Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0574

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053

COM/2025/574 final

Brussell, 16.7.2025

COM(2025) 574 final

2025/0574(CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.RAĠUNIJIET U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA

L-Unjoni Ewropea tħabbat wiċċha ma’ domandi dejjem jiżdiedu f’oqsma ewlenin bħall-kompetittività, id-difiża, is-sigurtà, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u r-reżiljenza għax-xokkijiet esterni. Barra minn hekk, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss irid jindirizza r-ripagament tan-NextGenerationEU mingħajr tnaqqis mhux dovut għall-programmi tal-UE jew żieda eċċessiva fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING. Filwaqt li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji żgurat finanzjament stabbli u prevedibbli tal-baġit tal-UE, din tiddependi, fil-biċċa l-kbira tagħha u kulma jmur dejjem aktar, fuq il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING, li hekk kif jiżdiedu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament se tilħaq il-limiti tagħha. Il-baġit tal-UE huwa dwar il-ħolqien ta’ valur miżjud Ewropew, u dan jitlob finanzjament konġunt tal-prijoritajiet komuni. L-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda se tnaqqas mill-piż fuq l-Istati Membri u se tiżgura l-finanzjament sostenibbli tal-politiki komuni tal-UE u r-ripagament tan-Next GenerationEU. Apparti minn hekk, l-aħħar snin wrewna li l-baġit tal-UE jrid ikun jista’ jwieġeb b’mod aktar flessibbli għall-kriżijiet u għal dinja li qiegħda tinbidel.

F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2020 1 , il-Kummissjoni ressqet proposti fl-2021 u fl-2023 biex tintroduċi riżorsi proprji ġodda, li ma ġewx adottati. Din il-proposta tibni fuq il-proposti u d-diskussjonijiet preċedenti. Hija f’konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-UE fil-kuntest tal-QFP li jmiss u tiġġenera dħul konsiderevoli. Ir-riżorsi proprji huma bbażati fuq leġiżlazzjoni settorjali eżistenti jew id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji nnifisha u jistgħu jiġu implimentati b’piż amministrattiv raġonevoli.

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System) tibqa’ s-sinsla tal-proposti tal-Kummissjoni, billi hija marbuta mill-qrib mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u għandha potenzjal sinifikanti ta’ dħul. Bi 30 % tad-dħul li jmur fil-baġit tal-UE, ħafna mid-dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jibqa’ jidħol fil-baġits nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiffoka biss fuq id-dħul mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS1) diġà fis-seħħ u ma tibbażax ir-riżorsa proprja fuq is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet il-ġdida għat-trasport bit-triq u l-bini (ETS2)

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism) tista’ titqies bħala d-“dimensjoni esterna” tal-ETS u għaldaqstant tibqa’ element integrali tal-pakkett. Is-CBAM jiżgura li l-importazzjonijiet fl-UE jkunu soġġetti għall-prezz tal-karbonju ekwivalenti għall-produzzjoni ta’ din l-istess merkanzija fl-UE.

Il-Kummissjoni tipproponi tliet riżorsi proprji ġodda addizzjonali:

Riżorsa ġdida bbażata fuq l-ammont ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mhux miġbur (“e-skart”) li twassal għal eżiti ambjentali pożittivi filwaqt li tappoġġa l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fil-materja prima kritika. L-implimentazzjoni ta’ riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-e-skart mhux miġbur irrapportat mill-Istati Membri tinċentiva t-tnaqqis tal-iskart u tħeġġeġ il-progress fl-iskemi ta’ ġbir. Ir-riżorsa proprja mill-e-skart tkun ibbażata fuq data li diġà teżisti rrapportata mill-Istati Membri lill-Eurostat u kkalkulata billi tiġi applikata r-rata ta’ EUR 2 għal kull kg fuq l-e-skart mhux miġbur. Sabiex jinżamm il-valur reali tar-rata ta’ ġbir, din tiġi sussegwentement aġġustata annwalment għall-inflazzjoni.

Riżorsa proprja tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk (TEDOR, Tobacco Excise Duty Own Resource) tappoġġa l-objettivi tal-politika tal-UE dwar is-saħħa kif ukoll tindirizza l-kwistjoni tax-xiri transfruntiera għal ċerti prodotti, li bħalissa huwa influwenzat mid-divrenzjar fil-politiki tat-taxxa bejn l-Istati Membri, u tiġġenera dħul sinifikanti għall-baġit tal-UE. Il-proposta tikkomplementa l-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar id-dazju tas-sisa fuq it-tabakk, li għandha l-għan li tadatta d-dazji tas-sisa minimi tal-UE u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti ġodda. Madankollu, it-TEDOR proposta ma tiddependix legalment fuq l-adozzjoni tar-riformulazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill. Tiġi applikata rata ta’ ġbir ta’ 15 % għall-Istati Membri kollha għall-ammonti ta’ tabakk manifatturat u għall-ammonti ta’ prodotti relatati mat-tabakk rilaxxati għall-konsum immultiplikati bir-rata minima applikabbli għal kull Stat Membru.

Riżorsa korporattiva għall-Ewropa (CORE, Corporate Resource for Europe) għandha l-għan li tiżgura li s-settur korporattiv, li jopera fl-akbar suq uniku tad-dinja b’aktar minn 450 miljun konsumatur, jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit tal-UE. Ir-riżorsa proprja tkun ikkonċentrata fuq il-kumpaniji tal-UE u kumpaniji ta’ pajjiżi terzi bi stabbiliment permanenti fl-UE b’fatturat nett annwali ’l fuq minn EUR 100 miljun. Il-CORE tkun stabbilita bħala kontribuzzjoni annwali ta’ somma f’daqqa differenzjata skont il-fatturat nett tal-kumpaniji.

Huma proposti aġġustamenti mmirati għar-riżorsi proprji eżistenti biex tiġi ppreservata l-bażi tad-dħul tal-baġit tal-UE. Ir-rata ta’ ġbir għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, li ġiet introdotta fil-bidu tal-QFP attwali, ġiet stabbilita bħala ammont fiss ta’ EUR 0,8/kg. Madankollu, l-inflazzjoni naqqset b’mod sinifikanti l-valur reali tad-dħul minn din ir-riżorsa proprja. Bħala korrezzjoni għal dan, huwa propost li r-rata ta’ ġbir tiżdied għal livell ġdid ta’ EUR 1/kg fl-2028 u, minn dak il-punt ’il quddiem, li tiġi aġġustata annwalment għall-inflazzjoni. Barra minn hekk, il-livell attwali ta’ 25 % ta’ dazji doganali li jinżammu mill-Istati Membri biex ikopru l-kostijiet tal-ġbir tagħhom iwassal biex sehem għoli ta’ riżorsi proprji ma jitqegħidx għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Għaldaqstant qiegħed jiġi propost li s-sehem tal-kostijiet tal-ġbir jitnaqqas għal 10 %. Fl-aħħar nett, il-proposta tiċċara li l-ammonti relatati mal-e-kummerċ kif stabbiliti taħt il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) jaqgħu fil-kategorija tar-riżorsi proprji tradizzjonali.

Sabiex tkun żgurata sistema ta’ riżorsi proprji trasparenti, mhuwa se jkun hemm ebda aġġustament għar-riżorsi proprji. Għaldaqstant, mhumiex se jibqgħu jiġu applikati l-iffissar ta’ limiti massimi fuq il-bażi tal-VAT, kif ukoll it-tnaqqis ta’ somma f’daqqa applikat għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat u għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING.

Fid-dawl ta’ bidliet possibbli fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (“ESA 2010”), il-proposta tiċċara l-approċċ għal tali bidliet u t-trattament tagħhom, fejn rilevanti, għas-sistema ta’ riżorsi proprji.

Dawn l-aħħar snin wrewna li l-frekwenza, is-severità u l-profondità tal-kriżijiet severi, it-tbatijiet jew it-theddidiet tagħhom żdiedu. Ir-riġidità tal-infrastruttura tal-baġit attwali rrestrinġiet lill-Unjoni fir-reazzjoni tagħha għal tali avvenimenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu straordinarju ġdid biex iwieġeb għal dawn l-avvenimenti matul il-perjodu tal-QFP 2028–2034 li jmiss. L-attivazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu straordinarju u mmirat ta’ rispons għall-kriżijiet se tiġi deċiża mill-Kunsill b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta’ kriżi partikolari. Il-Kunsill se jaġixxi permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, adottat f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 311(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Fl-eventwalità li tali mekkaniżmu straordinarju ta’ rispons għall-kriżijiet jiġi attivat, l-implimentazzjoni tiegħu ssegwi r-regoli stabbiliti fl-aktar programm jew strument rilevanti.

Ir-Regolament tal-Kunsill se jawtorizza t-teħid b’self mill-Kummissjoni, fuq is-swieq tal-kapital, tal-ammont għas-self lill-Istati Membri. Ir-Regolament tal-Kunsill se jistabbilixxi wkoll il-prinċipji għar-ripagament. Din l-għodda straordinarja ta’ rispons għall-kriżijiet se tiġi appoġġata minn żieda apposta fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji.

2.QAFAS LEGALI

2.1. Deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji

Skont l-Artikolu 311(3) TFUE, il-Kunsill, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew “jista’ jistabbilixxi kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti”. Din id-dispożizzjoni tippermetti b’mod espliċitu l-ħolqien ta’ riżorsi proprji ġodda.

F’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali stabbilita fl-Artikolu 311(3) TFUE, il-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni b’unanimità wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ladarba tiġi approvata mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ minn din il-possibbiltà billi tagħti bidu għall-ħolqien ta’ diversi riżorsi proprji ġodda.

2.2. L-implimentazzjoni ta’ miżuri għas-sistema tar-riżorsi proprji u t-Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-Regolamenti

L-Artikolu 311(4) TFUE jistipula li “[i]l-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ Regolament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni sa fejn dan ikun previst fid-Deċiżjoni [dwar ir-Riżorsi Proprji]”. Din id-dispożizzjoni tintroduċi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi ta’ implimentazzjoni marbuta mas-sistema tar-riżorsi proprji f’Regolament (IMSOR) fil-limiti stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Ma tinkludix aspetti tas-sistema tar-riżorsi proprji li jirrigwardaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji u l-issodisfar tal-ħtiġijiet fi flus kontanti (ara hawn taħt).

L-IMSOR irid jinkludi dispożizzjonijiet ta’ natura ġenerali applikabbli għat-tipi kollha ta’ riżorsi proprji. Dawn ikopru l-aktar kwistjonijiet ta’ kontroll u superviżjoni tad-dħul u s-setgħat relatati tal-ispetturi tal-Kummissjoni. L-IMSOR se jinkludi wkoll xi aspetti tal-implimentazzjoni tal-CORE.

Lil hinn mill-miżuri ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti operattivi biex ir-riżorsi proprji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE u l-kontijiet tal-Kummissjoni huma speċifikati f’Regolamenti tal-Kunsill skont l-Artikolu 322(2) TFUE.

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet ġodda ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għar-riżorsi proprja ġodda kollha.

Il-Kummissjoni se tissottometti l-proposti neċessarji fi stadju aktar tard.

2025/0574 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 2 ,

Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jenħtieġ li tiggarantixxi riżorsi adegwati għall-iżvilupp kif suppost tal-politiki tal-Unjoni, soġġett għal dixxiplina baġitarja stretta. L-iżvilupp tas-sistema tar-riżorsi proprji jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll, kemm jista’ jkun possibbli, għall-iżvilupp tal-politiki tal-Unjoni.

(2)Fil-qafas tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 3 , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għarfu l-importanza tal-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u rrikonoxxew li “[i]n-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jenħtieġ li ma twassalx għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta’ investiment taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali” (QFP). Barra minn hekk, il-Ftehim Interistituzzjonali ddikjara li “[h]uwa mixtieq ukoll li jiġu mitigati ż-żidiet fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) għall-Istati Membri”.

(3)F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali, il-Kummissjoni ressqet proposti fl-2021 u fl-2023 biex tintroduċi riżorsi proprji ġodda. Id-Deċiżjoni attwali tibni fuq id-diskussjonijiet preċedenti u tirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-UE fil-kuntest tal-QFP. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni tintroduċi ħames riżorsi proprji ġodda.

(4)Żviluppi reċenti wrew żieda fl-oġġetti mibjugħa b’bejgħ mill-bogħod. Sabiex jiġu koperti l-kostijiet li qegħdin jikbru għall-iżgurar tar-rilaxx ta’ dawn l-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni libera billi tiġi vverifikata d-data provduta, isir l-analiżi tar-riskju, jitwettqu kontrolli fuq id-dokumenti u fuq l-oġġett innifsu meta jkun hemm bżonn, jista’ jagħti l-każ li, fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, jiġu imposti ammonti ġodda ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, abbażi ta’ fatturi jew ammonti oħra, bħal tariffa ta’ trattament tal-Unjoni, li tkun proporzjonata għas-servizzi provduti sabiex dawk l-oġġetti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Huwa xieraq li jiġi speċifikat li din it-tariffa ta’ trattament tal-Unjoni, bħala riżorsi proprji tradizzjonali, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni biss mill-1 ta’ Jannar 2028.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tistabbilixxi s-sehem tar-riżorsi proprji tradizzjonali miżmuma mill-Istati Membri biex ikopru l-kostijiet tagħhom għall-ġbir tad-dazji doganali għal 25 %. Dan iwassal għal sehem għoli ta’ riżorsi proprji li ma jitqegħdux għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-kostijiet tal-ġbir miżmuma mill-Istati Membri mir-riżorsi proprji tradizzjonali jenħtieġ li jerġgħu lura minn 25 % għal-livell oriġinali ta’ 10 % sabiex is-sostenn finanzjarju għat-tagħmir, persunal, diġitalizzazzjoni u informazzjoni doganali jiġi allinjat aħjar mal-kostijiet u l-ħtiġijiet attwali.

(6)Jenħtieġ li tiġi introdotta kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv bħala riżorsa proprja. Ir-riżorsa korporattiva għall-Ewropa (CORE, Corporate Resource for Europe) jenħtieġ li tapplika għall-kumpaniji residenti għall-finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni b’fatturat nett annwali li jaqbeż EUR 100 000 000. Bl-istess mod, il-CORE jenħtieġ li tapplika għall-istabbilimenti permanenti li jkunu jinsabu fi Stat Membru ta’ entitajiet residenti, għall-finijiet ta’ taxxa, f’pajjiż terz. Jenħtieġ li l-CORE tapplika għall-fatturat nett ta’ stabbiliment permanenti, irrispettivament mill-fatturat nett tal-entità residenti għall-finijiet ta’ taxxa f’pajjiż terz li ma jkunx iġġenerat mill-istabbiliment permanenti.

(7)Jenħtieġ li l-CORE tiġi stabbilita bħala kontribuzzjoni annwali ta’ somma f’daqqa bbażata fuq il-fatturat nett tal-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni, b’fatturati netti ogħla li jissarrfu f’kontribuzzjonijiet akbar skont “sistema ta’ kategoriji”. Jenħtieġ li l-użu tal-fatturat nett bħala l-bażi jiżgura li din ir-riżorsa proprja tkun ibbażata fuq data korporattiva standard. L-applikazzjoni tal-livell limitu tal-fatturat nett ta’ EUR 100 000 000 jenħtieġ li tiżgura li, fil-prinċipju, il-kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-CORE. Huwa xieraq ukoll li mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-CORE jiġu esklużi ċerti entitajiet, li abbażi tal-istatus u l-iskop partikolari tagħhom, ġeneralment ma jwettqux kummerċ jew negozju għal skopijiet ta’ profitt. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-entitajiet tal-gvern (għajr għall-intrapriżi tal-istat), l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-CORE. Jenħtieġ li l-CORE tiġi applikata fil-livell tal-entità jew fil-livell ta’ kull stabbiliment permanenti li jkun jinsab fi Stat Membru ta’ entitajiet residenti, għall-finijiet ta’ taxxa, f’pajjiż terz.

(8)Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-CORE, huwa neċessarju li jiġu identifikati l-kumpaniji li se jkollhom obbligu vis-à-vis l-Unjoni u l-ambitu tal-obbligi tagħhom. Barra minn hekk, huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu inkarigati bil-kompitu li jiġbru l-CORE f’isem l-Unjoni u f’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli tal-Unjoni.

(9)Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE introduċiet rati minimi armonizzati għat-tabakk manifatturat rilaxxat għall-konsum. Id-Direttiva tal-Kunsill [XXX] li tirriformula d-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/KE tirrevedi l-istruttura tar-rati minimi u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għall-prodotti relatati mat-tabakk. Fl-istess waqt, it-tipjip jibqa’ sfida għall-politika tas-saħħa mifruxa fl-UE kollha. Biex jiġu appoġġati l-politiki tas-saħħa rilevanti u meta wieħed iqis ix-xiri transfruntiera ta’ dawn il-prodotti li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni, xprunat minn divrenzjar fit-tassazzjoni, huwa xieraq li rata ta’ ġbir ta’ 15 % għad-dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli minimi armonizzati għall-prodotti rilaxxati għall-konsum tiġi stabbilita bħala riżorsa proprja.

(10)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 stabbiliet ir-rata ta’ ġbir għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat għal ammont ta’ EUR 0,8 għal kull kg mill-2021. Minn dak iż-żmien, inflazzjoni relattivament għolja naqqset il-valur reali tad-dħul minn din ir-riżorsa proprja, li sussegwentement jaf tnaqqas ukoll l-inċentivi għall-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu l-mira ta’ riċiklaġġ tal-UE. Għaldaqstant, żieda fir-rata ta’ ġbir għal EUR 1 għal kull kg fl-2028 tidher xierqa.

(11)Sabiex jaħsad riżultati ambjentali pożittivi u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fil-materja prima kritika, jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jikkontribwixxi biex jiżdied il-ġbir tal-e-skart. Riżorsa proprja proporzjonali għall-kwantità ta’ e-skart mhux miġbur f’kull Stat Membru, b’rata ta’ ġbir ta’ EUR 2 għal kull kg ta’ skart mhux miġbur, tkun ta’ inċentiv għat-tnaqqis tal-iskart u tħeġġeġ il-ġbir separat. Fl-istess waqt, jenħtieġ li jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jieħdu l-aktar miżuri xierqa sabiex jiksbu dawk l-għanijiet, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(12)Ir-rati ta’ ġbir relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-e-skart jenħtieġ li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-livell ġenerali tal-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu aġġustati għall-inflazzjoni annwali.

(13)Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (“ETS”, Emissions Trading System), stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija parti ċentrali tal-politika tal-klima tal-Unjoni. Meta wieħed iqis ir-rabta mill-qrib tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet mal-objettivi ta’ politika tal-klima tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi allokat sehem mid-dħul mill-irkantar skont l-Artikoli 3d u 10 għall-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li 30 % ta’ dan id-dħul mill-irkantar jiġi trasferit għall-baġit tal-Unjoni.

(14)Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tinkludi sehem mid-dħul iġġenerat mill-irkantar ta’ kwoti f’ċerti setturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Skont id-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 , l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkantawx parti mill-kwantità totali tal-kwoti speċifikati skont id-Direttiva 2003/87/KE jew li din tiġi trasferita u rkantata għall-Fond għall-Modernizzazzjoni stabbilit minn dik id-Direttiva. Jenħtieġ ukoll li dawk il-kwoti jintużaw biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ riżorsi proprji abbażi tal-iskambju ta’kwoti tal-emissjonijiet. Huwa xieraq li l-kwoti jiġu esklużi għall-allokazzjoni inizjali tal-Fond għall-Modernizzazzjoni kif ukoll għall-kwoti għall-Fond għall-Innovazzjoni.

(15)Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri biex jikkomplementa s-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u biex tiġi żgurata l-effettività tal-politika tal-klima tal-Unjoni. Meta wieħed iqis ir-rabta mill-qrib tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri mal-politika tal-klima tal-Unjoni, sehem mid-dħul mill-bejgħ taċ-ċertifikati jenħtieġ li jiġi trasferit lill-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja.

(16)L-aġġustamenti għar-riżorsi proprji jżidu l-kumplessità u l-opaċità tas-sistema tar-riżorsi proprji. Sabiex dan jiġi indirizzat, u tiġi żgurata trasparenza tas-sistema tar-riżorsi proprji, mhumiex se jibqgħu jiġu applikati l-iffissar ta’ limiti massimi fuq il-bażi tal-VAT u t-tnaqqis ta’ somma f’daqqa applikat għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat u għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING.

(17)Jenħtieġ li tiġi ppreservata marġni suffiċjenti skont il-limiti massimi tar-riżorsi proprji għall-Unjoni biex tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha li jkunu dovuti fi kwalunkwe sena partikolari. Jenħtieġ li l-ammont totali ta’ riżorsi proprji allokat għall-Unjoni biex ikopri approprjazzjonijiet annwali għal pagamenti ma jaqbiżx 1,75 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-ammont annwali totali tal-approprjazzjonijiet għal impenji li jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni ma jaqbiżx 1,81 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha.

(18)Jenħtieġ li l-ING jiġi definit bħala ING annwali bil-prezzijiet tas-suq kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“ESA 2010”) fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 (“ESA 2010”). Wara l-adozzjoni min-Nazzjonijiet Uniti tas-“Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali 2025”, huwa mistenni li l-ESA 2010 tiġi riveduta fis-snin li ġejjin fl-għamla ta’ Sistema Ewropea tal-Kontijiet ġdida (“l-ESA riveduta”). Huwa xieraq li jiġu previsti regoli dwar kif tali reviżjoni jkollha impatt fuq id-definizzjoni tal-ING. Ladarba applikabbli, jenħtieġ li l-ING jiġi definit bħala ING annwali bil-prezzijiet tas-suq kif previst fl-applikazzjoni tal-ESA riveduta. Fl-eventwalità li l-ESA riveduta tinvolvi bidla sinifikanti fil-livell tal-ING, il-limiti massimi għar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u ta’ impenn jenħtieġ li jiġu adattati. Madankollu, jenħtieġ li salvagwardja tiżgura li l-adattament ma jwassalx għal aġġustament ’l isfel tal-limiti massimi f’euro.

(19)Jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli li jippermettu tranżizzjoni bla xkiel għall-applikazzjoni tal-ESA riveduta. Sabiex jiġu evitati bidliet retrospettivi fis-sistema kontabilistika applikabbli, jenħtieġ li l-ESA 2010 tkompli tapplika għad-determinazzjoni tal-ING tal-Istati Membri u għal-limiti massimi tar-riżorsi proprji fir-rigward tas-snin li fihom l-ING ikun ġie stabbilit għall-ewwel darba skont l-ESA 2010.

(20)Dawn l-aħħar snin wrewna li l-frekwenza, is-severità u l-profondità tal-kriżijiet u t-tbatijiet li jaffettwaw lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha żdiedu. Dan enfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha biżżejjed kapaċità finanzjarja biex tirrispondi. Mill-2020, il-baġit tal-Unjoni ġie attrezzat b’diversi strumenti ad hoc u temporanji: NextGenerationEU, l-Appoġġ għar-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, Support for Unemployment Risks in an Emergency) u l-Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE, Security Action For Europe). L-Unjoni teħtieġ li tibqa’ tipprovdi lilha nfisha bil-mezzi biex tilħaq l-objettivi tagħha. Jistgħu jkunu meħtieġa riżorsi finanzjarji straordinarji fuq skala eċċezzjonali għall-indirizzar tal-konsegwenzi baġitarji ta’ avvenimenti bħal dawn, relatati ma’ avveniment eċċezzjonali wieħed jew aktar.

(21)Mingħajr biżżejjed kapaċità baġitarja biex jiġi pprovdut self appoġġat mir-riżorsi proprji, il-kapaċità tal-arkitettura baġitarja li tirrispondi b’mod effiċjenti u f’waqtu għall-kriżijiet, hija limitata. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita għodda ġdida limitata, straordinarja u mmirata biex tirrispondi unikament għal kriżijiet severi, tbatijiet severi jew theddida serja tagħhom. Din l-għodda straordinarja għall-kriżijiet jenħtieġ li talloka r-riżorsi baġitarji għall-għoti ta’ self unikament fil-perjodu tal-QFP 2028–2034 li jmiss. Il-mekkaniżmu għall-kriżijiet jenħtieġ li ma jiġix attivat meta l-programmi tal-Unjoni diġà jindirizzaw b’mod adegwat il-konsegwenzi tas-sitwazzjoni.

(22)Ir-rikors għal din l-għodda straordinarja u mmirata ta’ rispons għall-kriżijiet jenħtieġ li jiġi deċiż ad hoc mill-Kunsill b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet li jirriżultaw filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-Kunsill Ewropew fl-għoti tal-impetu neċessarju għall-iżvilupp tal-Unjoni u fid-definizzjoni tad-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali inkluż fi żminijiet ta’ kriżijiet, tbatijiet jew theddid tagħhom. Jenħtieġ li l-Kunsill jaġixxi permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, adottat f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 311(4) TFUE, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill jawtorizza l-ammont tas-self. Il-modalitajiet u r-regoli li jistabbilixxu l-allokazzjoni tal-ammonti ta’ self determinati fir-Regolament tal-Kunsill jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-att bażiku li jrid jiġi adottat jew adattat fid-dawl tal-ħtiġijiet li jfeġġu biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni.

(23)Jenħtieġ li l-fondi mislufa li jintużaw biex jingħata self lill-Istati Membri jitħallsu lura billi jintużaw somom li jkunu ġew riċevuti mingħand l-Istati Membri benefiċjarji. Żieda straordinarja u temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji hija neċessarja sabiex l-Unjoni tkun tista’ tiflaħ għall-obbligazzjonijiet kontinġenti marbuta mat-teħid b’self previst ta’ fondi għal self. Jenħtieġ li kemm il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti kif ukoll il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal impenji jiżdiedu b’0,25 punti perċentwali. Jenħtieġ li l-iskop uniku taż-żieda jkun li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni li jirriżultaw mit-teħid b’self tagħha għal self biex tindirizza l-konsegwenzi ta’ tali avvenimenti.

(24)Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tissellef fondi fuq is-swieq tal-kapital, f’isem l-Unjoni, għall-iskop uniku u esklussiv li tiffinanzja miżuri straordinarji f’għamla ta’ self biex tindirizza l-konsegwenzi ta’ tali kriżijiet jenħtieġ li tkun marbuta mill-qrib maż-żieda fil-limiti massimi ta’ riżorsi proprji prevista f’din id-Deċiżjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, mat-tħaddim tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Kif xieraq, jenħtieġ li l-għoti tas-setgħa jiġi inkluż f’din id-Deċiżjoni. In-natura straordinarja ta’ din l-operazzjoni u l-ammont eċċezzjonali tal-fondi li għandhom jittieħdu b’self jitolbu għal ċertezza dwar il-volum kumplessiv tar-responsabbiltà tal-Unjoni. Fid-dawl tal-volum previst, huwa xieraq li għat-teħid b’self tintuża l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, li hija l-metodu standard skont l-Artikolu 224 tar-Regolament Finanzjarju 7 .

(25)Madankollu, iż-żieda straordinarja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji hija neċessarja għaliex il-limiti massimi standard ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw riżorsi adegwati li l-Unjoni għandha bżonn għad-dispożizzjoni biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-setgħa straordinarja u temporanja mogħtija biex tissellef fondi għal self.

(26)Huwa xieraq li tinżamm ir-regola li jenħtieġ li l-Unjoni ma tużax il-fondi li tissellef fuq is-swieq tal-kapital għall-finanzjament tan-nefqa operazzjonali bħala dħul assenjat estern, li jiġġenera approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-baġit tal-Unjoni. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tuża l-fondi mislufa għan-nefqa jenħtieġ li tibqa’ limitata għan-natura straordinarja u temporanja għall-indirizzar tal-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1
Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-Unjoni sabiex jiġi ggarantit l-iffinanzjar tal-baġit annwali tal-Unjoni.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“fatturat nett” tfisser il-fatturat nett kif definit fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE 8 jew skont il-liġi nazzjonali;

(2)“kumpanija” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku (“entità”) residenti għall-finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru u kwalunkwe stabbiliment permanenti li jkun jinsab fi Stat Membru ta’ entitajiet residenti, għall-finijiet ta’ taxxa, f’pajjiż terz, li fir-rigward tagħhom ikun hemm obbligu li jirrapportaw il-fatturat nett Madankollu, il-kumpaniji ma għandhomx jinkludu l-entitajiet tal-gvern, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;

(3)“tabakk manifatturat” tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2 u l-Artikoli segwenti tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE 9 ;

(4)“prodotti relatati mat-tabakk” tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2 u l-Artikoli segwenti tad-[Direttiva tal-Kunsill [XXX]] 10 ;

(5)“ir-rata minima” applikabbli għal kull Stat Membru tfisser, għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, il-valur nominali minimu applikabbli f’kull Stat Membru għad-dazju tas-sisa kumplessiv kif definit fl-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;

(6)“rilaxxat għall-konsum” għandha t-tifsira kif definita fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 11 ;

(7)“plastik” tfisser plastik kif definit fil-punt (52) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ;

(8)“skart mill-imballaġġ” tfisser skart mill-imballaġġ kif definit fil-punt (25) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(9)“riċiklaġġ” tfisser riċiklaġġ kif definit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(10)“tagħmir elettriku u elettroniku” tfisser tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 ;

(11)“ġbir”, tfisser, għall-fini tal-punt (f) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, ġbir kif imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/19/UE;

(12)“introdott fis-suq”, tfisser, għall-fini tal-punt (f) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, l-introduzzjoni fis-suq kif definit fil-punt (k) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 3
Kategoriji ta’ riżorsi proprji u metodi speċifiċi għall-kalkolu tagħhom

1.Id-dħul minn dawn li ġejjin għandu jikkostitwixxi riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni:

(a)riżorsi proprji tradizzjonali li jikkonsistu minn imposti, premiums, ammonti addizzjonali jew kumpensatorji, ammonti jew fatturi addizzjonali, dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti, jew li għandhom jiġu stabbiliti, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, dazji doganali fuq il-prodotti skont it-Trattat skadut li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, kif ukoll kontribuzzjonijiet u dazji oħra previsti fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor;

(b)kontribuzzjonijiet annwali mill-kumpaniji fir-rigward tal-fatturat nett annwali tagħhom. Il-kontribuzzjoni annwali mingħand kull kumpanija hija ddeterminata skont l-iskala li ġejja:

I.fatturat nett minn EUR 100 000 000,01 sa EUR 249 999 999,99 kontribuzzjoni ta’ EUR 100 000;

II.fatturat nett minn EUR 250 000 000 sa EUR 499 999 999,99 kontribuzzjoni ta’ EUR 250 000;

III.fatturat nett ta’ EUR 500 000 000 ta EUR 749 999 999,99 kontribuzzjoni ta’ EUR 500 000;

IV.fatturat nett ta’ EUR 750 000 000 jew aktar, kontribuzzjoni ta’ EUR 750 000;

(c)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ta’ 0,30 % għall-Istati Membri kollha għall-ammont totali ta’ dħul mill-VAT miġbur fir-rigward tal-provvisti taxxabbli kollha diviż bir-rata medja ponderata tal-VAT ikkalkulata għas-sena kalendarja rilevanti kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 14 ;

(d)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ta’ 15 % għall-Istati Membri kollha għall-ammonti ta’ tabakk manifatturat u għall-ammonti ta’ prodotti relatati mat-tabakk rilaxxati għall-konsum immultiplikati bir-rata minima applikabbli għal kull Stat Membru f’sena kalendarja;

(e)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għall-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat minn kull Stat Membru li ma jiġix irriċiklat. Ir-rata uniformi ta’ ġbir għandha tkun ta’ EUR 1 għal kull kilogramma.

Il-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li ma jiġix irriċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat fi Stat Membru f’sena partikolari u l-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik irriċiklat f’dik is-sena. Għall-fini tal-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat, l-Istati Membri għandhom jużaw iż-żewġ approċċi kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2025/40, li għandhom jiġu aġġustati biex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu komparabbli, affidabbli u eżawrjenti.

(f)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għall-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku f’kull Stat Membru li ma jinġabarx annwalment. Ir-rata uniformi ta’ ġbir għandha tkun ta’ EUR 2 għal kull kilogramma;

Il-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku li ma jinġabarx fi Stat Membru f’sena partikolari (N) għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż medju annwali tat-tagħmir elettriku u elettroniku introdott fis-suq fit-3 snin preċedenti (N-1, N-2, N-3) imnaqqas bil-piż tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku miġbur fis-sena N.

F’każ li d-differenza tkun negattiva, il-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku li ma jinġabarx fi Stat Membru għandu jitqies bħala żero.

(g)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ 30 % għal:

(1)id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3d u 10 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 ;

(2)l-ammont ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont annwali tal-kwoti li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru rilevanti japplika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni limitata msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 ;

(b)l-użu tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE għall-irkantar għall-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 10d ta’ dik id-Direttiva;

bil-prezz medju ponderat tal-kwoti rkantati fuq il-pjattaforma tal-irkant komuni mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3d u 10 tad-Direttiva 2003/87/KE fis-sena li fiha dawn il-kwoti kienu kieku jiġu rkantati.

(h)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ta’ 75 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ ċertifikati tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2023/956 17 ;

(i)l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura baġitarja fid-dawl tat-total tad-dħul l-ieħor kollu, għas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha.

2.Għall-fini tal-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1, ir-rati ta’ ġbir rispettivi għandhom jitkejlu skont il-prezzijiet tal-2028 u jiġu aġġustati għall-prezzijiet attwali bl-applikazzjoni tad-deflatur tal-prodott domestiku gross l-aktar riċenti għall-Unjoni, espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta jitfassal l-abbozz ta’ baġit.

3.Għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1, ir-rata uniformi ta’ ġbir għandha tapplika għall-ING ta’ kull Stat Membru.

L-ING kif imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1 ifisser l-ING annwali bil-prezzijiet tas-suq, kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 18 , kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2023/734 19 , sakemm l-ESA riveduta ssir applikabbli. Meta l-ING ikun ġie stabbilit fir-rigward ta’ sena partikolari għall-ewwel darba f’konformità mal-ESA 2010, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ESA 2010 għandha tibqa’ tapplika.

4.Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat, ir-rati uniformi ta’ ġbir preċedenti bbażati fuq l-ING għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jidħlu fis-seħħ ir-rati l-ġodda.

Artikolu 4
Limiti massimi tar-riżorsi proprji

1.L-ammont totali tar-riżorsi proprji allokat għall-Unjoni sabiex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet annwali għal pagamenti ma għandux jaqbeż 1,75 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha.

2.L-ammont totali annwali tal-approprjazzjonijiet għal impenji li jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż 1,81 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha.

3.Għandu jinżamm proporzjon kif suppost bejn l-approprjazzjonijiet għal impenji u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti sabiex tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tagħhom u sabiex ikun possibbli li jkun hemm konformità mal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1 fis-snin sussegwenti.

4.Meta l-emendi tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, b’mod partikolari dawk li jintroduċu l-ESA riveduta, jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-livell tal-ING, il-Kummissjoni għandha tikkalkula mill-ġdid il-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 abbażi tal-formula li ġejja:

fejn:

“x %” huwa l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal approprjazzjonijiet għal pagamenti;

“y %” huwa l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal approprjazzjonijiet għal impenji;

“t” hija l-aktar sena reċenti sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data definita mir-Regolament (UE) 2019/516,

“ESA” hija s-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni.

L-aġġustamenti għandhom japplikaw mis-sena li fir-rigward tagħha l-ING irid jiġi stabbilit għall-ewwel darba f’konformità mal-ESA riveduta. Meta l-ING ikun ġie stabbilit fir-rigward ta’ sena partikolari għall-ewwel darba f’konformità mal-ESA 2010, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ESA 2010 għandha tibqa’ tapplika.

Fl-eventwalità li tali kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 iwassal għal aġġustament ’l isfel f’euro, ir-riżultati ta’ dak il-kalkolu mill-ġdid ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 5
Użu ta’ fondi mislufa fuq is-swieq tal-kapital

L-Unjoni ma għandhiex tuża fondi mislufa fuq is-swieq tal-kapital għall-finanzjament tan-nefqa operazzjonali.

Artikolu 6
Teħid b’self straordinarju għall-indirizzar tal-konsegwenzi ta’ kriżijiet severi, tbatijiet severi jew theddida serja tagħhom fil-perjodu 2028–2034

1.Fl-eventwalità ta’ kriżi severa, tbatija severa jew theddida serja tagħhom li taffettwa lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, il-Kunsill jista’ jattiva, permezz ta’ Regolament adottat f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 311(4) TFUE, teħid b’self straordinarju għall-iskop uniku li jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta’ tali sitwazzjoni.

2.Fil-limitu kumplessiv tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 7, ir-Regolament tal-Kunsill jista’ jawtorizza teħid b’self għal self lill-Istati Membri, dment li l-ftehimiet ta’ self rispettivi jidħlu fis-seħħ bejn l-1 ta’ Jannar 2028 u l-31 ta’ Diċembru 2034.

3.Il-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tiġi attivata meta l-programmi tal-Unjoni diġà jindirizzaw b’mod adegwat il-konsegwenzi tas-sitwazzjoni.

Artikolu 7
Ammont massimu ta’ teħid b’self straordinarju għall-indirizzar tal-konsegwenzi ta’ kriżijiet severi, tbatija serja jew theddida serja tagħhom fil-perjodu 2028–2034

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissellef fondi fuq is-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 224 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u bl-euro.

2.Is-somma tal-ammonti ta’ kapital pendenti li l-Kummissjoni tista’ tkun awtorizzata tissellef fuq is-swieq tal-kapital għal tali finanzjament għandha tkun limitata għall-ammont, li, fid-dawl tal-evoluzzjoni pluriennali prevista tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mit-teħid b’self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, ikun kompatibbli mal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 8.

Artikolu 8
Żieda straordinarja u temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji

Il-limiti massimi li jinsabu fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 4 għandhom jiżdiedu b’mod temporanju t-tnejn li huma b’0,25 punti perċentwali għall-iskop uniku li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni li jirriżultaw mit-teħid b’self għas-self imsemmi fl-Artikolu 7 sakemm it-tali obbligazzjonijiet kollha ma jibqgħux jeżistu.

Iż-żieda fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji ma għandhiex tintuża biex jiġu koperti xi obbligazzjonijiet oħra tal-Unjoni.

Artikolu 9
Prinċipju tal-universalità

Id-dħul imsemmi fl-Artikolu 3 għandu jintuża mingħajr distinzjoni biex tiġi ffinanzjata n-nefqa kollha mdaħħla fil-baġit annwali tal-Unjoni.

Artikolu 10
Riport tas-surplus

Kull surplus fid-dħul tal-Unjoni fuq in-nefqa reali totali matul sena finanzjarja għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Artikolu 11
Ġbir tar-riżorsi proprji u t-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni

1.Ir-riżorsa proprja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 għandha tkun dovuta minn kull kumpanija.

2.L-Istati Membri għandhom jiġbru r-riżorsi proprji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, ir-regoli adottati skont l-Artikolu 12 u l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali neċessarji biex jiġi żgurat il-ġbir, inkluż l-irkupru, il-miżuri ta’ infurzar, is-sanzjonijiet u l-penali amministrattivi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. L-Istati Membri għandhom jadottaw jew jadattaw dawk id-dispożizzjonijiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli tal-Unjoni, filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kkomunikati lilha mill-Istati Membri, tittrażmetti l-aġġustamenti li tqis li huma neċessarji lill-Istati Membri sabiex tiżgura li huma jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni u, jekk ikun hemm bżonn, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.L-Istati Membri għandhom iżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, 10 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.

4.L-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżorsi proprji previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolamenti adottati skont l-Artikolu 322(2) TFUE. Dawk ir-Regolamenti għandhom jistabbilixxu wkoll regoli dwar l-obbligu tal-Istati Membri vis-à-vis l-Unjoni fir-rigward tal-ġbir u l-irkupru tar-riżorsi proprji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 mingħand id-debituri doganali u l-kumpaniji.

Artikolu 12
Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE, fir-rigward tal-elementi li ġejjin tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni:

(a)il-proċedura għall-kalkolu tal-bilanċ baġitarju annwali kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(b)id-dispożizzjonijiet u l-arranġamenti meħtieġa għall-kontroll u s-superviżjoni tal-ġbir tar-riżorsi proprji msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 u kwalunkwe rekwiżit rilevanti ta’ rapportar;

(c)fir-rigward tar-riżorsa proprja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3,

I.ir-regoli dwar l-obbligi tal-kumpaniji fir-rigward tal-kontribuzzjoni;

II.kwalunkwe regola neċessarja għat-tħaddim prattiku tal-ġbir tal-kontribuzzjoni mill-Istati Membri mingħand il-kumpaniji, inklużi r-regoli relatati ma’ proċeduri amministrattivi, formoli, imgħax ta’ inadempjenza, miżuri ta’ kontroll u kwalunkwe miżura rilevanti rigward l-irkupru, u sanzjonijiet u penali amministrattivi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-kumpaniji;

III.ir-regoli għall-konverżjoni tal-livelli limitu u l-ammonti ta’ kontribuzzjoni f’muniti nazzjonali fil-każ ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro;

(d)fir-rigward tar-riżorsa proprja msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, dispożizzjonijiet dwar aġġustamenti biex jiġi żgurat li r-riżultati relatati mal-piż tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat ikunu komparabbli, affidabbli u eżawrjenti.

Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali u tranżizzjonali

1.Soġġetta għall-paragrafi 2, 3 u 4, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 titħassar.

Kwalunkwe referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom 20 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom 21 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom 22 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom 23 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom 24 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom 25 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom 26 jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 27 għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Deċiżjoni; ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.L-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom, l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom u l-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 għandhom jibqgħu japplikaw għall-kalkolu u l-aġġustament tad-dħul dovut mill-applikazzjoni tar-rata ta’ ġbir għall-bażi tal-VAT iddeterminata b’mod uniformi u limitata għal bejn 50 % u 55 % tal-PNG jew tal-ING ta’ kull Stat Membru, skont is-sena rilevanti.

3.L-Artikoli 5, 6 u 9(4) sa (9) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 għandhom ikomplu japplikaw għall-fini tal-mezzi addizzjonali straordinarji u temporanji għall-indirizzar tal-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19.

4.Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/2053 għandha tibqa’ tkun l-ESA 2010.

5.L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, 10 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) li suppost kellhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri qabel it-28 ta’ Frar 2001 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

6.L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, 25 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) li suppost kellhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Marzu 2001 u t-28 ta’ Frar 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

7.L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, 20 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) li suppost kellhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-28 ta’ Frar 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

8.L-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, 25 % tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) li suppost kellhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Marzu 2021 u d-29 ta’ Frar 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

9.Fil-perjodu bejn [l-1 ta’ Novembru 2026] u l-31 ta’ Diċembru 2027, b’deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 9 r-regoli adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053, l-ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali relatati mat-trattament tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti mibjugħa b’bejgħ mill-bogħod ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u r-regoli relatati mal-kontrolli, mas-superviżjoni u mar-rapportar ma għandhomx japplikaw għal dawk l-ammonti.

10.Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammonti monetarji kollha għandhom jiġu espressi f’euro.

Artikolu 14
Dħul fis-seħħ

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri b’din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill mingħajr dewmien malli jitlestew il-proċeduri għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet riċevuta l-aħħar notifika msemmija fit-tieni paragrafu.

Għandha tapplika mill-[1 ta’ Jannar 2028].

Madankollu, il-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tal-ewwel sena kalendarja ta’ wara s-sena li fiha din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.

Artikolu 15
Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 28).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(5)

   Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.05.2023, p. 52).

(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(7)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024)
(8)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(9)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).
(10)    Id-Direttiva tal-Kunsill [XX] dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat u prodotti relatati mat-tabakk (riformulazzjoni).
(11)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE, (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025).
(13)    Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).
(15)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(16)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(17)    Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.05.2023, p. 52).
(18)    Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(19)    Ir-Regolament (UE) 2023/734 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 549/2013 dwar is-Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u li jħassar 11-il att legali fil-qasam tal-kontijiet nazzjonali (ĠU L 97, 5.4.2023, p. 1).
(20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom tal-21 ta’ April 1970 dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri bir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 94, 28.4.1970, p. 19).
(21)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 128, 14.5.1985, p. 15).
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom tal-24 ta’ Ġunju 1988 dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 185, 15.7.1988, p. 24).
(23)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 9).
(24)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42).
(25)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).
(26)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/EU, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
Top

Brussell, 16.7.2025

COM(2025) 574 final

ANNESS

ta'

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar is-sistema tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053






ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

-

Artikolu 2

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 3(1)(a)

-

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 3(1)(c)

-

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 3(1)(e)

-

Artikolu 3(1)(f)

-

Artikolu 3(1)(g)

-

Artikolu 3(1)(h)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 3(1)(i)

-

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(2), subparagrafu 1

Artikolu 2(7) sa (9)

Artikolu 2(2), subparagrafu 2

Artikolu 3(1)(e)

Artikolu 2(2), subparagrafu 3

-

Artikolu 2(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(4)

_

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

_

Artikolu 6

_

Artikolu 7

_

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 13(3)

Artikolu 6

Artikolu 13(3)

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

_

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 9(4) sa (9)

Artikolu 13(3)

Artikolu 10(a) u (b)

Artikolu 12(a) u (b)

-

Artikolu 12 (ċ) u (d)

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Top