Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XG03585

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1279, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1278 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

ST/10042/2025/INIT

ĠU C, C/2025/3585, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3585/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3585/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3585

27.6.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1279, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1278 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

(C/2025/3585)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1279 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1278 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jenħtieġ li din il-persuna tiġi inkluża fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 u fir-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni jinsabu fl-entrata rilevanti fl-Annessi msemmija hawn fuq.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642, sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex tuża l-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tressaq talba lill-Kunsill qabel l-4 ta' Lulju 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1279, 26.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1279/oj.

(3)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.

(4)   ĠU L, 2025/1278, 26.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1278/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3585/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top