Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0657

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I tal-Ftehim

COM/2025/657 final

Brussell, 31.10.2025

COM(2025) 657 final

2025/0334(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I tal-Ftehim

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward li jiġi emendat l-Annessi I tal-Ftehim.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jikkollega l-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom 1 (“il-Ftehim”) jorbot l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) mal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Iżvizzera billi jippermetti li l-kwoti f’skema waħda jiġu nnegozjati u jintużaw għall-finijiet ta’ konformità fl-iskema l-oħra. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

2.2.Il-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 12 tal-Ftehim, għandu r-responsabbiltà li jamministra l-Ftehim u li jiżgura l-implimentazzjoni tiegħu. Jista’ wkoll jiddeċiedi li jadotta annessi ġodda tal-Ftehim, jew jemenda dawk eżistenti.

L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jadotta Anness ġdid jew li jemenda Anness eżistenti tal-Ftehim.

2.3.L-att previst tal-Kumitat Konġunt

Waqt it-tmien laqgħa, li se sir fl-2025, jew aktar kmieni permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt 2 , il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness I tal-Ftehim (“l-att previst”).

L-għan tal-att previst huwa li jallinja l-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I tal-leġiżlazzjoni aġġornata kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-Konfederazzjoni Żvizzera.

L-att previst se jsir vinkolanti fuq il-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim. Barra minn hekk, u f’konformità mal-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kumitat Konġunt fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim se jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet mad-dħul fis-seħħ tagħhom.

3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq din il-proposta mill-Kummissjoni tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li għandha tittieħed fuq l-emendar tal-Anness I.

L-emendi għall-Anness I tal-Ftehim qed isiru meħtieġa fid-dawl tal-bidliet fl-ambjent regolatorju li evolvew kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Iżvizzera mindu sarui l-aħħar emendi għad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt 3 . Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw bidliet 4 fid-Direttiva 2003/87/KE 5 bil-ħsieb li jiddeterminaw kontribut xieraq tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 . Dawn il-bidliet għandhom jiġu riflessi fl-Anness I tal-Ftehim biex jinżammu l-kompatibbiltà u l-integrità tas-suq tas-sistemi konnessi, tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mis-sistemi konnessi.

Fil-Parti A (installazzjonijiet stazzjonarji) tal-Anness I, il-bidliet rilevanti għat-test tal-kolonna tal-UE li hija maħsuba biex turi l-konformità mal-kriterji essenzjali wara l-adozzjoni tal-verżjoni riveduta tad-Direttiva 2003/87/KE 7 jikkonċernaw prinċipalment l-adattamenti editorjali fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tat-testi legali rilevanti min-naħa tal-UE (emendi għall-kriterji essenzjali nru 2, 3, 6, 10, 11, 12, 13) u aġġornamenti tar-referenzi legali (emendi għall-kriterji essenzjali nru 5 u 10). It-test tal-kriterju 4 biss ġie emendat bil-ħsieb li jirrappreżenta l-eżitu tad-Direttiva 2003/87/KE 8 riveduta fiż-żewġ kolonni tal-UE u l-Iżvizzera. L-emendi l-oħra kollha għall-kolonna tal-Iżvizzera fil-Parti A tal-Anness I huma adattamenti editorjali fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tat-testi legali rilevanti.

Fir-rigward tal-Parti B (operaturi tal-avjazzjoni) tal-Anness I, il-konformità tat-test fil-kolonna tal-UE mal-kriterji essenzjali teħtieġ bidliet fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti (il-kriterji 12 u 14) u, barra minn hekk, l-aġġornament tar-referenzi legali (il-kriterji 2, 4, 5 u 7). Barra minn hekk, it-test tal-kriterji 4, 11 u 12 fil-kolonna tal-UE ġie aġġustat biex juri b’mod korrett l-eżitu tar-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE 9 . Għall-istess raġuni, it-titolu tal-kriterji essenzjali 8 inbidel u t-test fil-kolonna tal-UE ġie aġġustat kif xieraq. Dan jgħodd ukoll għall-kriterju 6, fejn il-kolonni tal-UE u l-Iżvizzera ġew amalgamati u ġie introdott test komuni.

Fil-kolonna Żvizzera tal-Parti B, il-bidliet editorjali fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Żvizzera rilevanti saru meħtieġa għall-kriterji essenzjali 2, 5, 13, 14 u 15. Dan japplika wkoll għall-kriterji 4, 8 u 12, li, barra minn hekk, juru aġġornament tar-referenza legali. Barra minn hekk, bħal fil-kolonna tal-UE, it-testi tal-kriterji 4, 7 u 11 tal-kolonna Żvizzera ġew aġġustati biex jirriflettu l-approċċ deskritt fil-kolonna tal-UE.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ attwali

Il-Kumitat Konġunt huwa korp li ġie mwaqqaf bl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

L-att li l-Kumitat Konġunt huwa mitlub jadotta huwa att b’effetti legali. L-att previst ikun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 12(3) tal-Ftehim.

L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ attwali

L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-att previst huma marbuta mal-ambjent.

Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hi l-Artikolu 192(1) tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 192(1) tat-TFEU flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Billi l-att tal-Kumitat Konġunt se jemenda l-Anness I tal-Ftehim, jixraq li dan jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tiegħu.

2025/0334 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I tal-Ftehim

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 10 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

(2)Skont l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet li għandhom, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, jorbtu lill-Partijiet.

(3)L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(4)Huwa xieraq li terġa’ tinkiseb il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli għall-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Konfederazzjoni Żvizzera wara r-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 permezz tad-Direttivi (UE) 2023/958 12 u 2023/959 13 .

(5)Il-Kumitat Konġunt, waqt it-tmien laqgħa tiegħu, jew aktar kmieni permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, mistenni jadotta Deċiżjoni li temenda l-Anness I tal-Ftehim. Dik id-Deċiżjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(6)Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim.

(7)Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż sabiex jinżammu l-kompatibbiltà u l-integrità tas-suq taż-żewġ sistemi konnessi u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-sitt laqgħa tal-Kumitat Konġunt jew qabel permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ebda deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 322, 7.12.2017, p 3.
(2)    Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tagħhom tal-25 ta’ Jannar 2019 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, disponibbli fuq h https://ec.europa.eu/clima/system/files/2021-07/20191201_jc_dec_rop_en.pdf u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1279 tat-18 ta’ Settembru 2018, ĠU L 239, 24.9.2018, p. 8.
(3)    ĠU L tal-25.1.2024, 2024/301, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/301/oj  
(4)    Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq, ĠU L 130 tas-16.5.2023, p. 115, u d-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni, ĠU L 130 tas-16.5.2023, p.134
(5)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32
(6)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.
(7)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE
(8)    Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4
(9)    Ibid.
(10)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43 tas-16.2.2018, p. 1).
(11)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32., u
(12)    Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115).
(13)    Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni, ĠU L 130, 16.5.2023, p. 130).
Top

Brussell, 31.10.2025

COM(2025) 657 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I tal-Ftehim


ANNESS

ABBOZZ

ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM

ta’ …

fir-rigward tal-emenda tal-Anness I tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom 1 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt tal-5 ta’ Diċembru 2019 issodisfa l-kundizzjonijiet għall-kollegament iffissati fil-Ftehim u ppermetta li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

(2)F’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(3)B’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti li temenda jew li tadotta leġiżlazzjoni ta' rilevanza għal dan il-Ftehim, inkluż id-dritt li tadotta miżuri protettivi aktar stretti.

(4)Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 u d-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 emendaw id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 bil-ħsieb li jallinjaw il-kontribut tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) ma’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif maqbul mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2020.

(5)Fis-7 laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat Konġunt qabel li jkopri l-emendi għall-Anness I tal-Ftehim li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE permezz ta’ aġġornament wieħed tal-Anness I tal-Ftehim fl-2025.

(6)Huwa għaldaqstant xieraq li, f’konformità mal-Artikolu 13(7) tal-Ftehim, jiġu riflessi fil-kriterji essenzjali stabbiliti fil-kriterji essenzjali stabbiliti fl-Anness I tal-Ftehim il-bidliet rilevanti li jirriżultaw mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinżamm il-kompatibilità taż-żewġ sistemi ta’ skambju tal-emissjonijiet, tiġi żgurata l-integrità tas-suq, u tiġi eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet A u B tal-Anness I tal-Ftehim huma ssostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għall-Kumitat Konġunt

Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea

Il-President

Is-Segretarju għall-Iżvizzera



ANNESS

“A. Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji

Kriterji essenzjali

Fl-EU ETS

Fl-ETS tal-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-GHG elenkati hawn taħt.

2.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi:

-    L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

L-Artikolu 40(1) u l-Anness 6 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

3.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs stabbiliti fi:

-    L-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-    L-Artikolu 1(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

4.

Għandu jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi:

-    L-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-fattur lineari ta’ tnaqqis huwa ta’ 4,3 % fis-sena mill-2024 sal-2027 u ta’ 4,4 % mill-2028. Dan se japplika għas-setturi kollha skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-L-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 45(1) u l-Anness 8 punt 1 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 6,4 % fl-2025 bħala aġġustament li jirriżulta fl-istess livell ta’ tnaqqis tal-limitu massimu għall-perjodu mill-2021 sal-2025 kif iddeterminat mill-fattur lineari ta’ tnaqqis tal-EU ETS. Sa mill-2026, il-fattur ta’ tnaqqis lineari jkun ta’ 4,3 % kull sena, u mill-2028 ta’ 4,4 %. Dan se japplika għas-setturi kollha koperti mill-ETS Żvizzera.

5.

Il-mekkaniżmu ta’ stabbiltà tas-suq

Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410 u d-Direttiva (UE) 2023/959.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprevedi li, sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena mill-2017 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (it-TNAC). Din iċ-ċifra tistabbilixxi jekk jenħtieġx li wħud mill-kwoti maħsuba għall-irkant jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha.

-L-Artikolu 19(6) tal-Att tas-CO2,

-L-Artikolu 48(1bis) u (5) u l-Anness 8 punt 2 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-leġiżlazzjoni Żvizzera tipprevedi tnaqqis fil-volum tal-irkant skont l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. Barra minn hekk, il-kwoti tal-emissjonijiet li ma jiġux assenjati għal irkant jiġu kkanċellati ma’ tmiem il-perjodu tal-iskambjar. 

6.

Il-livell ta’ ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs dawk fi:

-    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II)

-    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR)

-    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR)

-    Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD)

-    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (AMLD),

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-    L-Att Federali dwar l-Awtorità Żvizzera għas-Superviżjoni tas-Swieq Finanzjarji tat-22 ta’ Ġunju 2007

-    L-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta’ Ġunju 2015

-    L-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta’ Ġunju 2018

-    L-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta’ Ottubru 1997,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Ir-regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju Żvizzeru ma tiddefinixxix in-natura ġuridika tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f’ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-OTC fi swieq sekondarji.

Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta’ emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

7.

Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe arranġament bħal dan.

8.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021’il quddiem.

9.

Il-limiti kwantitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti skont:

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021’il quddiem.

10.

L-allokazzjoni mingħajr ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa:

-    L-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE

-    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa Diċembru 2025

-    Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni

-    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet

-    Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

-    kwalunkwe fattur ta’ korrezzjoni transettorjali fl-EU ETS fl-2021-2025 jew fl-2026-2030,

- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/772 tas-16 ta’ April 2025 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-L-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 19 tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 45(2) sa (6)

L-Artikoli 46, 46a, 46b u 48 u l-Anness 9 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jaqbżux il-livelli ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS.

11.

L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs bħal dawk stabbiliti skont:

-    L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-L-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

12.

Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

-    L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

-    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

-L-Artikoli minn 50 sa 53 u l-Annessi 16 punt 1 u 17 punt 1 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

13.

Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

-    L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

-    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

-    L-Artikoli minn 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

B. Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni

Kriterji essenzjali

Għall-UE

Għall-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

2.

Il-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ GHG u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif stabbilit fi:

-    Id-Direttiva (UE) 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1071 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1416 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit mill-iskema tal-Unjoni għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Mill-1 ta’ Jannar 2020, it-titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom ikunu koperti mill-EU ETS.

It-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera u tar-Renju Unit lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż-ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.    Kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura

Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-ŻEE.

Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS, bħal derogi fis-sens tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2003/87/KE, tista’ tapplika fir-rigward tal-ETS tal-Iżvizzera f’konformità ma’ dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

2.    Limitazzjonijiet tal-kopertura

Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tinkludi:

1.    Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta’ monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira.

2.    Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija.

3.    Titjiriet relatati ma’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għat‑tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza;

4.    Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944.

5.    Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat.

6.    Titjiriet ta’ taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta’ ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta’ trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu.

7.    Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika.

8.    Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ verifika, ittestjar jew ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal‑ajru jew ta’ tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art.

9.    Titjiriet imwettqa b’inġenji tal-ajru b’massa massima tat-tluq ta’ anqas minn 5 700 kilogramma.

10.    Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru kummerċjali b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 10 000 tunnellata fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b’inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

11.    Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Dawn il-limitazzjonijiet tal-kopertura huma previsti fi:

-L-Artikolu 16a tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 46(d) u l-Artikoli 55(2) u l-Anness 13 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

3.

L-iskambju ta’ data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali b’mod konformi ma’ dan l-Anness. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS.

4.

Il-limitu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

L-Artikolu 3c(5) tad-Direttiva 2003/87/KE kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024 jipprevedi kwantità totali ta’ kwoti allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru abbażi tal-allokazzjoni totali tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fl-2023 imnaqqsa bil-fattur lineari ta’ tnaqqis, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025.

L-Artikolu 3c(7) tad-Direttiva 2003/87/KE kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024 jipprevedi, fir-rigward ta’ titjiriet minn u lejn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, u lejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit, iżda mhux koperti fl-2023, li l-kwantità totali ta’ kwoti għandha tiżdied bil-livell ta’ allokazzjoni daqslikieku dawn it-titjiriet kienu inklużi fl-ETS fl-2023. Japplika l-fattur lineari ta’ tnaqqis, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2024.

Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perjodi ta’ negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu rkantati jew allokati mingħajr ħlas.

Din l-allokazzjoni tista’ tiġi riveduta f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim.

Mill-2024, il-kwantità totali ta’ kwoti żdiedet fir-rigward ta’ titjiriet minn ajrudrom fl-Iżvizzera lejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku tal-UE bil-livell ta’ allokazzjoni daqslikieku dawn it-titjiriet kienu inklużi fl-ETS fl-2023. Japplika l-fattur lineari ta’ tnaqqis kif speċifikat fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2.

Dan huwa previst fi:

-L-Artikolu 18 tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 46e, u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

5.

L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar

-    L-Artikoli 3d(1) u (1a) u l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

-L-Artikolu 19a(2) u (4) tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Punti ta’ riferiment modifikati (ara l-kriterju nru 7) jintużaw fl-2024 u fl-2025 bl-istess effett bħaż-żieda fir-rata tal-irkant fl-EU ETS.

Dawn il-parametri huma previsti fl-

- L-Artikolu 46f(1) u fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

6.

Ir-riżerva speċjali għal ċerti operaturi ta’ inġenji tal-ajru

Ir-riżervi speċjali ma għadhomx operattivi.

7.

Il-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

L-Artikolu 3d (1a) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun għola minn dak fl-EU ETS.

Il-parametru referenzjarju annwali huwa

-0,000642186914222035 kwoti għal kull tunnellati-kilometru għas-snin mill-2020 sal-2023

-0,000481640185666526 kwoti għal kull tunnellati-kilometru għas-sena 2024

-0,000321093457111017 kwoti għal kull tunnellati-kilometru għas-sena 2025

Dawn il-parametri huma previsti fl-

- L-Artikolu 46f(1) u fl-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

8.

Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru;

L-Artikolu 3d (1a) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data f’tunnellati‑kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza mill-parametru referenzjarju applikabbli.

Din l-allokazzjoni mingħajr ħlas hija prevista:

-L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

-L-Artikolu 46f u 46g u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.





9.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021’il quddiem.

10.

Il-limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021’il quddiem.

11.

Il-kisba ta’ data f’tunnellati‑kilometri għas-sena ta’ referenza

Mill-2024 ’il quddiem, id-data dwar it-tunnellati-kilometri ma tapplikax.

F’konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.

Dan huwa previst fi:

-L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

-L-Artikoli 46f u 46g u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2-

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

12.

Monitoraġġ u rapportar

L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

-    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

-    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux tas-CO2 kif stabbilit fl-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom japplikaw mill-2025.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

-L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

-L-Artikoli minn 50 sa 52 u l-Annessi 14, 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

13.

Verifika u akkreditament

-    L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

-    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

14.

Amministrazzjoni

Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-UE.

Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.

L-Iżvizzera għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

-    b’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew

-    bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera skont l-ETS kollegati.

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar).

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

-L-Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2,

-L-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

15.

Iċ-ċediment

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-EU (ŻEE) għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS.

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 55(2bis) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025.

16.

L-infurzar ġuridiku

Il-Partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.

17.

L-attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ Settembru tas-sena tal-attribuzzjoni u ladarba l-kollegament bejn ir-reġistri provviżorju jkun operazzjonali.

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.

L-attribuzzjoni ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru m’għandhiex taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur ta’ inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta’ obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS tal-Iżvizzera, u viċeversa).

18.

Il-modalitajiet għall-implimentazzjoni

Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax‑xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data li fiha japplika dan il-Ftehim.

19.

L-assistenza minn Eurocontrol

Għall-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.

(1)    ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2)    Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115).
(3)    Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).
(4)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
Top