IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2026
COM(2026) 413 final
2026/0229(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in- Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52026PC0413
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the Farm Sustainability Data Network (codification)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar in- Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar in- Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
COM/2026/413 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2026
COM(2026) 413 final
2026/0229(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in- Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u ċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.
Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.
Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.
2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anki f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.
3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.
Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.
Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura aċċelerata għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.
4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli 3 . Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss dawk l-adattazzjonijiet formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.
5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fil‑lingwi uffiċjali kollha, tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u dawk ġodda tidher fit-tabella kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ikkodifikat.
🡻 2023/2674 (adattat)Art.1.1
2026/0229 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
⌦ dwar in- ⌫ Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
🡻 1217/2009 (adattat)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu ⌦ 43(2) ⌫ tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
🡻
(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 6 ġie emendat kemm-il darba 7 b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat.
🡻 2023/2674 premessa 1 (adattat)
(2)L-analiżi u l-iżvilupp tas-settur agrikolu tal-Unjoni u tal-politika agrikola komuni ⌦ (PAK) ⌫ jeħtieġu informazzjoni oġġettiva, aġġornata u rilevanti dwar il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà ta’ azjendi fl-Unjoni.
🡻 2023/2674 premessa 3 (adattat)
(3)⌦ In- ⌫Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN), ⌦ għall-ġbra tad-data ⌫ fil-livell tal-azjendi agrikoli dwar is-sostenibbiltà ⌦ jenħtieġ li ⌫ jappoġġja l-iżvilupp ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza u l-prestazzjoni, kif ukoll l-analiżi tas-setturi agrikoli fl-Istati Membri individwali u fl-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jkejjel il-progress u jagħti gwida siewja lil dawk li jfasslu l-politika. L-FSDN ⌦ jenħtieġ li ⌫ jikkontribwixxi għall-analiżi tad-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali mtejba tal-(PAK) għat-titjib tas-servizzi ta’ konsulenza lill-bdiewa u għall-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli, u għat-trasparenza u l-ekwità tal-katina tal-provvista agroalimentari.
🡻 2023/2674 premessa 4
(4)Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b’mod adegwat l-isfidi attwali u futuri tagħha, huwa xieraq li jiġu koperti t-tliet dimensjonijiet tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, jiġifieri d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, b’mod partikolari kif previst fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 . Skont l-Artikolu 11 TFUE, id-data dwar il-protezzjoni ambjentali jenħtieġ li tiġi integrata fl-FSDN sabiex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ aspetti addizzjonali relatati mas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ ir-rabta mal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-qafas għas-sostenibbiltà tal-azjendi skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jenħtieġ li jitqies f’termini ta’ tliet aspetti ewlenin: ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
🡻 2023/2674 premessa 5
(5)L-objettivi hawn fuq imsemmija jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ network tal-Unjoni għall-ġbir ta’ data dwar is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, jiġifieri l-FSDN, ibbażat fuq il-persuni diġà eżistenti li jiġbru d-data f’kull Stat Membru u li għandhom il-fiduċja tal-partijiet ikkonċernati.
🡻 2023/2674 premessa 6
(6)Hemm bżonn li tiġi vvalutata s-sostenibbiltà ġenerali tal-azjendi, inkluż abbażi ta’ data ambjentali marbuta mal-ħamrija, l-arja, l-ilma u l-bijodiversità, kif ukoll data li tkopri d-dimensjoni soċjali tal-biedja, b’attenzjoni partikolari mogħtija lis-sitwazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ bħala bdiewa u bħala ħaddiema tal-azjendi agrikoli. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti f’anness ta’ dan ir-Regolament l-kategoriji ewlenin ta’ data ekonomika, ambjentali u soċjali u f’dawn il-kategoriji, is-suġġetti tad-data relatati li jistgħu jinġabru u jiġu kkompilati fl-FSDN. Jenħtieġ li dawk is-suġġetti tad-data jkunu marbuta mal-ħtiġijiet tal-PAK u jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura u tal-azjendi tal-Unjoni. Sabiex jitqiesu l-isfidi futuri tas-sostenibbiltà, jenħtieġ li s-setgħa li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar ta’ dak l-anness, inkluż billi timmodifika suġġetti u żżid oħrajn ġodda, filwaqt li tqis ir-rilevanza tad-data li għandha tinġabar u tiġi kkompilata u l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-azjendi. Barra minn hekk, meta żżid suġġetti ġodda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprevedi perjodu minimu ta’ mill-inqas sena qabel l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni relatat dwar il-varjabbli, sabiex tagħti biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jippreparaw il-ġbir tad-data.
🡻 2023/2674 premessa 7 (adattat)
(7)Biex tiġi deskritta d-dimensjoni soċjali tas-sostenibbiltà, huwa meħtieġ li jinġabru ċerti tipi ta’ data personali ta’ persuni li jaħdmu fis-settur agrikolu. Tali informazzjoni jenħtieġ li tappoġġja l-analiżi ta’ suġġetti relatati għall-objettivi speċifiċi tal-PAK skont l-Artikolu 6(1), il-punti (g) u (h), tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-ipproċessar ta’ tali data personali jenħtieġ li jkun limitat għall-kategoriji ta’ data li huma strettament meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ⌦ ta’ dan ir- ⌫ Regolament skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ,⌦ u ⌫ b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu, ⌦ kif ukoll ⌫ ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu.
🡻 2023/2674 premessa 8
(8)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-analiżijiet dwar l-istat tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, b’mod partikolari sabiex tippermetti l-użu ta’ dawk ir-riżultati għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva. Is-servizzi ta’ konsulenza offruti lill-azjendi prospettanti bbażati fuq id-data tal-FSDN jistgħu jkunu siewja u b’hekk joffru inċentiv sinifikanti favur il-parteċipazzjoni fl-FSDN, dment li l-parir ikun ibbażat fuq data rilevanti u kemm jista’ jkun reċenti, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi bbażati fuq ix-xjenza u l-aħħar għarfien disponibbli dwar l-aħjar prattiki. Id-disseminazzjoni tad-data aggregata tal-FSDN relatata mas-suġġetti ambjentali stabbiliti b’dan ir-Regolament, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fih, jenħtieġ li sservi l-iskop ta’ disseminazzjoni attiva u sistematika lill-pubbliku tal-informazzjoni ambjentali meħtieġa mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 u mir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .
🡻 2023/2674 premessa 9 (adattat)
(9)Ir-Regolamenti (UE) 2022/2379 13 u (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 jipprevedu l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw sorsi oħra għall-istħarriġ statistiku. Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 jirreferi għall-użu tad-data tan- ⌦ Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola ⌫ (FADN), stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 u konvertit fl-FSDN. Abbażi ta’ dawk l-għażliet u għall-fini tal-użu mill-ġdid tad-data u titjib fl-effiċjenzi, jkun utli li l-Istati Membri jitħallew jużaw id-data tal-FSDN għal finijiet statistiċi.
🡻 1217/2009 premessa 4
(10)L-informazzjoni miġbura għandha tiġi miksuba minn azjendi agrikoli magħżula b’mod speċjali u adatt skond regoli komuni u trid tkun ibbażata fuq fatti verifikabbli. Din l-informazzjoni għandha tirrifletti l-kondizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u soċjali tal-azjendi involuti, tittieħed minn azjendi individwali, tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun, tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi, tkun preżentata b’forma komuni u tkun tista’ tiġi użata f’kull mument u bid-dettalji kollha mill-Kummissjoni.
🡻 1217/2009 premessa 6 (adattat)
(11)Sabiex jinkisbu r-riżultati li jkunu omoġenji biżżejjed fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫, l-azjendi li jibagħtu prospett għandhom ikunu mifruxa fost it-taqsimiet varji u fost il-kategoriji varji tal-azjendi fuq il-bażi ta’ stratifikazzjoni fl-oqsma ta’ l-istħarriġ ibbażata fuq it-tipoloġija ⌦ tal-Unjoni ⌫ tal-azjendi agrikoli kif ⌦ mwaqqfa ⌫ oriġinarjament bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 16 .
🡻 1217/2009 premessa 7 (adattat)
(12)It-taqsimiet tan-netwerk ta’ informazzjoni għandhom sa fejn huwa possibbli, ikunu identiċi għal dawk użati għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra reġjonali li huma essenzjali sabiex jiġu pprovduti l-linji gwida għall-⌦ PAK ⌫.
🡻 2023/2674 premessa 11
(13)L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jimmodernizzaw kemm jista’ jkun il-modi tal-ġbir ta’ data. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tinġabar data armonizzata u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-data diġà miġbura, pereżempju, permezz ta’ statistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli jew il-PAK. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u għal dawk li jiġbru d-data, bl-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-talbiet għad-data u għall-ġbir ta’ data u biex jissaħħaħ is-sett ta’ data tal-FSDN, jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju tal-ġbir ta’ data ta’ darba u l-użu mill-ġdid tagħha għal diversi drabi. Għandha tiġi kkunsidrata d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 . L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, inkluż l-użu mill-ġdid tad-data u l-kondiviżjoni tad-data ma’ sorsi oħra, jenħtieġ li jiġi promoss u jenħtieġ li jkun dejjem ikkunsidrat bħala s-soluzzjoni tal-ewwel għażla, meta dan iwassal għall-parteċipazzjoni wiesgħa tal-bdiewa u l-preċiżjoni tad-data miġbura. Għal dak il-fini, jenħtieġ li jiġu esplorati l-iżvilupp jew l-ottimizzazzjoni tal-għodod diġitali disponibbli għall-ġbir tad-data. Jenħtieġ li tiġi prevista estensjoni tas-sistema ta’ ġbir ta’ data meta din tkun ibbażata esklussivament fuq l-uffiċċji tal-kontabbiltà agrikola bil-ħsieb tal-ġbir ta’ varjabbli ambjentali u soċjali.
🡻 2023/2674 premessa 12 (adattat)
(14)Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-kompilazzjoni tal-prospetti tal-azjendi agrikoli u biex jitnaqqas il-piż fuq l-azjendi prospettanti, l-aġenziji ta’ kollegament jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw fil-ħin u mingħajr ħlas sorsi ta’ data nazzjonali li jistgħu jintużaw għal data rilevanti sabiex jiġu kkompilati l-prospetti tal-azjendi agrikoli kif definit u stabbilit b’dan ir-Regolament. L-użu ta’ tali sorsi ta’ data huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-aġenziji ta’ kollegament. Għal dawk il-finijiet huwa xieraq li jiġu definiti l-modalitajiet għall-aċċess ta’ tali sorsi tad-data u li jintużaw metodi oħra ta’ kompilazzjoni tad-data jew approċċi innovattivi, inkluż għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet li jittrattaw id-data fl-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita lista ta’ sorsi ta’ data rilevanti disponibbli fil-livell nazzjonali li l-aġenziji ta’ kollegament jistgħu jużaw biex jikkomplilaw il-prospetti tal-azjendi agrikoli. Sabiex jiġi żgurat li l-lista tibqa’ aġġornata u rilevanti, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar ta’ dik il-lista. B’mod partikolari, is-settijiet tad-data li ⌦ joriġinaw ⌫ mill-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1091 u mill-istatistika dwar l-input u l-output agrikolu stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista meta l-kondiviżjoni tad-data minn dawk is-sorsi tad-data tkun ⌦ abilitata ⌫ legalment.
🡻 2023/2674 premessa 13
(15)Minbarra d-data li tinsab fil-prospett tal-biedja għall-azjendi prospettanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-mezzi biex il-Kummissjoni ttejjeb il-kapaċità li tanalizza kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà billi tikkomplementa d-data dwar il-prospetti tal-biedja b’kontenut mid-data għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (DME) miksuba skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew mis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , filwaqt li jiġi evitat li jiżdied il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti. Peress li l-approċċi u l-metodoloġiji tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data jistgħu jvarjaw bejn l-FSDN u dawk is-settijiet tad-data l-oħra, pereżempju fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-ħinijiet ta’ referenza, jista’ jkun neċessarju li jitqiesu kwistjonijiet ta’ konsistenza meta tiġi analizzata d-data. F’dak il-kuntest, l-obbligu tal-Istati Membri jenħtieġ li jinftiehem bħala obbligu li jipprovdu d-data li tinsab f’dawk is-settijiet ta’ data iżda mhux li jiżguraw konsistenza sħiħa mal-FSDN. Sabiex il-lista ta’ settijiet tad-data tinżamm aġġornata kemm jista’ jkun, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l- Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal- emendar ta’ dik il-lista ta’ settijiet tad-data u biex iżżid settijiet tad-data xierqa u rilevanti ġodda li huma adatti għall-konnessjoni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tqis u tiġġustifika kif xieraq ir-rilevanza tad-data li għandha tinġabar u tiġi kkompilata u l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti.
🡻 2023/2674 premessa 14 (adattat)
(16)Fir-rigward tad-DME, eżempju ta’ tali data huwa data diżaggregata dwar l-interventi tal-PAK. Fir-rigward tad-data fis-SIAK, eżempji ta’ tali data huma l-kopertura tal-art ta’ żoni agrikoli, għelejjel, karatteristiċi tal-pajżaġġ u ġestjoni tal-art skont prattiki tal-biedja organika. L-identifikazzjoni tal-azjendi fid-DME u s-SIAK hija ġestita mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali permezz ta’ identifikaturi speċifiċi. Abbażi ta’ dawk l-identifikaturi, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkonnettjaw tali data fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħżlu li jibgħatu lill-Kummissjoni jew dawk ir-rabtiet jew id-data rilevanti relatata mal-azjenda prospettanti inkluża f’dawk is-settijiet ta’ data. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jibgħatu d-data rilevanti, dik id-data jenħtieġ li tinkludi n-numru tal-FSDN, sabiex il-kontenut rilevanti jkun jista’ jingħaqad mal-prospetti tal-azjendi agrikoli fil-livell tal-Unjoni. Il-mod kif din l-informazzjoni tiġi kkonettjata fil-livell ta’ azjenda agrikola individwali jenħtieġ li jiġi speċifikat, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-użu tad-data minn dawk is-settijiet tad-data, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-elenkar tad-data li għandha tiġi estratta minn dawk is-settijiet ta’ data, kif ukoll biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjoni teknika u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data. Jenħtieġ li dik id-data tkun marbuta mal-iskop, ⌦ kif ukoll ma’ suġġett wieħed jew aktar stabbiliti ⌫ f’dan ir-Regolament.
🡻 1217/2009 premessi 9 u 10 (adattat)
(17)Il-qasam ta’ l-istħarriġ tan-netwerk ta’ l-informazzjoni jrid jinkludi l-azjendi agrikoli kollha ta’ ċertu daqs ekonomiku, irrispettivament minn kull xogħol barrani li l-operatur jista’ jidħol għalih. ⌦ Dan il-qasam għandu jerġa jiġi eżaminat perjodikament fid-dawl tad-data dwar l-istatistika integrata ta’ l-azjendi agrikoli. ⌫ ⌦ L-azjendi prospettanti jenħtieġ ⌫ li jiġu magħżula skond ir-regoli stabbiliti fil-kuntest ta’ pjan ta’ għażla mmirat sabiex jikseb kampjun rappreżentattiv t tal-qasam ta’ l-istħarriġ.
🡻 1318/2013 premessa 2 (adattat)
(18)Sabiex ċertu elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFEU għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness II fir-rigward ta’ taqsimiet għal kull Stat Membru ⌦ tal-FSDN ⌫ ware rikjesta minn Stat Membru, l-istabbiliment tar-regoli biex jiġi stipulat il-livell limitu għad-daqs ekonomiku ta’ azjendi prospettanti u r-regoli għall-istabbiliment tal-pjan għall-għażla ta’ azjendi prospettanti, l-istabbiliment tal-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard, id-definizzjoni tat-tipi ta’ biedja ġenerali u prinċipali, l-ispeċifikazzjoni tal-gruppi ewlenin ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tinġabar, u l-adozzjoni ta’ regoli ġenerali dwar l-informazzjoni tal-kontabilità li għandha tkun inkluża fil-prospetti tal-azjenda agrikola.
🡻 1318/2013 premessa 3 (adattat)
(19)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan-Regolament u sabiex tkun evitata diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-limitu massimu għad-daqs ekonomiku ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, l-istabbiliment tan-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tal- ⌦ FSDN ⌫, l-istabbiliment u l-aġġornament tal-metodi u l-mudelli għan-notifika tal-pjan ta’ għażla lill-Kummissjoni, l-istabbiliment tal-proċeduri u l-metodi ta’ kalkolu applikabbli għat-tipoloġija tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli dettaljati dwar l-attivitajiet tal-kumitati nazzjonali għan-netwerk tad-data u l-aġenziji ta’ kollegament tal-Istati Membri.
🡻 1217/2009 premessa 11
(20)Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa mixtieq illi d-deċiżjonijiet ewlenija li jirrigwardaw l-għażla tal-azjendi li jibagħtu prospett, b’mod partikolari t-twaqqif tal-pjan ta’ l-għażla, għandhom jiġu adottati fil-livell nazzjonali. Bħala konsegwenza ta’ dan, huwa f’dan il-livell illi korp għandu jinghata r-responsabbiltà għal dan ix-xogħol. Dawk l-Istati Membri li għandhom numru ta’ taqsimiet għandhom, madankollu, jkunu ħielsa li jżommu l-kumitati reġjonali.
🡻 2023/2674 premessa 16
(21)Il-FSDN jenħtieġ li jiddependi fuq il-parteċipazzjoni volontarja. Madankollu, peress li xi Stati Membri jiffaċċjaw problemi bil-parteċipazzjoni tal-azjendi fil-FSDN, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali biex jindirizzaw dik il-kwistjoni mingħajr ma jimponu penali fuq il-bdiewa. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu lill-bdiewa jipparteċipaw fl-FSDN billi jużaw inċentivi li jenħtieġ li jistabbilixxu fi pjan speċifiku. Dawk l-inċentivi jistgħu jieħdu l-forma ta’, inter alia, kontribuzzjonijiet finanzjarji, feedback dwar il-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli, jew pariri bbażati fuq informazzjoni tal-FSDN.
🡻 1217/2009 premessa 12
(22)L-aġenzija nazzjonali tal-kollegament trid tieħu sehem qawwi fl-immaniġġar tan-netwerk ta’ informazzjoni.
🡻 2023/2674 premessa 17
(23)L-FSDN jenħtieġ li jippermetti l-valutazzjoni komparattiva tad-data mill-azjenda prospettanti mad-data aggregata meta d-data tirrappreżenta diversi azjendi prospettanti u tiġi ppreżentata fil-forma ta’ medji reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali. Fir-rigward tad-data tal-kontabbiltà, il-kontijiet ta’ azjendi jikkostitwixxu s-sors bażiku għal kwalunkwe valutazzjoni tal-introjtu tagħhom jew studju tal-operat tan-negozju tagħhom. Il-medji reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fil-livell tal-Istati Membri biex jissaħħaħ l-għarfien dwar is-sitwazzjoni agrikola. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li d-data miġbura tintuża biex jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza personalizzati u feedback imtejba lill-bdiewa bl-għan li tiġi faċilitata l-ġestjoni tal-azjendi u li tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom.
🡻 2023/2674 premessa 18
(24)Id-data tal-FSDN jenħtieġ li tirreferi għal attivitajiet agrikoli u attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ relatati direttament mal-azjendi sabiex ikun possibbli li jiġu koperti l-aspetti rilevanti kollha tal-attivitajiet tal-azjendi. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-attivitajiet barra l-azjenda agrikola, bħala indikazzjoni meħtieġa tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà ġenerali tal-azjenda. F’dak il-każ, il-granularità tad-data miġbura jenħtieġ li tkun strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi analizzat is-sinifikat tal-attivitajiet barra l-azjenda agrikola fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli. Jenħtieġ li ma titqies l-ebda data relatata mal-assi privati fit-tħejjija tal-prospetti tal-azjendi agrikoli.
🡻 2023/2674 premessa 19 (adattat)
(25)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-prospetti tal-azjendi agrikoli, u b’mod partikolari li d-data fil-prospetti tal-biedja tkun komparabbli, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli li għalihom jenħtieġ li tinġabar id-data, is-sena ta’ rappurtat, il-forma u t-taqsim tal-prospett tal-azjendi agrikoli a u r-regoli għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni. Meta tiddefinixxi dawk il-varjabbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tuża sorsi ta’ data eżistenti u tanalizza l-fattibbiltà tal-varjabbli, abbażi ta’ inputs mill-Istati Membri dwar sorsi u metodi possibbli ta’ data, bil-ħsieb li jiġi limitat il-piż fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti. ⌦ Filwaqt li jsir sforz biex jiġi żgurat li d-data miġbura tkun komparabbli u utli għal finijiet analitiċi, huwa xieraq li jiġu akkomodati iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri sabiex jinkiseb sett tad-data komplut u uniformi fl-Unjoni kollha, u għalhekk tenħtieġ li jkunu possibbli eżenzjonijiet speċifiċi u ġustifikati. ⌫
🡻 2023/2674 premessa 20
(26)Is-sistema ta’ data kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni jenħtieġ li i tiffunzjona għat-trażmissjoni u l-verifika tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għall-analiżi tad-data kemm fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali kif ukoll fil-livell aggregat. Dik is-sistema tad-data kompjuterizzata jenħtieġ li tiġi adattata biex il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkombinaw data fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali bejn l-FSDN u settijiet ta’ data oħra (bħal DME u SIAK). Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall- implimentazzjoni ta’ dik is-sistema tad-data kompjuterizzata, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dettaljati dwar il-ħżin, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data fil-Kummissjoni.
🡻 2023/2674 premessa 21 (adattat)
(27)Sabiex jiżdied il-livell tal-aċċettazzjoni tal-bdiewa biex jipparteċipaw fil-ġbir tad-data u biex id-data individwali tiġi protetta minn użu mhux awtorizzat jew mhux xieraq, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-data individwali jenħtieġ li tintuża biss għal skopijiet analitiċi marbuta mal-objettivi ⌦ tal-PAK ⌫ u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, u, f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu dan, għal finijiet ta’ statistika. Kwalunkwe użu ieħor tad-data individwali mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, b’mod partikolari għall-kontrolli skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 jew għal finijiet ta’ tassazzjoni, jenħtieġ li jiġi pprojbit.
🡻 2023/2674 premessa 22
(28)F’każ li d-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra tiġi kondiviża mill-Kummissjoni jew mill-aġenziji ta’ kollegament, huwa tal-akbar importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data u tingħata assigurazzjoni lill-bdiewa, kemm persuni fiżiċi u kif ukoll dawk ġuridiċi, li d-data individwali tagħhom miksuba skont dan ir-Regolament jiġu anonimizzati biex tiġi evitata l-identifikazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra jistgħu jsiru pubbliċi dment li jkunu kemm aggregati kif ukoll anonimizzati. Fir-rigward tad-data minn settijiet ta’ data oħra, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li se jsiru pubbliċi f’format aggregat u anonimizzat biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar dawk is-settijiet ta’ data previsti fil-leġiżlazzjoni speċifika rilevanti tal-Unjoni.
🡻 2023/2674 premessa 23
(29)Jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata aċċess għal data psewdonimizzata għal finijiet ta’ riċerka, fl-interess tal-progress xjentifiku fil-qasam agrikolu fl-Unjoni u sabiex jingħata kontribut għall-indirizzar tal-isfidi ffaċċjati mill-agrikoltura tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat l-livell għoli ta’ protezzjoni li dik id-data teħtieġ, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli u kondizzjonijiet għal tali aċċess fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikseb l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
🡻 2023/2674 premessa 24
(30)Il-ġestjoni tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data individwali jenħtieġ li tiġi speċifikata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiġi żgurat li d-data tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-proċessi li jikkorrispondu għal, u li jkunu konsistenti ma’ dawk użati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jenħtieġ li jintużaw fir-rigward tal-għażla ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi għall-protezzjoni tad-data kif ukoll l-evalwazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ tali miżuri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jipprojbixxu persuni li jipparteċipaw fil-FSDN milli jiżvelaw data individwali. Fir-rigward tad-data personali, il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-protezzjoni, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tas-suġġetti tad-data u tal-proċessuri tad-data, jenħtieġ li jikkonforma mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
🡻 2023/2674 premessa 25
(31)Skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, id-data personali trid tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabret dik id-data. L-użi tad-data tal-FSDN, u tad-data personali inkluża fiha, jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà li jiġu analizzati x-xejriet fit-tul abbażi ta’ indikaturi, bħal dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti jew l-emissjonijiet, li l-evoluzzjoni tagħhom jeħtieġ li tiġi vvalutata fuq perjodu twil ta’ żmien biex jinżamm il-pass mal-fenomeni naturali. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru analiżijiet b’mod regolari, speċjalment dwar l-informazzjoni ambjentali. Suġġetti oħra li jimplikaw l-użu ta’ analiżi fit-tul jinkludu l-użu tal-art u l-prezzijiet, li jipprovdu informazzjoni dwar bidliet strutturali fil-biedja. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tinbena tali analiżi fit-tul ibbażata fuq il-kondiviżjoni tad-data bejn settijiet ta’ data differenti stabbiliti permezz ta’ rabtiet fillivell individwali. Il-kondiviżjoni tad-data jenħtieġ li ttejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-isfidi li l-agrikoltura tal-Unjoni tista’ tiffaċċja fil-futur. Sfidi bħal dawn mhumiex possibbli li jiġu previsti fiż-żmien attwali, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa futura għal studji retrospettivi li ma jistgħux jiġu stabbiliti b’ċertezza suffiċjenti. Għalhekk, mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għall-użu tad-data, iżda pjuttost li d-data tinżamm sakemm tkun meħtieġa biex jitwettqu analiżijiet tas-serje kronoloġiċi.
🡻 2023/2674 premessa 26
(32)Jenħtieġ li l-kompilazzjoni, l-ipproċessar u l-użu ta’ data personali jkunu ġġustifikati u proporzjonati fir-rigward tal-finijiet tal-operazzjonijiet ikkonċernati, skont, fost l-oħrajn, il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data. Proporzjon għoli ta’ bdiewa fl-Unjoni huma persuni fiżiċi. L-informazzjoni disponibbli mill-istatistika integrata tal-Unjoni dwar l-azjendi agrikoli turi li, fl-2020, fost l-għadd totali ta’ azjendi fl-Unjoni, 96 % kienu jappartjenu lil persuni fiżiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li d-data miġbura permezz tal-FSDN tkopri l-persuni fiżiċi sabiex jiġi żgurat li r-riżultati tal-analiżi tad-data jkunu rappreżentattivi tar-realtà tas-settur agrikolu.
🡻 2023/2674 premessa 27
(33)Għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ddeterminati r-rwoli marbuta mal-ġestjoni u l-ipproċessar tad-data personali. Ir-rwoli tal-ipproċessar tad-data fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li japplikaw għad-data mit-trażmissjoni ta’ dik id-data lill-Kummissjoni permezz tal-prospetti tal-azjendi agrikoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw il-ġestjoni tad-data personali fil-ġurisdizzjoni tagħhom, inklużi r-rwoli tal-protezzjoni tad-data, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-fatt li d-data tista’ tinġabar għal diversi skopijiet u li wieħed minnhom jista’ jkun l-użu fil-prospetti tal-azjendi agrikoli.
🡻 1217/2009 premessa 15 (adattat)
(34)Sabiex tissodisfa ruħha dwar l-oġġettività u r-rilevanza ta’ l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni għandha tkun f’posizzjoni li tikseb id-dettalji kollha meħtieġa dwar il-mod kif ⌦ il-korpi li huma fdati bl-għażla tal-azjendi agrikoli u l-uffiċċji li jipparteċipaw fl-FSDN ⌫ jaqdu d-dmirijiethom u, jekk ikun meħtieġ, li tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
🡻 2023/2674 premessa 28
(35)Minħabba l-ambitu estiż tal-FSDN meta mqabbel mal-FADN, ir-regoli dwar il-baġit tiegħu ġew adattati. Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jiffinanzja l-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kontabbiltà agrikola bħala nefqa taħt ġestjoni diretta. Jenħtieġ li jibqa’ jitħallas ammont mill-FAEG lill-Istati Membri għat-twassil, sal-iskadenza stabbilita, tal-prospetti tal-biedja mimlija kif xieraq, li jista’ jkun proporzjonat sal-punt li dawk il-prospetti tal-biedja jkopru s-suġġetti rilevanti tad-data. Barra minn hekk, il-FAEG jenħtieġ li jikkontribwixxi b’mod finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-Istati Membri sabiex jallinjahom ruħhom mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-ġestjoni tal-FSDN. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ tali finanzjament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-proċedura għall-ammonti u l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lill-Istati Membri mill-baġit tal-Unjoni, inklużi l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.
🡻 2023/2674 premessa 29
(36)Meta jiġu adottati atti delegati skont dan ir-Regolament, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 19 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
🡻 2023/2674 premessa 31
(37)Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .
🡻 2023/2674 premessa 32
(38)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħolqien tal-FSDN, ma jistax jinkiseb b’ suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba raġunijiet tal-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,
🡻 1217/2009
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
🡻 2023/2674 Art.1.2 (adattat)
⌦ Regoli Ġenerali dwar ⌫ NETWORK TAD-DATA DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-AZJENDI AGRIKOLI
🡻 2023/2674 Art.1.3 (adattat)
Artikolu 1
1. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-politika agrikola komuni (PAK), inkluża l-evalwazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-settur agrikolu, ⌦ dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar ⌫ network tad-data dwar is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli (FSDN) għall-ġbir u għall-analiżi tad-data dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-azjendi agrikoli li tkopri d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali (data tal-FSDN) ⌦ tal-PAK ⌫ Id-data tal-FSDN tista’ tintuża biex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ aspetti addizzjonali relatati mas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni u biex tindirizza l-isfidi ffaċċjati mill-agrikoltura tal-Unjoni.
2. Id-data tal-FSDN għandha tkopri s-suġġetti stipulati fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 18, li jemenda l-Anness I sabiex timmodifika dawk is-suġġetti jew iżżid oħrajn ġodda. Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha:
(a)tiżgura li l-atti delegati jkunu debitament ġustifikati u ma joħolqux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew azjendi prospettanti;
(b)twettaq analiżijiet tar-rilevanza, il-fattibbiltà u l-proporzjonalità ta’ tali emenda, inklużi d-disponibbiltà u l-kwalità ta’ sorsi ta’ data xierqa, b’mod partikolari sorsi amministrattivi rilevanti, u tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawk l-analiżijiet;
(c)tiżgura li kwalunkwe suġġet ġdid miżjud ikun marbut mal-objettivi tal-PAK;
(d)ma żżidx suġġetti ġodda sal-20 ta’ Diċembru 2028;
(e)tadotta dawk l-atti delegati, meta jiżdiedu suġġetti ġodda, mill-inqas sena qabel id-data tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni relatat kif imsemmi fl-Artikolu 11(4).
3. Id-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jintużaw biex jitwettqu analiżijiet dwar l-istat tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, inkluż f’format li jippermetti valutazzjoni komparattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati minn dawk l-analiżijiet disponibbli għall-pubbliku fil-forma ta’ data tal-FSDN aggregata u anonimizzata. Dik id-data tista’ tintuża wkoll biex jiġu pprovduti servizzi ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva jew pariri lill-bdiewa bl-għan li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-azjendi u tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom. Il-pubblikazzjoni tar-riżultati u l-użu tad-data għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva jew ta’ pariri għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 13.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw data tal-FSDN bħala sors ta’ data kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2379, jew fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/1091, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004, jew f’atti oħra adottati abbażi tal-Artikolu 338(1) TFUE.
🡻 2023/2674 Art.1.4
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“bidwi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li l-azjenda tagħha tinsab fl-Unjoni;
(2)“azjenda agrikola” jew “azjenda” tfisser unità waħda, kemm teknikament kif ukoll ekonomikament, li għandha ġestjoni unika u li twettaq attivitajiet ekonomiċi fl-agrikoltura skont l-użu ġenerali ta’ dawk it-termini fil-kuntest ta’ stħarriġ u ċensimenti agrikoli tal-Unjoni;
(3)“kategorija tal-azjenda” tfisser grupp ta’ azjendi li jappartjenu għall-istess kategorija, f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ biedja u d-daqs ekonomiku, kif definiti fit-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi msemmija fl-Artikolu 8;
(4)“azjenda prospettanti” tfisser kwalunkwe azjenda li għaliha jiġi kkompilat prospett tal-azjenda agrikola għall-finijiet tal-FSDN;
(5)“prospett tal-azjenda agrikola” tfisser il-formola, li għandha tiġi kkompilata jew li hija diġà kkompilata, b’data dwar l-azjenda prospettanti esklużi r-rabtiet u d-data msemmija fl-Artikolu 5(1);
(6)“taqsima tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli” jew “taqsima tal-FSDN” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu, delimitat bl-għan li jintgħażlu l-azjendi prospettanti; lista ta’ tali taqsimiet hija stabbilita fl-Anness II;
(7)“dak li jiġbor id-data” tfisser aġenzija ta’ kollegament jew entità inkarigata mill-aġenzija ta’ kollegament bil-ġbir tad-data tal-FSDN;
(8)“output standard” tfisser il-valur standard ta’ produzzjoni grossa;
(9)“data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2018/1725;
(10)“data individwali” tfisser data assoċjata ma’ azjenda prospettanti li tippermetti li l-azjenda jew il-bidwi jiġi identifikat, direttament jew indirettament, u li tista’ tkun data personali jew data dwar persuni ġuridiċi;
(11)“data anonimizzata” tfisser data f’forma li ma tippermettix li jiġu identifikati persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’mod dirett jew indirett;
(12)“data psewdonimizzata” tfisser data individwali li ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi attribwita għal persuna fiżika jew ġuridika speċifika mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data individwali ma tiġix attribwita lil persuna fiżika jew ġuridika identifikata jew identifikabbli;
(13)“data aggregata” tfisser l-output li jirriżulta minn kombinazzjonijiet jew kalkoli bbażati fuq data relatata ma’ diversi azjendi prospettanti.
🡻 2023/2674 Art.1.5
Artikolu 3
Sabiex jiġi żgurat li l-lista tat-taqsimiet tal-FSDN tista’ tiġi aġġornata fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 18, li jemendaw l-Anness II fir-rigward tal-lista tat-taqsimiet tal-FSDN għal kull Stat Membru.
🡻 1217/2009
KAPITOLU II
🡻 2023/2674 Art.1.17
DATA GĦALL-ĠBIR TAL-PROSPETTI TAL-AZJENDI AGRIKOLI U L-KONNESSJONI TAD-DATA
🡻 2023/2674 Art.1.7
Artikolu 4
1. Il-prospetti tal-azjendi agrikoli għandhom jiġu kkompilati permezz ta’ stħarriġ li għalih l-Istati Membri jistgħu jużaw, fejn rilevanti, data mis-sorsi tad-data msemmija fil-paragrafu 2 u sorsi ta’ data rilevanti oħra, kif ukoll metodi ta’ kompilazzjoni tad-data jew approċċi innovattivi għall-kondiviżjoni u l-kompilazzjoni tad-data.
2. L-aġenziji ta’ kollegament għandhom ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, mingħajr ħlas, is-sorsi ta’ data li ġejjin:
(a)is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/2116;
(b)is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali terrestri miżmuma stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 ;
(c)ir-reġistru tad-dwieli implimentat skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 ;
(d)ir-reġistri tal-biedja organika stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 ;
(e)Id-data tal-Istati Membri għat-twettiq tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (DME) miksuba skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2021/2115;
(f)fejn rilevanti, ir-rekords fil-livell tal-azjendi agrikoli miġbura għall-istabbiliment mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ azzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE 24 ;
(g)kwalunkwe sors ta’ data rilevanti ieħor aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji ta’ kollegament ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw is-sorsi tad-data msemmija fil-paragrafu 2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal dak l-għan il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa li jiffaċilitaw l-aċċess effettiv għal dawk is-sorsi ta’ data u l-użu tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess u użu għandu jingħata wkoll fejn l-aġenzija ta’ kollegament tiddelega kompiti lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi biex dawn jitwettqu f’isimha.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 18, li jemendaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid sorsi ta’ data xierqa ġodda stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni.
🡻 2023/2674 Art.1.8
Artikolu 5
1. Minbarra l-prospett tal-azjenda agrikola, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rabtiet bejn l-azjenda prospettanti u l-identifikaturi li jappartjenu għal dik l-azjenda fis-settijiet tad-data li ġejjin;
(a)DME;
(b)SIAK.
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni jew dawk ir-rabtiet, jew direttament id-data relatata mal-azjenda prospettanti fis-settijiet tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, għajr l-identifikaturi. L-Istat Membri li jibgħatu d-data direttament għandhom jipprovdu n-numru tal-FSDN tal-azjenda prospettanti.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 18, li jemendaw il-lista ta’ settijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jżidu settijiet tad-data xierqa u rilevanti ġodda. Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha:
(a)tiżgura li l-atti delegati jkunu debitament ġustifikati u ma joħolqux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew azjendi prospettanti;
(b)twettaq analiżijiet tar-rilevanza, il-fattibbiltà, il-proporzjonalità u l-kwalità ta’ tali settijiet ta’ data u tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawk l-analiżijiet.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw id-data li għandha tiġi estratta mis-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta’ dik id-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dik id-data għandha tkun marbuta mal-iskop ta’ dan ir-Regolament kif stabbilit fl-Artikolu 1 u ma’ wieħed jew aktar mis-suġġetti stabbiliti fl-Anness I. Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rilevanza ta’ dik id-data u l-fattibbiltà tal-estrazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tħejji u tagħmel disponibbli għall-Istati Membri linji gwida tekniċi dwar il-metodoloġija għall-estrazzjoni tad-data rilevanti.
🡻 2023/2674 Art.1.9 (adattat)
Artikolu 6
1. Il-qasam tal-istħarriġ għandu jkopri l-azjendi li għandhom daqs ekonomiku ekwivalenti għal jew ikbar mil-livell limitu li jikkorrispondi għal wieħed mil-limiti iktar baxxi tal-klassijiet ta’ daqs ekonomiku tat-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi msemmija fl-Artikolu 8.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 18, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar l-istabbiliment tal-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li l-azjendi agrikoli ta’ daqs ekonomiku iżgħar ikunu rappreżentati b’mod adegwat fil-pjanijiet għall-għażla tal-azjendi prospettanti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tad-data u tal-input li tirċievi mill-Istati Membri, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
2. Biex tikkwalifika bħala azjenda prospettanti, azjenda għandha:
(a)tkun koperta mill-qasam tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1;
(b)tkun rappreżentattiva, flimkien mal-azjendi l-oħra u fil-livell ta’ kull taqsima tal-FSDN tal-qasam tal-istħarriġ.
3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-istħarriġ.
F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw ukoll regoli biex jindirizzaw każijiet possibbli li fihom l-għadd ta’ azjendi prospettanti stabbilit fil-pjan għall-għażla tal-azjendi ⌦ prospettanti ⌫ x’aktarx li ma jintlaħaqx. Tali regoli, madankollu, ma għandhomx jipprevedu penali għall-bdiewa.
🡻 1318/2013 Art.1.9
🡺1 2023/2674 Art.1.10
Artikolu 7
1. 🡺1 Kull Stat Membru għandu jfassal pjan għall-għażla tal-azjendi prospettanti li jiżgura kampjun rappreżentattiv tal-qasam tal-istħarriġ. 🡸
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18, li jistabbilixxu r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom ifasslu dawn il-pjanijiet. Tali regoli għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-għażla ta’ azjendi prospettani:
(a)jitfasslu abbażi tal-iktar informazzjoni statistika reċenti;
🡻 2674/2023 Art.1.10(a)
(b)jiġu ppreżentati skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi;
🡻 1318/2013 Art.1.9
(c)jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-distribuzzjoni ta’ azjendi prospettanti skont il-kategorija tal-azjenda u r-regoli dettaljati għall-għażla tagħhom.
🡻 2674/2023 Art.1.10(b)
2. Skont ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1, u abbażi tal-informazzjoni li rċeviet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu n-numru ta’ azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tal-FSDN. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
3. In-numru ta’ azjendi prospettanti li għandhom jintgħażlu għal kull taqsima tal-FSDN jista’ jkun sa 20 % iżgħar jew akbar min-numru stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 2, dment li jiġi rispettat in-numru totali tal-azjendi prospettanti tal-Istat Membru kkonċernat.
🡻 1318/2013 Art.1.9
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u jaġġornaw mudelli u metodi marbuta mal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 8
🡻 2023/2674 Art.1.11
1. L-azjendi għandhom jiġu kklassifikati b’mod uniformi skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi.
It-tipoloġija għall-azjendi għandha tintuża b’mod partikolari għall-preżentazzjoni, skont it-tip ta’ biedja u skont il-klassi tad-daqs ekonomiku, tad-data miġbura permezz tal-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-FSDN.
🡻 1318/2013 Art.1.9
2. It-“tip ta’ biedja” ta’ azjenda għandu jiġi determinat mill-kontribut relattiv tal-produzzjoni standard tal-karatteristiċi differenti ta’ dik l-azjenda għall-produzzjoni standard totali tal-azjenda.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 18, li jistabbilixxu l-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard.
3. L-azjendi għandhom jiġu klassifikati skont numru limitat ta’ tipi ta’ biedja. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ġenerali ta’ biedja. Skont l-ammont ta’ dettall meħtieġ, it-tipi ġenerali ta’ biedja għandhom jinqasmu f’tipi prinċipali ta’ biedja.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 rigward id-determinazzjoni tat-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja.
Il-korrispondenza bejn it-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja u t-tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet fil-biedja li jikkorrispondu għal tipi prinċipali ta’ biedja għandhom jiġu speċifikati.
4. Id-daqs ekonomiku tal-azjenda għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-produzzjoni standard totali tal-azjenda.
5. L-importanza tal-attivitajiet ta’ qligħ relatati direttament mal-azjenda għajr l-attivitajiet agrikoli tal-azjenda għandha tkun iddeterminata abbażi tal-kontribut ta’ dawk l-attivitajiet ta’ qligħ għall-produzzjoni tal-azjenda.
6. Il-produzzjonijet standard u d-datagħad-determinazzjoni tagħhom għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-aġenzija ta’ kollegament magħżula minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 10 jew mill-korp li lilu ġiet delegata din il-funzjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
(a)il-metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja msemmija fil-paragrafu 3 u biex l-azjenda tiġi assenjata tip prinċipali ta’ biedja;
(b)il-metodu għall-kalkolu tad-daqs ekonomiku tal-azjenda;
(c)il-klassijiet ta’ daqs ekonomiku għall-azjendi, kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(d)il-metodi għall-kalkolu tal-produzzjoni tal-azjenda, u għall-istima tal-kontribut ta’ attivitajiet oħra ta’ qligħ għal dik il-produzzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 5;
(e)il-metodi ta’ kalkolu biex tiġi determinata l-produzzjoni standard ta’ kull karatteristika msemmija fil-paragrafu 2, il-proċeduri għall-ġbir tad-data korrispondenti u l-mezzi u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tal-produzzjoni standard lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 6.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 1217/2009
Artikolu 9
🡻 2023/2674 Art.1.12(a)
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali għall-FSDN (“il-Kumitat Nazzjonali”).
🡻 1318/2013 Art.1.10 (a)
2. Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Għal dan l-għan, l-obbligi tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ azjendi prospettanti.
🡻 1217/2009
3. Il-president tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.
Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu. Fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.
🡻 2023/2674 Art.1.12(b)
4. L-Istati Membri li jkollhom diversi taqsimiet tal-FSDN jistgħu, għal kull taqsima tal-FSDN taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għall-FSDN (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Reġjonali”).
🡻 1217/2009
Il-Kumitat Reġjonali għandu, b’mod partikolari, ikollu d-dmir li jikkoopera ma’ l-aġenzija ta’ kollegament msemmija fl-Artikolu 10 fl-għazla tal-azjendi li jibagħtu prospettanti.
🡻 1318/201 Art.1.10(c)
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 1318/2013 Art.1.11
Artikolu 10
🡻 2023/2674 Art.1.13
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li l-kompiti tagħha għandhom ikunu li:
(a)tinforma lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lil dawk li jiġbru d-data dwar il-qafas regolatorju applikabbli, u biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tiegħu;
(b)tfassal il-pjan għall-għażla tal-azjendi prospettanti, biex tippreżentah lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u, wara dan, tgħaddih lill-Kummissjoni;
(c)tikkompila:
(i)il-lista tal-azjendi prospettanti;
(ii)fejn applikabbli, il-lista ta’ dawk li jiġbru d-data li jistgħu jimlew il-prospetti tal-azjendi agrikoli;
(d)tipproduċu l-prospetti tal-azjendi agrikoli;
(e)tivverifika li l-prospetti tal-biedja jkunu tlestew kif suppost, u fejn meħtieġ, tindirizza kwalunkwe żball jew ineżattezzi misjuba;
(f)tgħaddi l-prospetti tal-azjendi agrikoli mimlija kif xieraq lill-Kummissjoni fil-forma meħtieġa u fi żmien l-iskadenza stabbilita;
(g)tibgħat ir-rabtiet jew id-data msemmija fl-Artikolu 5(1);
(h)tgħaddi t-talbiet għal informazzjoni previsti fl-Artikolu 16 lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lil dawk li jiġbru d-data, u tgħaddi t-tweġibiet rilevanti lill-Kummissjoni;
(i)li toffri lil kwalunkwe azjenda prospettanti l-possibbiltà li tikseb ir-riżultati tagħha jew mill-aġenzija ta’ kollegament jew minn organizzazzjoni li taħtar, malajr kemm jista’ jkun iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba’ xhur wara li l-Kummissjoni tikkonferma li l-prospett tal-azjenda agrikola huwa kkompletat kif suppost; fejn possibbli, dawk ir-riżultati għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva, li tqabbel dawk ir-riżultati mal-medji reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali;
(j)tistabbilixxi pjan biex tinċentiva l-parteċipazzjoni fl-FSDN- u tippreżentah lill-Kummissjoni flimkien mal-pjan għall-għażla tal-azjendi prospettanti;
(k)tagħmel disponibbli, waħidha jew minn organizzazzjoni li taħtar, ir-riżultati miksuba fil-forma ta’ data aggregata u anonimizzata bħal fil-livell reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali.
🡻 1318/2013 Art.1.11
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 2023/2674 Art.1.14 (adattat)
Artikolu 11
1. Kull azjenda prospettanti għandha tkun is-suġġett ta’ prospett tal-azjendi agrikoli ⌦ individwali ⌫ u għandha tiġi identifikata fl-FSDN minn numru uniku nazzjonali tal-FSDN.
2. Id-data pprovduta minn kull prospett tal-azjendi agrikoli mimli kif xieraq għandha tkun b’tali mod li jkun possibbli li:
(a)tiġi deskritta l-azjenda prospettanti b’referenza għall-elementi prinċipali tal-fatturi tal-produzzjoni tagħha;
(b)jiġi deskritt l-introjtu tal-azjenda fid-diversi forom tagħha;
(c)tiġi deskritta s-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali tal-azjenda;
(d)tiġi vverifikata l-informazzjoni mogħtija, permezz ta’ mezzi xierqa, bħal verifiki fuq il-post u kontrolli remoti.
3. Id-data fil-prospett tal-biedja għandha tirreferi għal azjenda waħda u għal sena ta’ kontabbiltà waħda magħmula minn 12-il xahar konsekuttiv. Dik id-data għandha tirreferi għall-attivitajiet agrikoli tal-azjenda nnifisha u għal attivitajiet oħra ta’ profitt relatati direttament mal-azjenda. M’għandu jittieħed kont ta’ ebda data ⌦ marbuta ma’ ⌫ wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà għajr l-azjenda, tassazzjoni personali jew assigurazzjoni privata, waqt it-tħejjija tal-prospetti tal-azjenda agrikola.
4. Sabiex jiġi żgurat li d-data miġbura permezz tal-prospetti ta’ azjendi agrikoli tkun komparabbli, irrispettivament mill-azjendi prospettanti mistħarrġa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli fuq dawn li ġejjin:
(a)il-varjabbli u d-definizzjonijiet tal-varjabbli marbuta ma’ wieħed jew aktar mis-suġġetti stabbiliti fl-Anness I;
(b)il-bidu u t-tmiem tas-sena ta’ rapportar;
(c)il-forma u t-taqsim tal-prospett tal-azjenda agrikola;
(d)il-metodi u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni, inklużi l-estensjonijiet possibbli tal-iskadenzi u l-eżenzjonijiet għal varjabbli speċifiċi li jistgħu jingħataw lil Stat Membru fuq talba ġustifikata;
(e)il-frekwenza tat-trażmissjoni tad-data, li għandha tkun annwali jew inqas frekwenti skont in-natura tal-varjabbli.
Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun, tagħmel użu mill-varjabbli disponibbli minn sorsi ta’ data eżistenti meta żżid, timmodifika jew tissostitwixxi l-varjabbli, u tqis il-ħtieġa li ma jinħolqux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew azjendi prospettanti. Qabel ma tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-fattibbiltà tal-varjabbli proposti abbażi, fost l-oħrajn, tal-inputs mill-Istati Membri, inklużi d-disponibbiltà u l-kwalità ta’ sorsi ta’ data ġodda u eżistenti, l-implimentazzjoni possibbli ta’ metodi ġodda, u l-piż finanzjarju fuq l-Istati Membri u l-azjendi agrikoli. Ir-riżultati ta’ dik l-analiżi għandhom jiġu diskussi fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 2023/2674 Art.1.15
Artikolu 12
1. Il-prospetti tal-azjendi agrikoli u jew ir-rabtiet jew id-data msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-aġenzija ta’ kollegament permezz ta’ sistema ta’ data kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni. Id-data għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku abbażi ta’ formoli magħmula disponibbli għall-aġenzija ta’ kollegament permezz ta’ dik is-sistema.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-ħżin, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi ħdan il-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 1217/2009
KAPITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
🡻 2023/2674 Art.1.16
Artikolu 13
1. Id-data individwali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għat-twettiq ta’ kompiti għall-fini tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma għandhomx jużaw tali data individwali għal kwalunkwe skop ieħor, b’mod partikolari għal kontrolli skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 jew għal finijiet ta’ tassazzjoni.
2. Id-data tal-FSDN u, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data minn settijiet ta’ data oħra stabbiliti fl-Artikolu 5 jistgħu jsiru pubbliċi dment li jkunu kemm aggregati kif ukoll anonimizzati.
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħti aċċess għal data psewdonimizzata għal finijiet ta’ riċerka. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli u tal-kondizzjonijiet għal tali aċċess fil-livell tal-Unjoni. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa għall-protezzjoni ta’ data individwali u, b’mod partikolari, ir-regoli għat-trasferimenti tad-data lil riċevituri li jinsabu barra mit-territorju tal-Unjoni kif stabbilit fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
🡻 2023/2674 Art.1.17
Artikolu 14
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jadottaw u jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż fir-rigward tas-sistema ta’ data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 12, biex jiżguraw u jkunu jistgħu juru li l-ġbir, l-ipproċessar, il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data individwali huma ristretti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Id-data individwali għandha tinżamm sakemm tkun meħtieġa biex jitwettqu analiżijiet tas-serje kronoloġiċi.
3. Id-data individwali ma għandhiex tkun disponibbli għal persuni għajr dawk li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkollhom aċċess għal dik id-data għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
4. Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fil-FSDN li tiżvela xi data individwali jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali għal dan l-eżerċizzju. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jindirizzaw il-ksur ta’ dik il-projbizzjoni.
Artikolu 15
1. L-ipproċessar, il-ġestjoni u l-użu tad-data personali miġbura skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur għall-ipproċessar tad-data personali inkluża fil-prospetti tal-biedja mill-mument li fih dik id-data tasal għand il-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kontrollur, u fejn rilevanti l-iproċessur, għall-ipproċessar ta’ data personali inkluża fil-prospetti tal-azjendi agrikoli li tikkonċerna azjendi li jinsabu fit-territorji tagħhom.
🡻 1217/2009
Artikolu 16
🡻 2023/2674 Art.1.18
1. Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija ta’ kollegament u dawk li jiġbru d-data għandhom ikunu marbuta, fl-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni rilevanti li l-Kummissjoni tista’ titlob mingħandhom rigward it-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament.
Tali talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali jew lil dawk li jiġbru data u t-tweġibiet relevanti għandhom jintbagħtu bil-kitba permezz tal-aġenzija ta’ kollegament.
🡻 1217/2009
2. Fil-każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inadegwata jew jekk din l-informazzjoni tonqos li tasal fi żmien tajjeb, il-Kummissjoni tista’, bil-kollaborazzjoni ta’ l-aġenzija ta’ kollegament, tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post.
🡻 2023/2674 Art.1.19 (adattat)
Artikolu 17
1. Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għandu jiffinanzja n-nefqa li tkopri:
(a)ammont pagabbli lill-Istati Membri għall-preżentazzjoni ta’ prospetti tal-azjendi agrikoli mimlija kif xieraq fi ħdan l-iskadenza stabbilita sal-għadd massimu ta’ azjendi prospettanti kif stabbilit skont l-Artikolu 7(2); meta l-għadd totali ta’ prospetti tal-azjendi agrikoli mimlija u ppreżentati kif xieraq fir-rigward ta’ taqsima tal-FSDN jew Stat Membru jkun inqas minn 80 % tan-numru ta’ azjendi prospettanti stabbiliti skont l-Artikolu 7(2) u (3) għal dik it-taqsima tal-FSDN jew għall-Istat Membru kkonċernat, l-ammont applikat għal kull prospett ta’ azjenda agrikola minn dik it-taqsima tal-FSDN jew mill-Istat Membru kkonċernat għandu jitnaqqas b’20 %; jekk tali tnaqqis ikun ġie diġà applikat għas-sentejn konsekuttivi preċedenti fir-rigward ta’ taqsima tal-FSDN jew Stati Membru, it-tnaqqis għandu jkun ta’ 25 %;
(b)il-kostijiet kollha tas-sistemi tad-data kompjuterizzati operati mill-Kummissjoni għat-tħaddim u l-iżvilupp tal-FSDN u għar-r-riċeviment, verifika, ipproċessar, interoperabbiltà u analiżi tad-data fornuta mill-Istati Membri; dawk il-kostijiet jinkludu, fejn xieraq, il-kostijiet għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-kostijiet ta’ studji dwar aspetti oħra tal-FSDN ⌦ if ukoll l-iżvillup tagħhom. ⌫.
2. Il-FAEG għandu jipprovdi wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri meta jistabbilixxu s-sistema għall-ġbir tal-varjabbli ambjentali u soċjali skont dan ir-Regolament, inkluż għat-taħriġ u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-ġbir ta’ data, ikun jeħtieġ adattamenti sinifikanti fis-sistema ta’ ġbir ta’ data tal-FADN ta’ Stat Membru. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2027.
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), jista’ jitħallas parzjalment jew kompletament lill-bdiewa għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-istħarriġiet tal-FSDN f’konformità mal-kriterji ta’ allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri dettaljati fir-rigward tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fl-atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-kontribuzzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmilha ċara abbażi ta’ liema kriterji għandhom jiġu allokati dawk il-kontribuzzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).
🡻 1318/2013 Art.1.15
Artikolu 18
1. Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
🡻 2023/2674 Art.1.20(a)
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3. l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2) u (3) u l-Artikolu 13(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-19 ta’ Diċembru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
🡻 2023/2674 Art.1.20(b) (adattat)
3. Id-delega ta’ setgħa imsemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3, l-Artikoli 4(4), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), l-Artikoli 7(1), l-Artikoli 8(2) u (3) u l-Artikolu 13(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
⌦ 4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. ⌫
🡻 1318/2013 Art.1.15
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
🡻 2023/2674 Art.1.20(c)
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2) u (3) u l-Artikolu 13(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
🡻 2023/2674 Art.1.21
Artikolu 19
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ “Kumitat għan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 11(4), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
🡻 2023/2674 Art.1.22
Artikolu 20
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-20 ta’ Diċembru 2028 rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 u l-Artikolu 10(1), il-punt (g), akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta għal att leġiżlattiv li jemenda l-Artikolu 17(1), il-punt (a).
🡻 1217/2009 (adattat)
Artikolu 21
Ir-Regolament ⌦ (KE) Nru 1217/2009 ⌫ huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2026
COM(2026) 413 final
ANNESSI
ta'
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (kodifikazzjoni)
🡻 2023/2674 Art.1.23 u Anness
ANNESS I
Lista ta’ suġġetti
Ekonomiċi
Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda
Tip ta’ okkupazzjoni
Assi u investiment
Kwoti u drittijiet oħra
Djun u krediti
Taxxa fuq il-valur miżjud
Inputs
Użu tal-art u għelejjel
Produzzjoni tal-bhejjem
Prodotti tal-annimali u servizzi relatati
Integrazzjoni tas-suq
Prodotti ta’ kwalità — indikazzjonijiet ġeografiċi
Sħubija f’organizzazzjonijiet tal-produtturi
Ġestjoni tar-riskju
Innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni
Attivitajiet oħra ta’ qligħ relatati mal-azjenda
Sussidji
Sehem indikattiv tal-introjtu barra l-azjendi agrikoli
Ambjent
Prattiki tal-biedja
Ġestjoni tal-ħamrija
Użu u ġestjoni tan-nutrijenti
Sekwestru tal-karbonju f’art agrikola
Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra
Tniġġis tal-arja
Użu u ġestjoni tal-ilma
Użu tal-protezzjoni tal-pjanti
Użu tal-antimikrobiċi
Trattament xieraq tal-annimali
Bijodiversità
Biedja organika
Skema ta’ ċertifikazzjoni
Konsum tal-enerġija u produzzjoni tal-enerġija
Telf ta’ ikel fuq livell ta’ produzzjoni primarja
Ġestjoni tal-iskart
Soċjali
Manodopera
Edukazzjoni
Bilanċ bejn is-sessi
Kondizzjonijiet tax-xogħol
Inklużjoni soċjali
Sigurtà soċjali
Infrastruttura u s-servizzi essenzjali
Tiġdid ġenerazzjonali
_____________
🡻 1217/2009
ANNESS II
🡻 2674/2023 Art.1.24
Lista tat-taqsimiet tal-FSDN
🡻 1217/2009 (adattat)
ll-Belġju
1. Vlaanderen
2. Bruxelles — Brussel
3. Wallonie
Il-Bulgarija
1. Северозападен (Severozapaden)
2. Северен централен (Severen tsentralen)
3. Североизточен (Severoiztochen)
4. Югозападен (Yugozapaden)
5. Южен централен (Yuzhen tsentralen)
6. Югоизточен (Yugoiztochen)
⌦ Iċ-Ċekja ⌫
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Id-Danimarka
Tikkostitwixxi taqsima waħda
🡻 2017/2278 Art.1 u Anness
Il-Ġermanja
1.Schleswig-Holstein/Hamburg
2.Is-Sassonja t'Isfel
3.Bremen
4.Nordrhein-Westfalen
5.Hessen
6.Rheinland-Pfalz
7.Baden-Württemberg
8.Il-Bavarja
9.Saarland
10.Berlin
11.Brandenburg
12.Mecklenburg-Vorpommern
13.Is-Sassonja
14.Is-Sassonja Anhalt
15.Thüringen
🡻 1217/2009
L-Estonja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
L-Irlanda
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Greċja
1. Μακεδονία — Θράκη
2. Ήπειρος — Πελοπόννησος — Νήσοι Ιονίου
3. Θεσσαλία
4. Στερεά Ελλάς — Νήσοι Αιγαίου — Κρήτη
Spanja
1. Galicia
2. Asturias
3. Cantabria
4. País Vasco
5. Navarra
6. La Rioja
7. Aragón
8. Cataluña
9. Baleares
10. Castilla-León
11. Madrid
12. Castilla-La Mancha
13. Comunidad Valenciana
14. Murcia
15. Extremadura
16. Andalucía
17. Canarias
🡻 2022/2497 Art.1 u Anness.1
Franza
1.Île-de-France
2.Champagne-Ardenne
3.Picardie
4.Haute-Normandie
5.Centre
6.Basse-Normandie
7.Bourgogne
8.Nord-Pas de Calais
9.Lorraine
10.Alsace
11.Franche-Comté
12.Pays de la Loire
13.Bretagne
14.Poitou-Charentes
15.Aquitaine
16.Midi-Pyrénées
17.Limousin
18.Rhône-Alpes
19.Auvergne
20.Languedoc-Roussillon
21.Provence-Alpes-Côte d’Azur
22.Corse
23.Antilles françaises
24.La Réunion
🡻 517/2013 Art.1(1)(e) u Anness.5(4)
Il-Kroazja
1.Kontinentalna Hrvatska
2.Jadranska Hrvatska
🡻 1217/2009
L-Italja
1. Piemonte
2. Valle d'Aosta
3. Lombardia
4. Alto Adige
5. Trentino
6. Veneto
7. Friuli-Venezia Giulia
8. Liguria
9. Emilia-Romagna
10. Toscana
11. Umbria
12. Marche
13. Lazio
14. Abruzzi
15. Molise
16. Campania
17. Puglia
18. Basilicata
19. Calabria
20. Sicilia
21. Sardegna
Ċipru
Jikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Latvja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Litwanja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Lussemburgu
Jikkostitwixxi taqsima waħda
🡻 737/2011 Art.1 u Anness.2
L-Ungerija
1. Észak-Magyarország
2. Dunántúl
3. Alföld
🡻 1217/2009
Malta
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Tikkostitwixxi taqsima waħda
L-Awstrija
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Il-Polonja
1. Pomorze u Mazury
2. Wielkopolska u Śląsk
3. Mazowsze u Podlasie
4. Małopolska u Pogórze
Il-Portugall
1. Norte e Centro
2. Ribatejo-Oeste
3. Alentejo e Algarve
4. Açores e Madeira
Ir-Rumanija
1. Nord-Est
2. Sud-Est
3. Sud-Muntenia
4. Sud-Vest-Oltenia
5. Vest
6. Nord-Vest
7. Centru
8. București-Ilfov
Is-Slovenja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
Is-Slovakkja
Tikkostitwixxi taqsima waħda
🡻 2023/2514 Art.1 u Anness
Il-Finlandja
1. Etelä-Suomi
2. Pohjanmaa, Sisä-Suomi u Pohjois-Suomi
🡻 1217/2009
L-Isvezja
1. Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali
2. Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali
3. Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana
_____________
🡹
ANNESS III
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009
|
|||
|
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2011
|
|||
|
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013
|
Biss il-punt 5.4 tal-Anness |
||
|
Regolament (UE) Nru 1318/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
|||
|
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2278
|
|||
|
Regolament (UE) 2022/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
|||
|
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2497
|
Biss il-punt 2 tal-Anness |
||
|
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2514
|
|||
|
Regolament (UE) 2023/2674 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
|||
_____________
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 1217/2009 |
Dan ir Regolament |
|
Artikoli 1 sa 4 |
Artikoli 1 sa 4 |
|
Artikolu 4a |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 5a(1), formulazzjoniintroduttorja |
Artikolu 7(1), formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 5a(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 5a(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 7(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 5a(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 7(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 5a(2), (3) u (4) |
Artikolu 7(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 5b |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 8a |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 16a |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 16b |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 19a (1), (2) u (3) |
Artikolu 18(1), (2) u (3) |
|
– |
Artikolu 18(4) |
|
Artikolu 19a(4) |
Artikolu 18(5) |
|
Artikolu 19a(5) |
Artikolu 18(6) |
|
Artikolu 19b |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 19c |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
|
Anness -I |
Anness I |
|
Anness I |
Anness II |
|
Anness II |
Anness III |
|
Anness III |
Anness IV |
____________