Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XC01372

Pubblikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

PUB/2024/1287

ĠU C, C/2025/1372, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1372/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1372/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1372

27.2.2025

Pubblikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

(C/2025/1372)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 6b(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) n° 664/2014 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012)

“Scottish Farmed Salmon”

Nru tal-UE: PGI-GB-0141-AM02 – 10 ta’ Diċembru 2024

IĠP (X) DOP ()

1.   Isem il-prodott

“Scottish Farmed Salmon”

2.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Ir-Renju Unit

3.   Awtorità nazzjonali jew grupp applikant li jikkomunika l-emenda standard

Isem: Salmon Scotland Ltd (SC152347)

Persuna ta’ kuntatt: Dr. Iain Berrill

Posta elettronika: iain@salmonscotland.co.uk

Indirizz: Floor 3, Venue Studios, 21 Calton Road, Edinburgh, EH8 8DL

Telefown: +44 01312026621

Posta elettronika: enquiries@salmonscotland.co.uk

4.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

Dawn l-emendi jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) nru 1151/2012. Dawn la jinvolvu bidla fl-isem, la jirriskjaw li jħassru r-rabta u lanqas ma jqiegħdu aktar restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni fuq il-prodott.

a)

Tneħħija ta’ referenzi għal “konvenzjonali” u “organiku” kif ukoll “ittestjar ta’ rutina” (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

b)

Tneħħija tal-kelma “tal-Punent” fil-bidu tat-test li ġej - Ir-reġjun kostali tal-Punent tal-Iskozja kontinentali… (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku)

c)

Fis-sentenza li ġejja – “Tant hu hekk, illum aktar minn 4 000 persuna huma impjegati direttament fil-produzzjoni tal-i‘Scottish Salmon’ jew fil-proċess tat-trobbija (imfaqas u farms tat-tkabbir)”żieda tal-kelma “tat-tkabbir”. (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku)

d)

Tneħħija tas-sezzjoni “Organic Farmed Salmon”. Il-kjarifika tal-istadji tal-ħajja tas-salamun mill-bajda sal-ħsad. (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

e)

Korrezzjonijiet grammatikali u tekniċi ġenerali. (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku)

DOKUMENT UNIKU

“Scottish Farmed Salmon”

Nru tal-UE: PGI-GB-0141-AM02 – 10 ta’ Diċembru 2024

IĠP (X) DOP ()

1.   Isem/l-ismijiet tal-prodott

“Scottish Farmed Salmon”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Gran Brittanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott (bħal fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni n° 668/2014)

Klassi 1.7 Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

L-i“Scottish Farmed Salmon” irid ikun tipiku tal-ispeċi, Salmo salar (salamun tal-Atlantiku). L-i“Scottish Farmed Salmon” għandu forma konsistenti. Il-ħut irid ikollu forma ventrali tonda meta wieħed jarah mill-ġenb u l-muskolatura tal-ħajt tal-ġisem ma għandhiex turi tendenza li ċċedi meta l-karkassa titnaddaf. L-i“Scottish Farmed Salmon” għandu dehra irridexxenti u ta’ lewn fiddien. Lewn il-laħam irid ikollu intensità minima ta’ 26 fuq l-iskala SalmoFan™. Il-laħam tal-i“Scottish Farmed Salmon” huwa sod b’konsistenza fibruża iżda lixxa u uniformi. L-i“Scottish Farmed Salmon” għandu togħma konsistenti primarjament minħabba li jiġi mkessaħ eżatt wara l-ħsad.

Il-prattiki tal-ipproċessar iridu jipprovdu għal kampjuni tal-i“Scottish Farmed Salmon” li għandhom jiġu evalwati skont kriterji batterjoloġiċi definiti sabiex jiġi żgurat li, b’mod ġenerali, il-proċeduri tal-iġjene jkunu effettivi, u li l-kwalità mikrobijoloġika tal-prodotti tkun qed tinżamm f’livell sodisfaċenti.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess tal-produzzjoni jista’ jinqasam f’diversi stadji, fejn it-tkabbir tas-salamun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita. L-ewwel stadju jinvolvi t-trobbija tal-ħut mill-bajda għall-istadju tas-salamun żgħir u dan kollu jsir f’ambjent tal-ilma ħelu. Fl-istadju tas-salamun żgħir il-ħut jiġi ttrasferit għall-pjumi tal-baħar f’lochs u fid-daħliet madwar il-kosta Skoċċiża għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn. Is-salamun jiġi mitmugħ razzjonijiet komposti li jistgħu jinkludu l-frakass tal-fdal tal-ħut, iż-żejt tal-ħut u basket ta’ ingredjenti oħra biex jiġi żgurat li jiġu pprovduti bir-rekwiżiti nutrittivi kollha tagħhom.

L-istadju finali jinvolvi l-ħsad b’mod uman tas-salamun bl-użu ta’ metodi li jiżguraw li jiġu storduti malajr u mbagħad żvinati. Dan jiżgura kwalità għolja tal-laħam, u l-proċess huwa sostnut minn protokolli ta’ iġjene robusti. Imbagħad jiġu mnaddfa malajr kemm jista’ jkun u jinġiebu għal temperatura tal-imballaġġ ta’ 0-2°C qabel ma jiġu ppakkjati f’kaxxi/kontenituri għall-użu alimentari biex jiġi protett il-prodott matul it-trattament, il-ħżin u t-tranżitu u l-ippakkjar kollu jitwettaq f’konformità mal-protokolli stretti li jirregolaw il-kontrolli tat-temperatura, l-istandards tal-iġjene u l-klassifikazzjoni tal-prodott. Is-salamun jinħażen u jitqassam lill-konsumatur f’konformità ma’ standards stretti ta’ iġjene, inkluż il-kontroll tat-temperatura ta’ bejn 0-2°C.

Spetturi indipendenti jinfurzaw b’mod rigoruż il-kwalità tal-i“Scottish Farmed Salmon”. Il-farms u l-istazzjonijiet tal-ippakkjar isirilhom kontrolli frekwenti u dettaljati.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-imballaġġ, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-firxa sħiħa ta’ prodotti, preżentazzjonijiet u platti tal-i“Scottish Farmed Salmon”, inklużi ikliet iffriżati, affumikati, lesti, il-mousse tas-salamun u l-pâté tas-salamun jista’ jkollhom din id-denominazzjoni li għandha bilfors issemmi l-post tal-manifattura fuq it-tikketta tagħhom flimkien mar-referenza għall-proċess tal-manifattura. L-i“Scottish Farmed Salmon”, li mhuwiex ippreżentat bħala ingredjent uniku, prodott frisk, imkessaħ lill-konsumatur (u mhux iffriżat qabel) jista’ jibbenefika mid-denominazzjoni msemmija hawn fuq iżda jrid jiddikjara jew “Made with Scottish Farmed Salmon”, “Made using Scottish Farmed Salmon”, “Contains Scottish Farmed Salmon” jew jelenka l-i“Scottish Farmed Salmon” bħala ingredjent fuq l-imballaġġ tal-prodott, kif xieraq.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Ir-reġjun kostali tal-Iskozja kontinentali, il-Gżejjer tal-Punent, Orkney u Shetland Isles

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-i“Scottish Farmed Salmon” jitkabbar fl-ambjent marittimu Skoċċiż. Huwa l-istadju tal-produzzjoni tas-salamun (l-istadju bejn is-salamun żgħir u l-ħsad), f’dan l-ambjent, li jirfed din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. Għall-i“Scottish Farmed Salmon”, iż-żona tal-produzzjoni deżinjata tipprovdi ambjent uniku li jipproduċi l-karatteristiċi tal-i“Scottish Farmed Salmon”. B’mod partikolari, dawn jinkludu:

Rati għolja ta’ tifwir tal-baħar fil-lochs u l-qaliet li jipprovdu kurrenti b’saħħithom li jiżguraw li s-salamun ikun qed jgħum kontinwament. Dan imbagħad jipproduċi l-laħam distint b’konsistenza soda u jipprevjeni depożiti eċċessivi ta’ xaħam.

Rati għoljin ta’ skambju tal-ilma jiżguraw provvista tajba ta’ ossiġenu li żżid ir-rata metabolika tas-salamun u twassal għal effett ta’ benefiċċju fuq id-daqs u l-piż tas-salamun.

L-ilma oċeaniku ta’ kwalità għolja tal-Atlantiku tat-Tramuntana jippermetti lis-salamun jikber b’mod kostanti u għal forma konsistenti.

Il-fluttwazzjoni żgħira fit-temperatura tal-ilma matul kwalunkwe sena partikolari tfisser li l-ħut jista’ jitrabba f’ambjent relattivament stabbli li min-naħa tiegħu jipproduċi togħma u konsistenza uniformi u konsistenti mingħajr “togħma mhux mixtieqa”.


(1)   ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1372/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top