Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0627

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti ta’ Novembru 2025 għal regolamenti tan-NU

COM/2025/627 final

Brussell, 8.10.2025

COM(2025) 627 final

2025/0317(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti ta’ Novembru 2025 għal regolamenti tan-NU


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta hija għal deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-UE fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (WP.29) fir-rigward tal-adozzjoni ta’ modifiki tar-regolamenti attwali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU).

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1.Il-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Ftehim Parallel

Fis-seħħ hemm żewġ ftehimiet biex jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati li jneħħu ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-partijiet kontraenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE), u biex ikun żgurat li l-vetturi bil-mutur joffru livell għoli tas-sikurezza u tal-protezzjoni ambjentali. Dawn huma:

il-Ftehim tan-NUKEE dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jkunu ffittjati f’vetturi bir-roti u/jew li jistgħu jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”); u

il-Ftehim li jikkonċerna l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jkunu ffittjati f’vetturi bir-roti u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

Għall-UE, il-ftehimiet daħlu fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998 u fil-15 ta’ Frar 2000 rispettivament. Ix-xogħol relatat ma’ dawn il-ftehimiet hu sorveljat mid-WP.29.

2.2. Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti

Id-WP.29 jipprovdi qafas uniku għal regolamenti armonizzati fil-livell dinji dwar il-vetturi. Id-WP.29 hu grupp ta’ ħidma permanenti fil-qafas istituzzjonali tan-NU li għandu mandat speċifiku u regoli ta’ proċedura speċifiċi. Dan jaħdem bħala forum dinji li jippermetti diskussjonijiet miftuħa dwar ir-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur u dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u tal-Ftehim Parallel. Kull membru tan-NU u kull organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika mwaqqfa min-NU jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet tad-WP.29 u jsiru parti kontraenti għall-ftehimiet dwar il-vetturi li huma ssorveljati mid-WP.29. L-UE hija parti għal dawn il-ftehimiet 1 .

Id-WP.29 jiltaqa’ tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju, u f’Novembru. Biex jirrifletti l-progress tekniku, f’kull laqgħa, id-WP.29 jista’ jadotta:

regolamenti ġodda tan-NU;

riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU;

regolamenti tekniċi globali ġodda tan-NU (GTRs tan-NU);

modifiki ta’ regolamenti u riżoluzzjonijiet tan-NU skont il-Ftehim Rivedut tal-1958; u

modifiki ta’ GTRs u riżoluzzjonijiet tan-NU skont il-Ftehim Parallel.

Qabel kull laqgħa tad-WP.29, il-korpi sussidjarji ddedikati tad-WP.29 jiddiskutu dawn il-modifiki fil-livell tekniku.

Wara, id-WP.29 ikun jista’ jadotta l-proposti:

b’maġġoranza kwalifikata tal-partijiet kontraenti preżenti u b’votazzjoni għall-proposti skont il-Ftehim Rivedut tal-1958; jew

b’vot ta’ konsensus tal-partijiet kontraenti preżenti u b’votazzjoni għall-proposti skont il-Ftehim Parallel.

Qabel kull laqgħa tad-WP.29, issir Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-UE dwar:

regolamenti ġodda tan-NU, GTRs ġodda tan-NU u riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU; u

emendi, supplimenti u rettifiki ta’ regolamenti tan-NU, ta’ GTRs tan-NU u ta’ riżoluzzjonijiet tan-NU.

2.3. L-att previst tad-WP.29

Bejn il-11 u l-14 ta’ Novembru, waqt il-197 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta:

proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 35, 46, 48, 49, 62, 65, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176; u

proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati;

3. IL-POŻIZZJONI LI GĦANDHA TITTIEĦED F’ISEM L-UE

Peress li dan hu qasam mill-aktar leġiżlat tal-Unjoni Ewropea, dan jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 3(2) tat-TFUE.

Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim Rivedut tal-1958 jaqdi rwol ewlieni biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-manifatturi tal-UE jistgħu jużaw sett komuni ta’ regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-partijiet kontraenti se jirrikonoxxu l-prodotti tagħhom bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

B’din, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur 2 seta’ jirrevoka aktar minn 50 direttiva tal-UE u jibdilhom b’regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958.

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 juża approċċ simili. Dan jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u l-introduzzjoni fis-suq tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Ladarba d-WP.29 ikun adotta proposta għal regolament ġdid tan-NU jew għal modifiki ta’ regolament eżistenti tan-NU, is-Segretarju Eżekuttiv tan-NUKEE jinnotifika l-att korrispondenti lill-partijiet kontraenti. Sakemm ma jkunx hemm l-oġġezzjoni fi żmien 6 xhur minn għadd ta’ partijiet kontraenti, li jkun jikkostitwixxi minoranza li timblokka, l-att jidħol fis-seħħ. Imbagħad, kull parti kontraenti tista’ tittrasponi l-att fir-regoli nazzjonali applikabbli tagħha. Fl-UE, il-proċess tat-traspożizzjoni jitlesta bil-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 

Il-pożizzjoni tal-UE jeħtieġ tiġi stabbilita rigward l-atti li ġejjin:

proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 35, 46, 48, 49, 62, 65, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176 biex jiġu aġġornati dispożizzjonijiet dwar:

l-approvazzjoni tat-tip internazzjonali ta’ vettura sħiħa – l-emendi proposti huma maħsuba biex jaġġornaw il-lista tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip applikabbli għall-komponenti u s-sistemi inklużi fl-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa;

il-kompatibbiltà elettromanjetika – l-emendi proposti huma maħsuba biex jiċċaraw u jissimplifikaw ir-rekwiżiti eżistenti, inkluż jallinjawhom mal-aktar dispożizzjonijiet riċenti tal-istandards industrijali;

iċ-ċinturini tas-sikurezza – l-emendi proposti huma maħsuba biex iħassru r-referenzi għall-identifikatur uniku;

il-pedali – l-emendi proposti huma maħsuba biex jaġġornaw ir-referenzi relatati mal-proċedura tal-kejl u l-kalibrazzjoni tal-punt H tridimensjonali (il-punt “H” 3D);

l-apparati għall-viżjoni indiretta – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ mirja tas-sorveljanza u apparati għar-reġistrazzjoni tal-monitoraġġ tal-kameras tas-sorveljanza u jiċċaraw ir-rekwiżiti eżistenti;

l-installazzjoni ta’ apparati tat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl – l-emendi proposti huma maħsuba biex ineħħu r-rekwiżit tal-wisa’ ta’ 2 metri għal-lampi tal-ipparkjar, jippermettu l-installazzjoni ta’ lampi li jimmarkaw il-ġnub li jkollhom retrorifletturi fl-aktar pożizzjoni laterali frontali fuq is-semitrejlers, jippermettu l-installazzjoni ta’ lampa tal-immanuvrar fakultattiva immuntata fuq wara, u jiċċaraw it-tul tal-indikazzjoni ottika tas-sinjal tar-rispons;

l-emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bi spark (LPG u CNG) – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu dispożizzjonijiet ġodda li jakkomodaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ magni u vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil tat-Tip 1A tal-idroġenu, jinkludu strumenti ġodda tal-kejl u dispożizzjonijiet ġodda li jakkomodaw il-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord waqt l-ittestjar tal-PEMS, u jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament;

il-protezzjoni minn użu mhux awtorizzat għall-vetturi tal-kategoriji L1-L7 attrezzati b’manubriji – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu l-applikazzjoni tal-kjavi virtwali għall-vetturi tal-kategorija L;

il-lampi ta’ twissija speċjali – l-emendi proposti huma maħsuba biex jikkoreġu u jiċċaraw l-użu tad-dispożizzjonijiet eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-installazzjoni tal-kuluri possibbli;

l-apparati ta’ protezzjoni laterali – l-emendi proposti huma maħsuba biex jagħmlu t-trejlers estendibbli konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ protezzjoni laterali għat-trejlers irrispettivament mit-tul, biex jitneħħa r-riskju għas-sikurezza għall-utenti vulnerabbli tat-triq meta t-trejler ikun fl-aktar pożizzjoni estiża;

it-tagħmir tal-isteering – l-emendi proposti huma maħsuba biex jiżguraw li meta l-vetturi jkollhom funzjonalità li tissodisfa d-definizzjoni ta’ Funzjoni tal-Istering Awtomatikament Kmandata (ACSF), dawn ikun jeħtiġilhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti fir-Regolament Nru 171 tan-NU;

l-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1 – l-emendi proposti huma maħsuba biex jaġġornaw ir-rekwiżiti għat-tħejjija tad-dinamometru qabel test tat-Tip 6, jippermettu l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi li qabel kienu fil-kamp ta’ applikazzjoni biss bħala estensjoni bbażata fuq il-massa ta’ referenza tagħhom, u jintroduċu ċ-ċilindrata tal-magna fid-dokument tal-informazzjoni;

il-parts ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar – l-emendi proposti huma maħsuba biex isolvu l-inkonsistenza bejn l-informazzjoni meħtieġa fuq il-formola tal-komunikazzjoni tar-regolament Nru 90 tan-NU meta mqabbla ma’ regolamenti oħra tan-NU, u jħassru r-referenzi għall-identifikatur uniku;

il-vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika – l-emendi proposti huma maħsuba biex jallinjaw it-traduzzjoni Franċiża mal-oriġinal bl-Ingliż;

il-vetturi għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi – l-emendi proposti huma maħsuba biex jikkoreġu l-inkonsistenzi fir-rekwiżiti;

il-vetturi M2 u M3 – l-emendi proposti huma maħsuba biex itejbu l-aċċessibbiltà tal-vetturi tal-klassi I tal-kategoriji M2 u M3;

l-identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi – l-emendi proposti huma maħsuba biex jallinjaw ir-rekwiżiti mal-verżjoni aġġornata tal-ISO 2575;

is-sikurezza għall-persuni bil-mixi – l-emendi proposti huma maħsuba biex jikkoreġu l-inkonsistenza bejn il-mumenti tal-inerzja tal-femore u t-tibja tal-impattur flessibbli bil-forma tal-parti t’isfel tar-riġel;

is-sistemi mtejba tat-trażżin għat-tfal – l-emendi proposti huma maħsuba biex jestendu d-definizzjoni ta’ modulu;

is-sistema avvanzata tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza (AEBS) għall-vetturi M2, M3, N2 u N3 – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu dispożizzjonijiet għall-użu tal-ittestjar virtwali bħala alternattiva għat-testijiet fiżiċi;

il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u b’ċelloli tal-fjuwil – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu rekwiżiti għal apparat għall-ħruġ ta’ pressjoni żejda attivat termalment (TPRDs) u għal-linji tal-provvista tagħhom, u jakkomodaw l-aġġornament tal-istandard ISO bħala alternattiva;

is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u l-pożizzjonijiet bilqiegħda i-size – l-emendi proposti huma maħsuba biex jikkoreġu żbalji tipografiċi;

l-apparati tas-sinjalar bid-dawl – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu rekwiżiti għall-projezzjonijiet tar-rivers;

l-apparati għat-tidwil tat-toroq – l-emenda proposta hi maħsuba biex tikkoreġi n-numerazzjoni f’paragrafu partikolari u tiċċara l-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar il-produzzjoni fl-Anness 8;

il-proċedura tal-ittestjar armonizzata fid-dinja għall-vetturi ħfief (WLTP) – l-emendi proposti huma maħsuba biex jakkomodaw għadd ta’ korrezzjonijiet u kjarifiki, jissimplifikaw it-test u jemendaw id-dokument tal-informazzjoni għal konsistenza bejn id-dokument tal-informazzjoni tal-manifattur u ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

l-aġġornament tas-software u s-sistema tal-ġestjoni tal-aġġornamenti tas-software – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu rekwiżiti għall-użu tan-numru tal-identifikazzjoni tas-software RX;

is-sistemi ta’ assistenza għall-kontroll tas-sewwieqa (DCAS) – l-emendi proposti huma maħsuba biex ineħħu r-referenzi superfluwi għal manuvri mibdija mis-sistema u jintroduċu anness ġdid bi gwida dwar l-użu tal-bażi tad-data tal-internet sigura tan-NU għall-iskambju tal-informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-operazzjoni tad-DCAS bejn l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip;

l-installazzjoni ta’ sistemi tat-trażżin għall-okkupanti – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu ċerti kjarifiki u jikkoreġu inkonsistenzi;

it-tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza – l-emendi proposti huma maħsuba biex jikkoreġu żbalji editorjali;

il-kontroll tal-aċċellerazzjoni għall-iżbalji tal-pedala – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu d-dispożizzjonijiet dwar l-inizjalizzazzjoni tas-sistema; u

is-sistemi ta’ assistenza għall-kamp ta’ viżjoni – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu rekwiżiti aħjar fil-każ ta’ risettjar tas-sistema; u

il-proposti għal:

GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati – din il-proposta hi maħsuba biex tipprovdi metodi armonizzati fid-dinja biex tiġi ddeterminata l-prestazzjoni tad-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi elettriċi tqal;

reviżjoni tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) – l-emendi proposti huma maħsuba biex jakkomodaw definizzjonijiet addizzjonali għas-sistemi tas-sewqan awtomatizzat u jintroduċu kategoriji ġodda tal-vetturi f’konformità mar-regolament tan-NU dwar is-sistemi tas-sewqan awtomatizzat li jmiss;

emenda tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) – l-emendi proposti huma maħsuba biex jintroduċu rekwiżiti relatati mal-użu tan-numru tal-identifikazzjoni tas-software RX;

rettifika għar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 (M.R.1) – l-emenda proposta hi maħsuba biex tikkoreġi żball editorjali rigward l-unità tal-mument tal-inerzja; u

emenda għar-riżoluzzjoni speċjali Nru 1 (S.R.1) – l-emenda proposta hi maħsuba biex takkomoda definizzjonijiet addizzjonali għas-sistemi tas-sewqan awtomatizzat u tintroduċi kategoriji tal-vetturi ġodda.

Id-WP.29 qed jippjana li jivvota fuq dawn il-proposti fil-laqgħa tiegħu ta’ bejn il-11 u l-14 ta’ Novembru 2025.

Barra minn hekk, jeħtieġ tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-UE dwar:

proposta għal dokument gwida dwar l-użu tal-bażi tad-data għall-iskambju tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (DETA) għall-fini tar-Regolament Nru 171 tan-NU (DCAS). u

talba għal awtorizzazzjoni biex tinħoloq emenda għall-GTR Nru 13 tan-NU.

L-UE jenħtieġ li tappoġġa l-atti msemmijin hawn fuq għax dawn huma konformi mal-politika tas-suq intern tagħha dwar l-industrija tal-karozzi, fir-rigward tas-sikurezza, l-awtomatizzazzjoni u l-emissjonijiet, kif ukoll mal-politiki tagħha dwar il-ġeopolitika, it-trasport, il-klima u l-enerġija.

Dawn l-atti għandhom ilkoll impatt pożittiv ħafna fuq il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi tal-UE u fuq il-kummerċ internazzjonali. Vot favur dawn l-atti jippromwovi l-progress teknoloġiku, jipprovdi ekonomiji ta’ skala, jevita l-frammentazzjoni tas-suq intern u jiżgura li l-istandards tal-karozzi jiġu applikati b’mod uniformi mal-UE kollha.

L-għarfien espert estern mhux rilevanti għal din il-proposta. Madankollu, il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur irrieżamina din il-proposta.

4.BAŻI LEGALI

4.1. Bażi legali proċedurali

4.1.1. Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-TFUE jiddikjara li l-Kunsill jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li għandhom effetti legali minħabba r-regoli tal-liġi internazzjonali li jirregolaw is-sede inkwistjoni. Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont il-liġi internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatura tal-UE”. 4

4.1.2. Applikazzjoni għall-każ attwali

Id-WP.29 hu s-sede li fih il-partijiet kontraenti tan-NUKEE jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u tal-Ftehim Parallel.

L-atti li d-WP.29 qed jintalab jadotta huma atti li għandhom effetti legali.

Ir-regolamenti tan-NU stabbiliti fl-att previst se jkunu vinkolanti għall-UE skont il-liġi internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 1 u 12 tal-Ftehim Rivedut tal-1958. Flimkien mal-GTRs tan-NU u r-riżoluzzjonijiet tan-NU, dawn se jkunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

L-atti previsti la jissupplimentaw u lanqas jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2. Bażi legali sostantiva

4.2.1.    Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi qabelxejn fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fuqhom tittieħed pożizzjoni f’isem l-UE.

L-att previst jista’ jkollu żewġ għanijiet jew komponenti, li wieħed minnhom jista’ jiġi identifikat bħala ewlieni u l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali. F’dan il-każ, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tkun ibbażata fuq bażi legali sostantiva waħda, jiġifieri fuq dik il-waħda għall-għan jew għall-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2. Applikazzjoni għall-każ attwali

L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-att previst huma l-approssimazzjoni tal-liġijiet. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE.

4.3. Konklużjoni

Il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 114 tat-TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFEU.

2025/0317 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti ta’ Novembru 2025 għal regolamenti tan-NU

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 5 , l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jkunu ffittjati f’vetturi bir-roti u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 6 , l-Unjoni aderiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u l-introduzzjoni fis-suq tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU, tar-regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u tar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti ġodda tan-NU, GTRs ġodda tan-NU u riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jinħolqu emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jinħolqu GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

(5)Bejn il-11 u l-14 ta’ Novembru 2025, waqt il-197 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 35, 46, 48, 49, 62, 65, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176; proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati; żewġ proposti għal emenda tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) proposta għal rettifika tar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 (M.R.1); u proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni speċjali Nru 1 (S.R.1);

(6)Biex ikunu jirriflettu l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi tul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 35, 46, 48, 49, 62, 65, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176 jeħtieġ jiġu emendati jew supplimentati.

(7)Għal progress teknoloġiku u għad-dekarbonizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi adottat GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati.

(8)Ir-regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mal-GTR tan-NU u r-riżoluzzjonijiet tal-NU, dawn se jinfluwenzaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-197 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, li se ssir bejn il-11 u l-14 ta’ Novembru 2025, għandha tkun li tivvota favur id-dokumenti ta’ ħidma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fid-WP.29 jistgħu jaqblu fuq bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(2)    Revokat u sostitwit mir-Regolament (UE) 2019/2144.
(3)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(4)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-punti 61 sa 64.
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj ).
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj ).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj ).
Top

Brussell, 8.10.2025

COM(2025) 627 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti ta’ Novembru 2025 għal regolamenti tan-NU





ANNESS

Nru tar-Regolament

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument 1

0

Proposta għas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 0

(ECE/TRANS/WP.29/1186, para. 59, abbażi ta’ WP.29-196-22)

ECE/TRANS/WP.29/2025/159

10

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 10 (kompatibbiltà elettromanjetika)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/3 kif emendat bi GRE-92-24

ECE/TRANS/WP.29/2025/110

10

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 10 (kompatibbiltà elettromanjetika)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 29, abbażi ta’ GRE-90-36

ECE/TRANS/WP.29/2025/113

16

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 08 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-03 u GRSP-77-33-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/120

16

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 09 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-04 u GRSP-77-33-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/121

16

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 10 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-05 u GRSP-77-33-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/122

35

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 35 (pedali)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/18

ECE/TRANS/WP.29/2025/82

46

Proposta għas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (apparati għall-viżjoni indiretta)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 10, abbażi ta’ GRSG-129-44-Rev.1 kif riprodott bl-Annex IV tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2025/103

48

Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32

ECE/TRANS/WP.29/2025/114

48

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32

ECE/TRANS/WP.29/2025/115

48

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para.16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32

ECE/TRANS/WP.29/2025/116

48

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 17, 18, 19, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92- 31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/5 kif emendat bi GRE-92-10-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/7, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32

ECE/TRANS/WP.29/2025/117

49

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bi spark (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 48, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/13)

ECE/TRANS/WP.29/2025/93

49

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bi spark (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 49, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/12, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/13, GRPE-92- 25-Rev.2 kif emendat bl-Anness VIII)

ECE/TRANS/WP.29/2025/94

62

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 62 (protezzjoni minn użu mhux awtorizzat għall-vetturi tal-kategoriji L1 – L7 attrezzati b’manubriji).

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 39, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/2, mhux emendat)

ECE/TRANS/WP.29/2025/106

65

Proposta għas-Suppliment 13 tar-Regolament tan-NU Nru 65 (lampi ta’ twissija speċjali)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/16/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/111

73

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 73 (apparati ta’ protezzjoni laterali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 15, abbażi ta’ GRSG-129-21-Rev.5)

ECE/TRANS/WP.29/2025/104

79

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/32

ECE/TRANS/WP.29/2025/137

79

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/32

ECE/TRANS/WP.29/2025/138

83

Proposta għas-Suppliment 19 tas-serje ta’ emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8 kif emendat bl-Anness IV)

ECE/TRANS/WP.29/2025/95

83

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/9 u GRPE-92-22 kif emendat bl-Anness V)

ECE/TRANS/WP.29/2025/96

83

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/9 u GRPE-92-22 kif emendat bl-Anness VI)

ECE/TRANS/WP.29/2025/97

83

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/10 kif emendat bl-Anness VII)

ECE/TRANS/WP.29/2025/98

90

Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (parts ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/35

ECE/TRANS/WP.29/2025/139

90

Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (parts ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/35 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/36

ECE/TRANS/WP.29/2025/140

100

Proposta għal rettifika 2 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44

ECE/TRANS/WP.29/2025/123

100

Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44

ECE/TRANS/WP.29/2025/124

100

Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44

ECE/TRANS/WP.29/2025/125

105

Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 105 (vetturi għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 40, abbażi ta’ GRSG-129-40 kif riprodott fl-Anness VIII tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2025/107

107

Proposta għas-serje ta’ emendi 11 tar-Regolament tal-NU Nru 107 (vetturi M2 u M3)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/9, kif emendat bl-Anness II)

ECE/TRANS/WP.29/2025/105

121

Proposta għas-Supplement 7 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 121 (identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 22, abbażi ta’ GRSG-129-15, kif riprodott bl-Anness VI tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2025/108

127

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8

ECE/TRANS/WP.29/2025/126

127

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8

ECE/TRANS/WP.29/2025/127

127

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8

ECE/TRANS/WP.29/2025/128

129

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (sistemi mtejba tat-trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/4 u GRSP-77-12

ECE/TRANS/WP.29/2025/129

131

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 131 (sistema avvanzata tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza, AEBS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22 abbażi tad-dokument informali GRVA-22-05

ECE/TRANS/WP.29/2025/141

134

Proposta għas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u b’ċelloli tal-fjuwil)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 30, abbażi ta’ GRSP-77-30-Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2025/130

134

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u b’ċelloli tal-fjuwil)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 30, abbażi ta’ GRSP-77-46-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/131

145

Proposta għal rettifika 2 tas-serje ta’ emendi oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 145 (sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-size)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 53, abbażi ta’ GRSP-77-13-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/132

145

Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 145 (sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-size)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 53, abbażi ta’ GRSP-77-14-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2025/133

148

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 148 (apparati għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32

ECE/TRANS/WP.29/2025/112

149

Proposta għas-Supplement 10 tas-serje ta’ emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/8

ECE/TRANS/WP.29/2025/118

149

Proposta għas-Supplement 6 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/8

ECE/TRANS/WP.29/2025/119

154

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/2, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 3)

ECE/TRANS/WP.29/2025/99

154

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/3, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 4)

ECE/TRANS/WP.29/2025/100

154

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 21, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/4, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 5)

ECE/TRANS/WP.29/2025/101

154

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/5, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 6)

ECE/TRANS/WP.29/2025/102

156

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 il-ġdida tar-Regolament tan-NU Nru 156 (sistema tal-aġġornament tas-software u ta’ ġestjoni tal-aġġornament tas-software)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/28

ECE/TRANS/WP.29/2025/142

171

Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 171 (sistemi ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq, DCAS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/31 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/30 kif emendat bi GRVA-22-18

ECE/TRANS/WP.29/2025/143

171

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 171 (sistemi ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq, DCAS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/30 kif emendat bi GRVA-22-18

ECE/TRANS/WP.29/2025/144

173

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 173 (installazzjoni ta’ sistemi ta’ trażżin għall-okkupanti)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 34, abbażi ta’ GRSP-77-55

ECE/TRANS/WP.29/2025/134

174

Proposta għal rettifika tas-serje ta’ emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 174 (tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/6

ECE/TRANS/WP.29/2025/135

174

Proposta għal rettifika tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 174 (tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/6 u GRSP-77-16

ECE/TRANS/WP.29/2025/136

175

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 175 (kontroll tal-aċċellerazzjoni għall-iżbalji tal-pedala, ACPE)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/33

ECE/TRANS/WP.29/2025/145

176

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 176 (sistemi ta’ assistenza għall-kamp ta’ viżjoni)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/7

ECE/TRANS/WP.29/2025/109

Mixxellanji

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

GTR

Proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 67, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/7, GRPE-92-43 kif rifless bl-Addendum 7)

ECE/TRANS/WP.29/2025/149

Rapport

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta’ Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar id-Durabbiltà tal-Batteriji fil-Vetturi għall-Vetturi Tqal Elettrifikati

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 68, abbażi ta’ GRPE-92-44 kif rifless fl-Addendum 8)

ECE/TRANS/WP.29/2025/150

Rapport

It-tielet rapport ta’ progress dwar UNR u GTR tal-ADS

ECE/TRANS/WP.29/2025/160

Awtorizzazzjoni

Talba għall-awtorizzazzjoni biex tinħoloq emenda tal-GTR tan-NU Nru 13.

ECE/TRANS/WP.29/2025/161

Riżoluzzjoni

Proposta għar-Reviżjoni 8 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.3

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/5 kif emendat bl-Anness VII tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2025/146

Riżoluzzjoni

Proposta għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/28 kif emendat bi GRVA-22-11/Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2025/147

Riżoluzzjoni

Proposta għal rettifika ta’ M.R.1 (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 40, abbażi ta’ GRSP-77-54)

ECE/TRANS/WP.29/2025/148

Riżoluzzjoni

Proposta għall-Emendi 3 tar-Riżoluzzjoni Speċjali Nru 1

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/6 kif emendat bil-paragrafu 30 tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2025/151

Gwida

Proposta għal Dokument Gwida dwar l-Użu tad-DETA għall-Iskop tar-Regolament tan-NU Nru 171 dwar dispożizzjonijiet uniformi b’rabta mal-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza għall-kontroll tas-sewwieqa (DCAS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/29 kif emendat bi GRVA-22-1

ECE/TRANS/WP.29/2025/92

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 1

ECE/TRANS/WP.29/2025/152

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 2

ECE/TRANS/WP.29/2025/153

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 3

ECE/TRANS/WP.29/2025/154

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 5

ECE/TRANS/WP.29/2025/155

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 6

ECE/TRANS/WP.29/2025/156

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 7

ECE/TRANS/WP.29/2025/157

Kompendju

Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 9

ECE/TRANS/WP.29/2025/158

(1)    Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella jinsabu fuq: https://unece.org/sites/default/files/2025-08/ECE-TRANS-WP.29-1187e%20%281%29.pdf
Top