Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XC05257

Avviż tal-Kummissjoni għall-importaturi dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħut mis-Senegal lejn l-UE

PUB/2025/705

ĠU C, C/2025/5257, 2.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5257/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5257/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5257

2.10.2025

Avviż tal-Kummissjoni għall-importaturi dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħut mis-Senegal lejn l-UE

(C/2025/5257)

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-operaturi tal-Unjoni Ewropea li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni xierqa tat-trattament preferenzjali u dwar l-applikabbiltà tad-dikjarazzjoni tal-oriġini ppreżentata fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti tal-ħut tal-Kapitolu 03 u l-intestatura 1604 tas-SA importati mis-Senegal lejn l-UE skont l-Iskema Ġenerali tal-UE ta’ Preferenzi (SĠP).

Wara żjara ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni Ewropea li saret bejn l-5 u d-9 ta’ Diċembru 2022 fis-Senegal u sensiela ta’ inkjesti biex jinkisbu aċċertamenti, l-awtoritajiet Senegaliżi ma rnexxilhomx juru b’mod sodisfaċenti li l-prodotti tal-ħut jissodisfaw ir-regoli tas-SĠP tal-UE meta jiġu esportati lejn l-UE b’dikjarazzjoni dwar l-oriġini.

Mingħajr informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti Senegaliżi biex jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-ħut jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini biex jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji tas-SĠP, il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiġi assigurata dwar l-oriġini Senegaliża tal-prodotti importati, speċjalment il-prodotti tas-sajd.

Għalhekk, l-operaturi tal-Unjoni Ewropea li jiddikjaraw u/jew jippreżentaw evidenza dokumentarja tal-oriġini għall-prodotti msemmija hawn fuq, huma rrakkomandati li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, peress li r-rilaxx tal-oġġetti inkwistjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera jista’ jkun soġġett għal tariffi MFN u jagħti lok għal dejn doganali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5257/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top