu lilhom infushom matul ir-raba' trimestru ta' dik is-sena.

    109 Jekk waħda mill-kundizzjonijiet ta' l-impenn tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità tonqos, għandhom jiġi miċħuda t-talbiet għal kumpens fil-kawżi T-93/00 u T-46/01."

    L-Appell

    40. Permezz ta' l-Appell tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lil Qorti tal-Ġustizzja:

    - li tannulla parzjalment is-sentenza kkontestata, minħabba li din ċaħdet il-konklużjonijiet tagħhom intiżi sabiex jieħdu l-kumpens tad-danni li huma allegatament issubixxew;

    - li tikkundanna l-Kummissjoni sabiex tikkumpenshom għad-danni subiti minnhom minħabba nuqqas ta' allokazzjoni tal-liċenzji ta' importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi;

    - li tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura kemm quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll fil-kuntest ta' l-Appell preżenti.

    41. Il-Kummissjoni titlob lil Qorti tal-Ġustizzja:

    li tiċħad l-Appell;

    - alternattivament, fl-ipoteżi fejn annullament parzjali tas-sentenza kkontestata jingħata, li tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-bażi tat-talba ta' kumpens;

    - alternattivament ukoll, li tiċħad din it-talba fil-mertu, u

    - fi kwalunkwe każ, li tikkundanna r-rikorrenti għall-ispejjeż taż-żewġ Istanzi.

    42. Sabiex isostnu l-Appell tagħhom, ir-rikorrenti invokaw żewġ raġunijiet. Permezz ta' l-ewwel raġuni tagħhom, huma jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset li tevalwa l-argumenti tal-liġi li fuqhom huma bbażati t-talbiet tagħhom ta' kumpens għad-dannu subit. Permezz tat-tieni raġuni tagħhom, huma jakkużaw lil Qorti tal-Prim' Istanza li ma kkunsidratx konklużjonijiet parzjalment differenti minn dawk li jinsabu fir-rikors taghom.

    Dwar l-Appell

    L-argumenti tal-partijiet

    43. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċiediet b'mod mhux korrett, fil-punt 108 tas-sentenza kkontestata, li d-dannu li jallegaw jirriżulta mill-fatt li huma ma rnexxielhomx jimpurtaw banana ta' l-AKP.

    44. Madankollu, fir-rikors tagħhom, huma kienu fir-realtà kkritikaw il-fatt li huma ma setgħux jutilizzaw għal kollox il-liċenzji ta' importazzjoni bħal kwantitajiet ta' referenza tagħhom, esklużivament ibbażati fuq importazzjonijet ta' banana minn pajjiżi terzi, meta ingħatalhom id-dritt. Dik iċ-ċirkustanza kellha tiġi attribwita għar-Regolament Nru 2362/98, li kienet ippenalizzat b ' mod arbitrarju l-importaturi tradizzjonali tal-banana minn pajjiżi terzi.

    45. Jekk ir-rikorrenti janalizzaw l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li skond din ma hemmx rabta ġuridika diretta bejn ir-Regolament Nru 2362/98 u l-ittri tal-kawża, li wasslet lil Qorti tal-Prim'Istanza, fil-punt 81 tas-sentenza kkontestata, li tiddikjara bħala inammissibbli, għal dik ir-raġuni, l-eċċezzjonijiet ta' illegalità mressqa fil-kuntest tar-rikors għal annullament kontra dawk l-ittri, hija tikkunsidra li huwa żbaljat li hija ma rreferietx għall-illegalità allegata ta' dan ir-Regolament meta l-Qorti tal-Prim'Istanza vverifikat l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejn l-imġieba akkużata lil Kummissjoni u d-dannu li huma nvokaw.

    46. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jakkużaw il-Qorti tal-Prim' Istanza li fil-punti 47 u 48 tas-sentenza kkontestata, parzjalment dawret il-konkluzjonijiet tar-rikors imressaq fl-Istanza meta kkunsidrat li huma talbu kumpens għad-dannu kkawżat minħabba l-ittri tal-kawża, meta kien jirriżulta ċar minn dawn il-konklużjonijiet li l-ewwel kawża tad-dannu allegat kien jinsab fl-illegalità tar-Regolament Nru 2362/98.

    47. Il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà ta' l-Appell kollu kemm hu. Hija tikkunsdra li r-rikorrenti jfittixu li jemendaw l-għan tad-disputa mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza, kif ukoll biex iwasslu lil-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi direttament dwar ir-responsabbiltà extrakontrattwali tal-Kummissjoni mill-fatt biss ta' l-adozzjoni tar-Regolament Nru 2362/98.

    48. Madankollu, min-naħa, joħroġ ċar mir-rikorsi ta' l-ewwel istanza li l-kawża tad-dannu allegat ma jirriżultax la mill-ewwel talba la b'mod esklużiv mir-Regolament Nru 2362/98, imma jinsab fil-fatt li l-Kummissjoni ma kienitx adottat il-miżuri mitluba sabiex tirrimedja għall-konsegwenzi li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kien allegatament wassal għar-rikorrenti li ġie miċħud lilhom, li jibbenefikaw minn miżuri meħuda skond l-Artikolu 20 d) tar-Regolament Nru 404/93. Fi kliem ieħor, ir-rikorrenti kienu kkontestaw fil-kawża l-legalità tar-Regolament Nru 2362/98 sa fejn din il-miżura kienet, skond huma, fl-oriġini ta' l-ittri tal-kawża li kien ġie rifjutat lilhom li jibbenefikaw minn miżuri tranżitorji.

    49. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ssostni li r-rkorrenti, kemm fil-kawża T-93/00 kif ukoll fil-kawża T-46/01, illimitat ruħha li titlob lil Qorti tal-Prim' Istanza li "tikkundanna l-Kummissjoni li tikkumpensa d-danni konformement ma' l-Artikoli 235 u 288, it-tieni inċiż, tat-Trattat KE", kif jirriżulta mill-punt 2 tal-konklużjonijiet ifformulati fir-rikorsi mressqa ta' l-Istanza taż-żewġ kawżi msemmija iktar 'il fuq. Huma ma kienux ikkontestaw il-ġabra tal-konklużjonijiet tagħhom li kienu jinsabu fl-osservazzjonijiet relatati ma' dawn il-kawżi, dik il-ġabra kienet ikkunsidrata fl-istess termini tas-sentenza kkontestata.

    50. Alternattivament, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-Appell għandu jiġi miċħud bħala mingħajr bażi.

    51. Fir-rigward ta' l-ewwel raġuni, il-Kummissjoni ssostni li la l-allokazzjoni ta' kwantità ta' referenza la d-detenzjoni tal-liċenzji ta' importazzjoni korrispondenti ma jimplikaw disponibbiltà effettiva tal-banana għal din il-kwantità. Fil-fatt, il-kwantità ta' referenza individwali ta' l-operaturi kienet tikkostitwixxi l-kwantità massima li dan ta' l-aħħar jista', matul sena partikolari, jippreżenta l-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' importazzjoni sabiex jibbenefika mid-drittijiet rikonoxxuti fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi, mingħajr madankollu ma jkollu ċ-ċertezza li dik il-kwantità ser tkun effettivament disponibbli.

    52. Filwaqt li llimitat ruħha għal eżami tal-kundizzjoni relatata mar-rabta ta' każwalità bejn l-imġieba kkontestata lil Kummissjoni u d-dannu allegat, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet ikkunsidrat, fil-punt 108 tas-sentenza kkontestata li, anke jekk ir-rikorrenti ma kienux importaw il-banana, dan kien minħabba d-diffikultajiet, ta' natura kummerċjali, li jsibu fornituri, minħabba l-istess negliġenza tagħhom, filwaqt li huma ma kienux għamlu l-isforz li jfittxu fuq is-suq il-kwantitajiet mitluba ta' banana, imma mhux minħabba l-imġieba tal-Kummissjoni, u partikolarment tar-rifjut tagħha li tadotta miżuri tranżitorji wara l-bidla mill-arranġamenti ta' l-importazzjoni minn 1993 għal dik ta' l-1999. Dawk il-kunsiderazzjonijiet li jidhru wkoll mill-punti 88 sa 90, 95 u 96 tas-sentenza kkontestata, ma kienux ġew ikkontestati fl-Appell u kienu għaldaqstant definittivi. F'dawn il-kundizzjonijiet, l-illegalità allegata tar-Regolament Nru 2362/98 ma kienx rilevanti għall-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet ta' kumpens.

    53. Fir-rigward tat-tieni raġuni, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma għamlet xejn ħlief tiġbor il-konklużjonijiet tar-rikorrenti fid-dawl ta' l-argumenti kolha invokati minnha, kemm bil-miktub kif ukoll oralment. Hija ssostni li jirriżulta minn dawk l-argumenti li l-kawża tad-dannu allegat jikkonsisti fil-fatt li hija ma kienitx ħadet il-miżuri li jippermettu li jirrimedjaw għall-konsegwenzi li jirriżultaw, skond ir-rikorrenti, mill-applikazjoni tar-Regolament Nru 2362/98. F'dik il-perspettiva, kien kollu kemm hu normali li tiġi stabbilita rabta bejn id-dannu allegat u l-ittri tal-kawża. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għas-sinteżi tal-konklużjonijiet li jinsabu fl-osservazzjonijiet li r-rikorrenti qatt ma kkontestaw.

    54. Il-Kummissjoni żżid li, anke jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet ikkunsidrat li t-talba tal-ħlas tad-danni kienet eslużivament ibbażata fuq l-ittri tal-kawża, li tagħhom hija kienet qabel irrikonoxxiet il-legalità, hija ma kienitx eżaminat ir-rabta ta' każwalità minħabba li, fin-nuqqas ta' l-imġieba illeċita, ir-responsabbiltà tagħha kienet fi kwalunkwe każ ġiet eskluża.

    Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti

    55. Kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni raġuni mressqa mir-rikorrenti sabiex isostnu l-Appell tagħhom jirrigwarda l-ilment li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma kienitx eżaminat il-legalità tar-Regolament Nru 2362/98, b'mod partikolari fir-rigward tar-Regolament Nru 404/93, tad-dritt fundamentali għal propjetà, tad-dritt għall-eżerċizzju ħieles ta' attività ekonomika u tal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni.

    56. F'dawk il-kundizzjonijiet, għandu jiġi mfakkar li, biex tiċħad, fil-punt 108 tas-sentenza kkontestata, l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejn l-imġieba kkontestata lil Kummissjoni u d-dannu allegat, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma setgħetx torbot lilha nnifisha li tikkontesta, fir-rigward tal-kawża T-93/00, li l-kawża tad-dannu kien iwassal għas-sitwazzjoni li "r-rikorrenti ma jkunux fil-pożizzjoni li jsibu fornituri li jistgħu jipprovdulhom il-banana ta' l-AKP matul ir-raba' trimestru tas-sena 1999" u, fir-rigward tal-kawża T-46/01, li d-dannu kien "direttament imputabbli [għan-] nuqqas ta' diliġenza" tar-rikorrenti.

    57. Fil-fatt, biex teskludi kull responsabbilità tal-Kummissjoni, kienet ir-responsabbiltà tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tivverifika jekk, minbarra d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ir-rikorrenti sabiex jutilizzaw għal kollox il-kwantitajiet ta' referenza tagħhom u l-liċenzji ta' importazzjoni tagħhom, id-dannu invokat minnhom ma jsibx preċiżament il-kawża tiegħu fl-illegalità allegata tar-Regolament Nru 2362/98 u, b'mod partikolari, fil-metodu ta' amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi stabbilit mill-Kummissjoni, li kien għalhekk fl-oriġini tad-diffikultajiet kummerċjali li ltaqgħu magħhom l-operaturi tradizzjonali minn pajjiżi terżi, li kienu finalment responsabbli sabiex jimportaw il-banana ta' l-AKP.

    58. Verifika bħal din hija obbligatorija l-aktar għall-Qorti tal-Prim'Istanza milli li l-illegalità allegata tar-Regolament Nru 2362/98 kienet tikkostitwixxi element essenzjali ta' l-argumentazzjoni żviluppata fir-rikors tagħhom mir-rikorrenti, li kienu fittxew li jistabbilixxu r-riperkussjonijiet negattivi ta' dik ir-regolamentazzjoni fuq l-attività ekonomika ta' impriżi tradizzjonalment importatriċi ta' banana minn pajjiżi terzi, fir-rigward tad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom sabiex jiffornixxu lilhom infushom bil-banana ta' l-AKP.

    59. B'konsegwenza ta' dan, billi asteniet milli teżamina jekk l-illegalità allegata tar-Regolament Nru 2362/98 seta' kien fl-oriġini tad-dannu ssubit mir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma mmotivatx biżżejjed is-sentenza kkontestata li għandha, għal dik ir-raġuni, tiġi annullata.

    60. Konformement mat-tieni frażi ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 61, ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, din ta' l-aħħar, f'każ ta' annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, tista' tiddeċiedi hija stess definittivament dwar il-kawża meta din tkun f'pożizzjoni li tiġi ġġudikata. Dan huwa l-każ hawnhekk.

    Dwar il-mertu tal-kawża

    61. Skond ġurisprudenza kostanti, l-obbligu tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità skond l-Artikolu 288, it-tieni nċiż, KE huwa suġġett għall-ġabra tal-kundizzjonijiet kollha f' dak li jikkonċerna l-illegalità ta' l-imġieba kkonstata lill-istituzzjonijiet komunitarji, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejn l-imġieba ta' l-istituzzjoni u d-dannu invokat (ara', partikolarment, is-sentenzi tas-7 ta' Mejju 1992, Pesquerias De Bermeo u Naviera Laida vs Kummissjoni, C-258/90 u C-259/90, Ġabra p. I-2901, punt 42, u KYDEP vs Kunsill u Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, punt 19).

    62. F'dak ir-rigward, għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok l-ilment fir-rigward ta' l-illegalità ta' l-imġieba kkontestata lil Kummissjoni.

    63. Kif ukoll kien diġa stabbilit fil-punt 55 tas-sentenza preżenti, ir-rikorrenti kkontestaw il-legalità tar-Regolament Nru 2362/98 billi invokaw it-tliet raġunijiet imressqa, bħala eċċezzjoni, sabiex isostnu t-talba tagħhom ta' annullament ta' l-ittri tal-kawża.

    64. Permezz ta' l-ewwel raġuni tagħhom, ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-Kummissjoni, billi adottat ir-Regolament Nru 2362/98, issuperat il-poteri li kienu ingħatawla permezz tar-Regolament Nru 404/93.

    65. Permezz tat-tieni raġuni tagħhom, huma jsostnu li l-impossibbiltà li jutilizzaw għal kollox il-kwantitajiet ta' referenza tagħhom sabiex jimportaw banana minn pajjiżi terzi jirriżulta biss mid-deċizjoni allegatament illegali u arbitrarja tal-Kummissjoni li tgħaqqad l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi minn pajjiżi terzi u tal-kwoti tat-tariffi ta' l-AKP. Meta pproċediet għall-ħruġ, il-Kummissjoni kienet kisret id-dritt fundamentali tagħhom għall-proprjetà u għall-inizjativa ekonomika ħielsa.

    66. Permezz tat-tielet raġuni tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li, billi jagħtu lill-importaturi ta' banana tradizzjonali ta' l-AKP il-possibbiltà li jiġbru flimkien l-importazzjonijiet tagħhom ta' dik il-banana u tal-banana minn pajjiżi terzi sabiex jieħdu l-liċenzji ta' importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ħolqot, favur dawk l-operaturi, kundizzjonijiet ta' forniment aktar favorevoli minn dawk previsti għall-operaturi tradizzjonali tal-banana minn pajjiżi terzi.

    Dwar l-ewwel raġuni

    67. L-ewwel raġuni fiha żewġ fergħat.

    68. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni, fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 2362/98, ikkunsidrat bħala perjodu ta' referenza għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza lill-operaturi tradizzjonali il-perjodu ta' tlett snin 1994-1996 li matulu r-Regolament Nru 404/93 kien fis-seħħ. Il-Kummssjoni kienet ukoll żammet u kkonsolidat il-pożizzjoni favorevoli li minnhom kienu bbenefikaw, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ġenerali fuq it-tariffi doganali u l-kummerċ, l-operaturi tal-kategorija B qabel il-kontestazzjoni fl-1997, permezz ta' l-istanzi ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ta' ċerti elementi sistema tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi stabbilit permezz tar-Regolament Nru 404/93.

    69. F'dan ir-rigward, ukoll kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, safejn ir-rikorrenti jkunu fl-impossibiltà li jutilizzaw il-liċenzji ta' importazzjoni għall-kwantitajiet ta' referenza li kienu lilhom ġew mogħtija, minħabba li huma setgħu jikkonkludu kuntratti ta' fornitura ta' banana ta' l-AKP, u imputaw dan l-allegat nuqqas ta' funzjoni fir-rigward ta' l-amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi u l-globalizzazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza mqiegħda permezz tar-Regolament Nru 2362/989, il-kritika fformulata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' qsim preliminari tal-kwantitajiet ta' referenza, li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-utilità tal-liċenzji ta' importazzjoni, għandhom jiġu miċħuda minħabba nuqqas manifest tar-rilevanza tagħhom.

    70. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jikkontestaw l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' metodu ta' amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi li, marbuta mal-globalizzazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza, kienu ppermettew li tiġi rinforzata l-pożizzjoni privileġġata ta' l-importaturi tal-banana ta' l-AKP.

    71. Skond dawn, amministrazzjoni unfikata tal-kwoti tat-tariffi jnaqqsu l-possibilitajiet ta' importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi għalkemm, fir-rigward ta' l-operaturi ta' banana ta' l-AKP, dawn il-possibilitajiet kienu ser jiżdiedu.

    72. Il-Kummissjoni, tikkunsidra, kontra dan, li amministrazzjoni komuni tal-kwoti tat-tariffi tivvaforixxi arranġamenti aktar ħielsa kif ukoll libertà li probabbilment żdiedet ta' l-operaturi fir-rigward ta' dik il-garanzija minn sistema preċedenti, b'mod partikolari li tippermetti lill-operaturi tal-banana ta' l-AKP u dawk tal-banana minn pajjiżi terzi li jimpurtaw b'mod indifferenti banana ta' oriġini waħda jew oħra.

    73. Il-Kummissjoni żżid li n-nuqqas ta' utilizzazzjoni ta' ċertu kwantità ta' banana ta' l-AKP, fl-1999 u fl-2000, m'hijiex ta' natura li tistabbilixxi li s-sistema l-ġdida ta' qsim tal-kwoti tivvaforixxi l-importaturi ta' banana ta' l-AKP. Dik iċ-ċirkustanza setgħet tirriżulta minn fatturi ekonomiċi marbuta ma' għażliet tas-suq.

    74. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar primarjament li, skond ġurisprudenza kostanti, jirriżulta mill-ekonomija tat-Trattat, li l-Artikolu 211 KE għandu jiftiehem, kif ukoll l-eżiġenzi tal-prattika li l-kunċett ta' eżekuzzjoni għandhom jiġu interpretati b'mod wiesgħa. Il-Kummissjoni hija l-unika li ssegwi b'mod kostanti u b'mod attent l-evoluzzjoni tas-swieq agrikoli u li aġixxiet bl-urġenza li kienet tirrikjedi s-sitwazzjoni, il-Kunsill setgħet, fil-kompetenza tagħha, ittiha poteri wiesgħa. B'konsegwenza ta' dan, il-limiti ta' dawk il-poteri kellhom jiġu evalwati partikolarment fil-funzjoni ta' l-oġġettivi ġenerali essenzjali ta' l-organizzazzjoni tas-suq tal-kawża (ara sentenza tat-30 ta' Settembru 2003, Ġermanja vs Kummissjoni, C-239/01, Ġabra p. I-10333, punt 54, u ġurisprudenza imsemmija iktar 'il fuq).

    75. Minbarra dan, il-Qorti ddeċidiet li fil-materji agrikoli l-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta kull miżura ta' applikazzjoni neċessarja jew utli sabiex tħaddem ir-regolamentazzjoni ta' bażi, sakemm hija ma tkunx kontrihom jew għar-regolamentazzjoni ta' applikazzjoni tal-Kunsill (ara, partikolarment, is-sentenzi tal-15 ta' Mejju 1984, Zuckerfabrik Franken, 121/83, Ġabra p. 2039, punt 13, tas-17 ta' Ottubru 1995, Olanda vs Kummissjoni, C-478/93, Ġabra p. I-3081, punt 31; tas-6 ta' Lulju 2000, Molkereigenossenschaft Wiedergeltingen, C-356/97, Ġabra p. I-5461, punt 24, u Ġermanja vs Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, punt 55).

    76. F'dan il-każ, ir-Regolament Nru 2362/98 ġie adottat mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 404/93. Dan l-Artikolu jippermetti lil din tiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tat-titlu IV ta' dan ir-Regolament, li jinkludi partikolarment, skond dan l-Artikolu, d) u e), il-"miżuri speċifiċi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-bidla mill-arranġamenti ta' l-importa zzjoni applikabbli mill-1 ta' Lulju 1993 għas-sistema introdotta minn [...] titlu IV [tar-Regolament Nru 404/93]" u "l-miżuri meħtieġa sabiex jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi mill-Kummissjoni konformement ma' l-Artikolu [300] tat-Trattat".

    77. Fir-rigward aktar partikolarment ta' l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament Nru 404/93 u ta' l-importazzjonijiet ta' banana tradizzjonali ta' l-AKP, ir-Regolament Nru 2362/98 għandu wkoll bħala bażi legali l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 404/93. Dik id-dispożizzjoni tagħti lil Kummissjoni il-kariga li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi, u tippreċiża li l-metodu magħzul ser ikun "ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni ta' l-użanzi ta' flussi tradizzjonali".

    78. Ir-rikorrenti ma wrewx, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 75 ta' din is-sentenza, li l-metodu ta' amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi adottat fir-Regolament Nru 2362/98 huwa kontra r-regolamentazzjoni ta' bażi li huwa japplika. Huwa stabbilit, fil-fatt, li dak il-metodu jikkunsidra l-użanzi ta' flussi tradizzjonali u jippermetti l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi u ta' l-importazzjonijiet ta' banana tradizzjonali ta' l-AKP, bħal ma nsibu, l-ewwel, fl-Artikolu 18(1) u (1), u t-tieni, fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 404/93.

    79. Minbarra dan, ir-regolamentazzjoni ta' bażi ma tippermettix li l-amminstrazzjoni tal-liċenzji ta' importazzjoni jsiru mingħajr riferiment għall-oriġini (Stati ta' l-AKP jew Stati terzi) tal-banana.

    80. Għal dak li huwa aktar speċifikament l-argument li l-metodu ta' amministrazzjoni tal-kawża kien saħħaħ il-pożizzjoni privileġġata ta' l-importaturi ta' banana ta' l-AKP, għandu jiġi eżaminat iktar 'il quddiem, fil-kuntest ta' l-analiżi tat-tielet raġuni tar-rikorrenti, fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.

    81. F'dawn il-kundizzjonijiet, fin-nuqqas li ma wrewx li l-Kummissjoni ma rrikonoxxietx ir-regolamentazzjoni ta' bażi applikabbli fil-materja jew li manifestament eċċediet il-limiti ta' poter ta' evalwazzjoni fl-għażla tad-dispożizzjonijiet li ingħatawlha mill-Kunsill, taħt riserva ta' l-eżami ulterjuri ta' l-argument imsemmi fil-punt preċedenti, għandha tiġi miċħuda t-tieni fergħa ta' l-ewwel raġuni.

    82. B'konsegwenza ta' dan, l-ewwel raġuni invokata mir-rikorrenti sabiex issostni r-rikors tagħhom għandu jiġi miċħud.

    Dwar it-tieni raġuni

    83. Ir-rikorrenti jsostnu li l-impossibbiltà għalihom li jutilizzaw għal kollox il-kwantitajiet ta' referenza tagħhom ta' l-għoti ta' liċenzji ta' importazzjoni effettivament jistgħu jintużaw għat-totalità ta' dawk il-kwantitajiet jirriżulta mid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li tgħaqqad l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi għal banana minn pajjiżi terzi u għal banana ta' l-AKP. Dik id-deċiżjoni fil-fatt kienet ġabet fix-xejn il-possibbiltajiet miftuħa għall-importaturi ta' banana minn pajjiżi terzi sabiex jikkummerċjalizzaw il-kwantitajiet ta' banana allokati annwalment.

    84. Fit-tmiem tas-sena 1999 il-kwoti tat-tariffi ta' banana ta' l-AKP kienu l-uniċi li ma kienux utilizzati mingħajr madankollu ma jkunu effettivament disponibbli. Matul is-sena 2000, quddiem l-istess diffikultajiet ta' forniment ta' banana ta' l-AKP, ir-rikorrenti kienu naqqsu li jitolbu l-liċenzji għall-importazzjoni ta' dawk il-banana.

    85. F'dawk il-kundizzjonijiet, filwaqt li adottat il-metodu ta' amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi, il-Kummissjoni kienet kisret id-dritt fundamentali għall-propjetà u l-moviment ħieles ekonomiku.

    86. F'dan ir-rigward hija ġurisprudenza stabbilita li kemm id-dritt għal propjetà kif ukoll l-eżerċizzju ħieles ta' l-attivitajiet professjonali jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt komunitarju. Dawn il-prinċipji ma jidhrux madankollu bħala prerogativi assoluti, imma għandhom jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-funzjoni tagħhom fis-soċjetà. B'konsegwenza ta' dan, restrizzjonijiet jistgħu iwasslu għall-użu tad-dritt tal-propjetà u għall-moviment ħieles ta' attività professjonali partikolarment fil-kuntest ta' organizzazzjoni komuni tas-suq, bil-kundizzjoni li dawk ir-restrizzjonijiet jirrispondu effettivament għal obbjettivi ta' nteress ġenerali li ssegwi l-Kummissjoni u ma jikkostitwixxix, fir-rigward ta' l-għan imfittex, intervent aktar min-norma u li ma jaqbilx magħhom, li jwassal li jfixkel is-sustanza stess tad-drittijiet kif garantiti (ara s-sentenzi tat-13 ta' Diċembru 1979, Hauer, 44/79, Ġabra p. 3727, punt 32; tal-11 ta' Lulju 1989, Schräder, 265/87, Ġabra p. 2237, punt 15, u tat-13 ta' Lulju 1989, Wachauf, 5/88, Ġabra p. 2609, punti 17 u 18). Huwa fir-rigward ta' dawn il-kriterji li għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-metodu ta' amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi flimkien mar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-drittjiet fundamentali invokati mir-rikorrenti.

    87. Fir-rigward ta' l-allegazzjonijiet ta' dawn ta' l-aħħar, għandu jiġi ppreċiżat mill-ewwel li kwantità ta' referenza allokata lil operatur fil-kuntest ta' organizzazzjoni komuni tas-suq jirrappreżenta l-kwantità massima li fir-rigward tagħha dak l-operatur jista', matul dik is-sena, jippreżenta applikazzjonijiet ta' ċertfikati ta' importazzjoni sabiex jibbenefika mid-drittijet marbuta mal-kwoti tat-tariffi. L-allokazzjoni ta' kwantitajiet ta' referenza b'hekk ma jiggarantix id-disponibbiltà tagħha u lanqas id-dritt għall-operaturi sabiex jesportaw effettivament lejn il-Komunità t-totalità tal-kwantitajiet allokati fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi.

    88. Għal dak li jikkonċerna, min-naħa, dritt ta' propjetà ta' l-importaturi tal-banana minn pajjiżi terzi, il-Qorti diġa ddeċidiet li dak id-dritt mhux ikkuntestat minħabba l-istabbiliment tal-kwoti komunitarji u r-regoli tal-qsim tagħhom. Fil-fatt, ebda operatur ekonomiku ma jista' jitlob dritt ta' propjetà fuq parti mis-suq li huwa kellu f'mument preċedenti għall-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq, liema parti tikkostitwixxi biss pożizzjoni ekonomika momentarja fir-rigward ta' bidla ta' ċirkostanzi. (ara s-sentenzi tal-5 ta' Ottubru 1994, Ġermanja vs Kunsill, C-280/93, Ġabra p. I-4973, punt 79 u ta' l-10 ta' Marzu 1998, Ġermanja vs Kunsill, C-122/95, p. I-973, punt 77).

    89. Operatur ekonomiku ma jieħux vantaġġ meta jiġġieled għal dritt akkwiżit fejn anki kunfidenza leġittima fiż-żamma ta' sitwazzjoni eżistenzi li tista' tiġi emendata permezz tad-deċiżjonijet meħuda mill-istituzzjonijiet komunitarji fil-kuntest tal-poter ta' evalwazzjoni tagħhom (sentenzi tat-28 ta' Ottubru 1982, Faust vs Kummissjoni, 52/81, Ġabra p. 3745, punt 27; ta' l-14 ta' Frar 1990, Delacre e.a vs Kummissjoni, C-350/88, Ġabra p. I-395, punti 33 u 34, u tal-5 ta' Ottubru 1994, Ġermanja vs Kunsill, iċċitat iktar 'il fuq, punt 87). Dan huwa iktar il-każ jekk is-sitwazzjoni eiżstenti għandha tiġi emendata sabiex tirrispetta l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità.

    90. Għal dak li jikkonċerna, min-naħa, it-tfixkil allegat għall-attivitajiet professjonali, għandu jiġi mfakkar li l-istabbiliment ta' metodu ta' amministrazzjoni jgħaqqad il-kwoti tat-tariffi, kif previsti permezz tar-Regolament Nru 2362/98, huwa effettivament ta' natura li jemenda l-pożizzjoni kompetittiva ta' l-importaturi ta' banana minn pajjiżi terzi safejn, fl-applikazzjoni ta' dan il-metodu, l-operaturi kollha mingħajr distinzjoni jistgħu jimportaw banana ta' kwanlunkwe oriġini. Mandankollu, għandu jiġi rrilevat li, jekk l-importaturi ta' banana minn pajjiżi terzi jistgħu ukoll jikkompetu ma' l-importaturi ta' banana ta' l-AKP, huma ma jbatux aktar, kif fakkret ġustament ukoll il-Kummissjoni, miinn tnaqqis ta' 30% mill-importazzjonijiet tagħhom, previst mis-sistema preċedenti favur l-importatuturi ta' banana ta' l-AKP tal-kategorija B. Minbarra dan, huwa ukoll relevanti, fil-kuntest ta' arranġament ġdid, li jġibu l-banana ta' l-AKP. Id-diffikulatjiet invokati mir-rikorrenti biex issibu fornituri li jistgħu jfornulhom il-banana ta' l-AKP m'humiex ta' natura li jdaħħlu fil-kawża l-legalità ta' sistema li tirrikonoxxilhom preċiżament id-dritt ta' importazzjoni ta' dik il-banana fil-kuntest tal-kwoti komunitarji.

    91. Fi kwanlunkwe każ, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustijzzja li r-restrizzjonijiet għall-fakultà li jimportaw il-banana minn pajjiżi terzi, li jirriżultaw mill-ftuħ tal-kwoti tat-tariffi kollha u tal-mekkaniżmu tagħhom ta' qsim, huwa parti mill-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-swieq intiża li tassigura l-protezzzjoni ta' l-obbjettivi msemmija fl-Artikolu 33KE u r-rispett ta' l-obbligi internazzjonali li daħlet għalihom il-Komunità. Dawn ir-restrizzjonijiet m'humiex ta' natura li jwasslu għat-tfixkil għall-eżerċizzju ħieles ta' attiviatjiet professjonali ta' l-operaturi tradizzjonali ta' banana minn pajjiżi terzi (ara s-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq tal-5 ta' Ottubru 1994, Ġermanja vs Kunsill, punti 82 u 87, kif ukoll ta' l-10 ta' Marzu 1998, Ġermanja vs Kunsill, punt 77).

    92. Filwaqt li jiġi kkunsidrat dak li huwa msemmi fuq, it-tieni raġuni invokata mir-rikorrenti sabiex isostnu r-rikors tagħhom għandu jiġi miċħud.

    Dwar it-tielet raġuni

    93. Ir-rikorrenti isostnu li, filwaqt li taw lill-importaturi ta' banana ta' l-AKP il-possibbiltà li jaffermaw kemm l-importazzjonijiet tagħhom ta' dawn il-banana u dawk ta' banana minn pajjiżi terzi għal fini tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza tagħhom u ta' l-għoti ta' liċenzji li jippermettu l-importazzjoni ta' banana minn pajjiżi terzi, ir-Regolament Nru 2362/98 ippreveda għal dawk l-operaturi il-kundizzjonijiet ta' fornitura aktar favorevoli għal dawk li jibbenefikaw minnhom l-importaturi tradizzjonali ta' banana minn pajjiżi terzi.

    94. Filwaqt li tipprevedi metodu ta' amministrazzjoni unifikata tal-kwoti tat-tariffi applikabbli għall-pajjiżi terzi u għall-pajjiżi ta' l-AKP, kif ukoll il-globalizzazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza, il-Kummissjoni kienet kisret ukoll il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.

    95. F'dak ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fejn l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu, fil-limiti tal-kwantitajiet ta' referenza tagħhom, jeffettwaw importazzjonijiet ta' kwalunkwe oriġini u wkoll ikunu f'sitwazzjoni identika, il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni jipprojbixxi preċiżament li jiġu kkunsidrati b'mod differenti fil-mument ta' l-allokazzjoni tal-liċenzji ta' importazzjoni.

    96. B' konsegwenza ta' dan, għandha tiġi miċħuda ukoll it-tielet raġuni invokata mir-rikorrenti sabiex isostnu r-rikors tagħhom.

    97. Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet kollha li jippreċedu li ebda wieħed mir-raġunijiet ta' illegalità invokati bħala eċċezzjoni fir-rigward tar-Regolament Nru 2362/98 ma għandu jiġi milqugħ.

    98. L-ewwel kundizzjoni li għalih hija suġġetta għall-obbligu tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288KE, m'huwiex għaldaqstant sodisfatt, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet l-oħra ta' obbligu ta' dik ir-responsabbiltà huma sodisfatti, jiġifieri r-realtà tad-dannu allegat u l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejnhom u l-imġieba akkużata lill-istituzzjoni kkonċernata.

    Fuq l-ispejjeż

    99. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 69(2) tar-Regolament tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta' Appell skond l-Artikolu 118 ta' l-istess regolament, kull parti li titlef il-kawża tbati l-ispejjeż, jekk jiġi deċiż f'dan is-sens. Peress li l-Kummissjoni talbet li r-rikorrenti jiġu kkundannati jħallsu l-ispejjeż u peress illi dawn tilfu l-argumenti tagħhom, huma għandhom jiġu kkundannati iħallsu l-ispejjeż.

    Parti operattiva


    Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) taqta' u tiddeciedi

    1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prm'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-10 ta' April 2003, Alessandrini e.a./Kummissjoni (T-93/00 u T-46/01), hija annullata.

    2) Ir-rikorsi mressqa taħt in-Numri T-93/00 u T-46/01 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huma miċħuda.

    3) Alessandrini Srl, Anello Gino di Anello Luigi & C. Snc, Arpigi SpA, Bestfruit Srl, Co-Frutta SpA, Co-Frutta Soc. coop. arl, Dal Bello Sife Srl, Frigofrutta Srl, Garletti Snc u London Fruit Ltd huma kkundannati iħallsu l-ispejjeż imressqsa kemm fil-Prim'Istanza kif ukoll fil-kuntest ta' l-Appell.

    Top