IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2025
COM(2025) 547 final
2025/0221(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2028-2034, li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1679 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2021/1153
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni adottat proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss għall-perjodu ta’ wara l-2027, inkluż pakkett finanzjarju ta’ EUR 81 428 000 000 għall-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (FNE) għal investimenti f’networks trans-Ewropej għall-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija, inkluż proġetti tal-mobbiltà militari u tal-enerġija rinnovabbli. Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-bażi legali għall-FNE għall-perjodu 2028-2034.
•Raġunijiet u objettivi
Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-UE teħtieġ infrastruttura aġġornata, ta’ prestazzjoni għolja u reżiljenti biex tgħin fil-konnessjoni u fl-integrazzjoni tas-setturi tat-trasport u tal-enerġija fl-UE kollha u fir-reġjuni kollha tagħha. Dawn il-konnessjonijiet huma kruċjali għall-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti, tal-kapital u tas-servizzi.
In-networks trans-Ewropej għat-trasport u għall-enerġija:
·jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntieri;
·jiżguraw is-sigurtà tal-UE;
·iżidu l-kompetittività tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa;
·jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; u
·jneħħu l-iżolament u jrawmu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar.
In-networks trans-Ewropej ta’ kapaċità għolja huma meħtieġa wkoll biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-preparatezza militari tal-UE.
Konnessjonijiet bla xkiel għat-trasport u għall-enerġija madwar l-Ewropa se jikkontribwixxu għas-suċċess tas-suq uniku. Dawn se jipprovdu benefiċċji tanġibbli liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej kollha, billi jagħmluha iktar effiċjenti u sostenibbli għalihom biex jivvjaġġaw, jittrasportaw l-oġġetti, u jaċċessaw enerġija sigura, affordabbli u dekarbonizzata.
Għal dan l-għan, il-FNE tappoġġa l-investimenti, kemm fl-infrastruttura tat-trasport kif ukoll tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tan-networks trans-Ewropej u fi proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli. Fid-dawl tar-riskji li qed jiżdiedu marbuta mal-perikli naturali u teknoloġiċi, it-theddidiet għas-sigurtà li qed jevolvu, u tfixkil ieħor, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-investimenti fil-qafas tal-FNE jkunu infurmati dwar ir-riskji u reżiljenti għad-diżastri, skont l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza.
Il-FNE tiffoka fuq proġetti tal-ogħla valur miżjud għall-UE u tħaffef l-investimenti fi proġetti b’impatt transfruntier u s-sistemi interoperabbli madwar l-Ewropa kollha, li jridu jkomplu jiġu ffinanzjati wara l-2027. Billi tipprovdi appoġġ għal proġetti transfruntieri direttament fil-livell tal-UE, il-FNE tgħin biex jingħelbu l-problemi ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw min-natura multiġuriżdizzjonali tal-proġetti. Bil-modus operandi effiċjenti tagħha, il-FNE tindirizza l-fallimenti tas-suq u tgħin biex jitwassal iktar investiment u finanzjament minn sorsi oħra, bħall-baġits nazzjonali, is-sistemi nazzjonali tat-tariffi tal-enerġija u s-settur privat, bl-użu tal-firxa sħiħa ta’ għodod disponibbli fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju.
Fil-każ tat-trasport, il-FNE għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tlestija tan-network trans-Ewropew tat-trasport (“TEN-T”, Trans-European Network-Transport), b’enfasi fuq it-tlestija tan-network ewlieni u tan-network ewlieni estiż sal-2030 u sal-2040. L-iżvilupp ta’ network tat-trasport multimodali fl-Ewropa kollha huwa kundizzjoni ewlenija għat-tkabbir u għas-sostenibbiltà fl-Ewropa — mill-punti ta’ dħul li huma l-portijiet għall-konnessjonijiet bażiċi tal-art meħtieġa għas-suq uniku u għall-konnettività tar-reġjuni. F’dan il-kuntest, il-FNE se tikkonċentra b’mod partikolari fuq proġetti tal-infrastruttura b’dimensjoni transfruntiera qawwija, bħall-proġett Rail Baltica, il-Mina ta’ Bażi ta’ Brenner, il-passaġġ fuq l-ilma intern ta’ Seine-Escaut, Brno-Bratislava, Tessalonika-Bucharest jew l-iżvilupp tal-konnessjonijiet maż-żoni interni tal-portijiet tat-TEN-T.
F’koordinazzjoni mill-qrib mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u mal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, il-FNE tappoġġa wkoll mobbiltà interoperabbli, sikura u intelliġenti fin-network TEN-T (pereżempju billi tintroduċi sistemi Ewropej ta’ ġestjoni tat-traffiku bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju jew is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar għall-passaġġi fuq l-ilma interni), jew meta jkun xieraq, billi tiżgura l-interkonnessjoni tagħhom permezz ta’ interoperabbiltà, standards jew terminali tal-utenti, ma’ sistemi spazjali tal-UE bħal Galileo, EGNOS u IRIS², għall-pożizzjonament, għan-navigazzjoni u għas-sinkronizzazzjoni kif ukoll għall-konnettività sigura rispettivament, u billi tgħin fit-tranżizzjoni tal-UE lejn mobbiltà sostenibbli u dekarbonizzata (pereżempju billi tipprovdi provvista tal-enerġija fuq l-art għall-bastimenti fil-portijiet tat-TEN-T).
Il-FNE tista’ tinvesti wkoll f’konnessjonijiet transfruntieri ma’ pajjiżi terzi li jimplimentaw l-estensjoni tal-kurituri tat-TEN-T għall-pajjiżi kandidati. Pereżempju, dan sar fil-perjodu 2021-2027 għall-konnessjonijiet mal-Ukrajna u mal-Moldova, biex b’hekk sar titjib tal-funzjonament tal-Korsiji ta’ Solidarjetà, u bdew ix-xogħlijiet ta’ tħejjija biex il-wisa’ bejn il-binarji ferrovjarji f’dawn iż-żewġ pajjiżi tiġi allinjata mal-istandard tal-UE. Filwaqt li dan kien iġġustifikat minħabba l-kriżi wara l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u b’antiċipazzjoni tal-integrazzjoni iktar mill-qrib tagħhom fis-suq tal-UE, tali investimenti jiddevjaw ir-riżorsi minn proġetti fit-territorju tal-Unjoni.
Jekk il-proġetti transfruntieri tat-TEN-T ma jitlestewx, iż-żieda fil-ħin u fil-kostijiet tal-ivvjaġġar tal-persuni u tal-oġġetti se twassal għal telf ekonomiku li jirriżulta minn tnaqqis fil-produttività totali u tkabbir iktar bil-mod tal-kummerċ fi ħdan l-UE. Dan se jammonta għal tnaqqis fil-PDG ta’ -0,4 % fl-2030 u ta’ -0,8 % fl-2050 meta mqabbel ma’ xenarju li fih jitlestew il-proġetti transfruntieri tat-TEN-T. L-impjieg fl-Istati Membri jonqos ukoll b’-0,08 % fl-2030 u b’-0,13 % fl-2050 meta mqabbel max-xenarju bażi.
Il-FNE għandha tipprovdi wkoll finanzjament tal-UE għall-implimentazzjoni ta’ proġetti tat-trasport ċivili-militari b’użu doppju biex tippermetti mobbiltà militari bla xkiel madwar l-UE. L-infrastruttura tat-trasport attwali fl-UE (inkluż it-TEN-T) ma tippermettix li f’qasir żmien isiru movimenti fuq skala kbira tat-truppi kif ukoll tat-tagħmir u tal-materjal tqal. Dan huwa essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża Ewropej, kif rikonoxxut fil-“White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” li ġiet adottata fid-19 ta’ Marzu 2025. Il-FNE tikkontribwixxi wkoll għall-għan ġenerali tal-“Istrateġija Ewropea għal Unjoni tal-Preparatezza” li toħloq Unjoni sigura u reżiljenti li timmira li tippreserva l-funzjonijiet vitali tas-soċjetà fiċ-ċirkostanzi kollha.
L-UE identifikat erba’ kurituri multimodali prijoritarji tal-mobbiltà militari li jkopru t-trasport ferrovjarju, bit-triq, bix-xmajjar, bil-baħar u bl-ajru, li jeħtieġu investimenti sostanzjali u urġenti biex jiffaċilitaw il-moviment tat-truppi u tat-tagħmir militari. Dawn jinkludu t-twessigħ tal-mini ferrovjarji, it-tisħiħ tal-pontijiet ferrovjarji u tal-pontijiet tat-trasport bit-triq, u l-espansjoni tat-terminals tal-portijiet u tal-ajruporti. Flimkien mal-Istati Membri u mal-komunità militari ġew identifikati investimenti prijoritarji biex jitneħħew l-iżjed ostakli urġenti (“hotspots”).
Bħala għodda essenzjali biex titlesta l-Unjoni tal-Enerġija, il-FNE se tipprovdi finanzjament għal żewġ tipi ta’ proġetti transfruntieri tal-enerġija:
·proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija fis-setturi tat-trasport tal-elettriku, tal-idroġenu u tad-diossidu tal-karbonju li għandhom impatt transfruntier sinifikanti u li ngħataw l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni (PCI, Project of Common Interest) jew proġett ta’ interess reċiproku (PMI, Project of Mutual Interest) skont ir-Regolament TEN-E;
·proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li huma bbażati fuq ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.
Dawn il-proġetti huma kruċjali biex (i) tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE u fil-pajjiżi terzi ġirien; (ii) tiġi dekarbonizzata s-sistema tal-enerġija; (iii) tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, fuq l-art u lil hinn mill-kosta; (iv) jiġu integrati aħjar is-swieq tal-enerġija; u (v) jingħata l-aċċess għal enerġija affordabbli lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji fl-Ewropa; b’hekk jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u għall-prosperità tan-nies.
Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar “L-Iżvilupp ta’ Infrastruttura tal-Grilja tal-Elettriku Sostenibbli”, kif approvati mill-Kunsill tat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija fit-30 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill irrikonoxxa “l-ħtiġijiet ta’ investiment bla preċedent fin-networks tal-elettriku kemm fil-livell tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija Ewropea interkonnessa, integrata u sinkronizzata ħafna”, stieden lill-Kummissjoni “biex tfittex modi kif iżżid l-investimenti ġenerali għall-infrastruttura tal-grilja tal-elettriku” u saħaq fuq “il-ħtieġa ta’ FNE robusta għal rispons u appoġġ adegwati għall-ħtiġijiet ta’ investiment akbar fi proġetti ta’ żvilupp tal-grilja fuq l-art u lil hinn mill-kosta”.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika
L-objettiv ġenerali tal-FNE hu li tappoġġa l-ksib tal-objettivi ta’ politika tal-UE fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija għan-networks trans-Ewropej u l-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, billi tiffaċilita jew tħaffef l-investimenti fi proġetti ta’ interess komuni u fi proġetti ta’ interess reċiproku, u billi tappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.
Fis-settur tat-trasport, il-FNE tikkontribwixxi għall-objettivi fit-tul tal-UE għat-tlestija tan-network ewlieni tat-TEN-T sal-2030, għat-tlestija tan-network ewlieni estiż sal-2040, u fejn rilevanti, għall-progress fit-tlestija tan-network komprensiv tat-TEN-T sal-2050 permezz ta’ studji ta’ tħejjija. Għaldaqstant, il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss se jkun deċiżiv, b’mod partikolari għat-tlestija tan-network ewlieni.
L-investimenti ffinanzjati mill-FNE jappoġġaw ukoll it-tranżizzjoni lejn mobbiltà nadifa, interoperabbli u multimodali. Il-FNE qed tgħin ukoll biex jiġi żviluppat network ferrovjarju Ewropew ta’ veloċità għolja bl-għan li l-bliet kapitali tal-UE jiġu konnessi (inkluż permezz ta’ ferroviji ta’ billejl), u biex jitħaffef it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.
Fis-settur tal-enerġija, il-FNE tikkomplementa l-qafas tan-Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E, Trans-European Networks for Energy) u l-għażla tal-PCIs u tal-PMIs. Skont ir-Regolament TEN-E, il-loġika fi tliet stadji li ġejja tapplika għall-investimenti f’dawn il-PCIs u l-PMIs. L-ewwel nett, is-suq għandu jkollu l-prijorità li jinvesti. It-tieni, jekk l-investimenti ma jsirux mis-suq, għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet regolatorji, u jekk ikun meħtieġ il-qafas regolatorju rilevanti għandu jiġi aġġustat. It-tielet, meta l-ewwel żewġ stadji ma jkunux biżżejjed biex jitwasslu l-investimenti meħtieġa fil-PCIs, l-għotjiet tal-FNE jistgħu jingħataw lill-PCIs eliġibbli bħala l-aħħar istanza. Il-FNE tikkomplementa wkoll il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti bid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli bħal trasferimenti statistiċi, proġetti konġunti jew skemi ta’ appoġġ konġunt.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-enerġija se jiġu appoġġati f’diversi livelli minn programmi u strumenti finanzjarji differenti tal-UE, inkluż il-FNE, il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, il-Fond Ewropew għall-Kompetittività u Orizzont Ewropa kif ukoll Ewropa Globali.
Huwa importanti li jsir l-iktar użu effiċjenti tad-diversi programmi u strumenti ta’ finanzjament tal-UE, sabiex b’hekk jiġu massimizzati l-komplementarjetà u l-valur miżjud tal-investimenti appoġġati mill-Unjoni. Dan għandu jinkiseb permezz tal-istruttura l-ġdida tal-QFP, billi tinżamm il-konsistenza fil-programmi rilevanti kollha tal-UE, jiġi evitat it-trikkib, u ssir enfasi fuq investimenti b’valur miżjud għoli għall-UE.
F’dan il-kuntest, il-FNE għandha tiffoka fuq l-appoġġ ta’ (i) proġetti b’dimensjoni transfruntiera fin-networks TEN-T u TEN-E, (ii) proġetti għal mobbiltà militari bla xkiel madwar l-UE, u (iii) proġetti fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli. L-investimenti fin-network TEN-T fil-qafas tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali għandhom jikkomplementaw l-investimenti fil-qafas tal-FNE.
L-estensjoni tal-kurituri tat-TEN-T għall-pajjiżi kandidati u l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija f’pajjiżi terzi għandha tiġi appoġġata b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Ewropa Globali.
Se jiġi segwit proċess b’saħħtu ta’ kokreazzjoni bejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni kif ukoll il-FNE, b’mod partikolari għad-dekarbonizzazzjoni tal-modalitajiet kollha tat-trasport, iżda wkoll għall-enerġija. Orizzont Ewropa se jkompli jappoġġa r-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-trasport u fl-enerġija. Il-Fond Ewropew għall-Kompetittività se jkopri l-espansjoni u l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi mill-iktar avvanzati għad-dekarbonizzazzjoni, għad-diġitalizzazzjoni, għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tat-trasport u tal-enerġija (eż. ġenerazzjoni ġdida ta’ sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru appoġġata mit-teknoloġiji tal-IA u tal-cloud, użu doppju ċivili-militari u laneċ tal-futur b’emissjonijiet żero). B’mod partikolari, għandu jidentifika l-aqwa taħlita ta’ kapital privat u pubbliku għal investimenti bħal dawn.
L-azzjonijiet tal-FNE għandhom jintużaw biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat, u għandu jkollhom valur miżjud ċar għall-UE. F’dan ir-rigward, il-miżuri tal-FNE u tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti jistgħu jappoġġaw lil xulxin, peress li l-finanzjament pubbliku jista’ jkun effettiv biex ineħħi r-riskju ta’ proġetti infrastrutturali kbar u biex jattira investimenti privati fl-UE, u b’hekk joħloq effett ta’ ingranaġġ sinifikanti. Fl-istess ħin, id-disponibbiltà dejjem tikber ta’ veikoli ta’ investiment kollettiv effiċjenti, bħall-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ELTIFs, European Long-term Investment Funds), tista’ tħaffef b’mod effiċjenti l-investimenti fuq terminu twil minn investituri istituzzjonali u privati oħra favur proġetti infrastrutturali, u b’hekk tikkomplementa u tamplifika l-finanzjament disponibbli mill-FNE. Dan se jiżgura wkoll konsistenza bejn l-azzjonijiet skont il-programm u r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż proġetti ta’ diversi pajjiżi bħal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI, Important Projects of Common European Interest), filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq uniku.
L-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tat-trasport u tal-enerġija jridu jinkisbu b’mod li jiżgura l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni u s-sigurtà, b’konsistenza mal-politiki dwar il-klima u l-ambjent. L-investimenti għandhom jappoġġaw in-newtralità klimatika sal-2050, jevitaw it-telf tal-bijodiversità, u jnaqqsu jew jeliminaw it-tniġġis, f’konformità mal-politiki u mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Meta jkun xieraq, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jistgħu jiġu integrati fil-proġetti, peress li spiss jistgħu jtejbu r-reżiljenza għall-klima filwaqt li jkunu kosteffettivi, u jipprovdu benefiċċji lis-soċjetà.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
In-networks trans-Ewropej huma koperti mill-Artikolu 170 tat-TFUE, li jispeċifika: “L-Unjoni għandha tagħti l-kontribut tagħha sabiex jiġu stabbiliti u jiġu żviluppati networks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, it-telekomunikazzjonijiet u l-enerġija”.
Id-dritt tal-UE li taġixxi fil-qasam tal-finanzjament tal-infrastruttura huwa stabbilit fl-Artikolu 171 tat-TFUE, li jipprevedi li l-Unjoni “tista’ tappoġġa proġetti ta’ interess komuni li jingħataw sostenn mill-Istati Membri, (...) partikolarment permezz ta’ studji ta’ possibbiltà, garanziji għal self jew sussidji fuq ir-rati tal-interessi”.
L-Artikolu 172 tat-TFUE jispeċifika li “l-linji gwida u l-miżuri l-oħra previsti fl-Artikolu 171(1) għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.”
Il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli hija koperta mill-Artikolu 194(1) tat-TFUE, li jipprevedi li “[f]il-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri: (a) tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija; (b) tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni; [u] (c) tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli”.
Għal dak l-iskop, kif speċifikat fl-Artikolu 194(2) tat-TFUE, “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-objettivi fl-Artikolu 194(1).”
•
Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-iskala u t-tip tal-problemi fil-mira tal-FNE jeħtieġu b’mod speċifiku azzjoni mill-UE peress li min-natura tagħhom għandhom dimensjoni tal-UE, u jistgħu jiġu solvuti b’mod iktar effiċjenti fil-livell tal-UE, u b’hekk inġenerali jinkisbu benefiċċji akbar, implimentazzjoni iktar mgħaġġla u tnaqqis tal-kostijiet jekk il-Kummissjoni tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri.
Il-finanzjament tal-UE huwa wkoll il-mezz xieraq biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ finanzjament li tipikament jiffaċċjaw il-proġetti transfruntieri. Id-distribuzzjoni inugwali tal-benefiċċji tal-proġetti u tal-kostijiet tal-proġetti bejn l-Istati Membri differenti kkonċernati tagħmilha iktar diffiċli biex dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati minn sorsi ta’ finanzjament nazzjonali biss.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità u taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni għal azzjoni fil-qasam tan-networks trans-Ewropej, kif definit fl-Artikolu 170 tat-TFUE u fl-Artikolu 194 tat-TFUE għall-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. L-azzjoni maħsuba minn din il-proposta hija speċifikament limitata għad-dimensjoni tal-UE tal-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u l-introduzzjoni transfruntiera ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
•Għażla tal-istrument
Kemm l-istrument leġiżlattiv kif ukoll it-tip ta’ miżura (jiġifieri l-finanzjament) huma stabbiliti fit-TFUE, li jipprovdi l-bażi legali għall-FNE, u jistipula li l-kompiti, l-objettivi prijoritarji u l-organizzazzjoni tan-networks trans-Ewropej jistgħu jiġu stabbiliti f’Regolamenti.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
L-evalwazzjoni ex post tal-FNE 2014-2020 u l-evalwazzjoni interim tal-FNE 2021-2027 qed jitwettqu b’mod parallel u x-xogħol jinsab fi stadju avvanzat sew.
Għall-FNE 2014-2020, fis-settur tat-trasport il-ftehimiet ta’ għotja kollha ntemmu fl-aħħar tal-2024 u l-proġetti jinsabu fil-proċess li jingħalqu. Sa issa ngħalqu iktar minn nofs il-proġetti. Dawk għandhom rata ta’ assorbiment ta’ 91,3 % tal-baġit allokat, meta mqabbla mal-ammont tal-aħħar ftehim ta’ għotja fis-seħħ. Minħabba din ir-rata għolja ta’ assorbiment, parti kbira ħafna mill-proġetti li ngħalqu laħqu l-objettivi tagħhom kif stabbilit fil-ftehim ta’ għotja (pereżempju: il-progress fl-implimentazzjoni tas-sezzjonijiet transfruntieri, l-introduzzjoni tal-ERTMS, it-titjib tal-konnessjonijiet maż-żoni interni għall-portijiet, it-titjib tal-passaġġi fuq l-ilma interni, eċċ.).
Għall-FNE 2014-2020 fis-settur tal-enerġija, il-portafoll kien jikkonsisti minn 149 azzjoni, li minnhom 141 azzjoni diġà ġew iffinalizzati. Xi 8 azzjonijiet għadhom għaddejjin, inkluż proġetti kbar tal-kostruzzjoni fis-settur tal-elettriku. Il-progress finanzjarju ġenerali tal-portafoll kollu tal-FNE-1 fl-aħħar tal-2024 kien ta’ 58 %.
Il-biċċa l-kbira tal-baġit tat-trasport u s-sehem akbar tal-baġit tal-enerġija għall-FNE attwali 2021-2027, ġew allokati għall-proġetti. Il-baġit tal-mobbiltà militari tal-FNE Trasport (EUR 1,7 biljun) ġie fornut minn qabel, wara l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja u ġie allokat bis-sħiħ. L-aħħar fondi ġew allokati fil-bidu tal-2024, u ma tħallewx riżorsi għall-4 snin li kien fadal tal-QFP attwali. Sal-aħħar tal-2024, ġew iffinalizzati xi ftit proġetti (eż. infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri). Fil-qafas tal-FNE Enerġija, intgħażlu xi 166 PCI u PMI fl-ewwel lista ta’ PCI/PMI, li minnhom 41 ingħataw finanzjament fis-sejħa tal-2024, u dan juri l-ħtiġijiet sinifikanti ta’ finanzjament għall-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera.
Minħabba li l-investiment fl-infrastruttura huwa proċess fuq terminu twil, għadu kmieni wisq biex jitkejlu r-riżultati tal-FNE 2021-2027. Il-FNE żgurat EUR 1,5 biljun f’appoġġ ta’ għotjiet mhux ripagabbli, filwaqt li tejbet il-konnettività transfruntiera bejn l-UE u l-Ukrajna u żiedet il-kapaċitajiet permezz tal-Korsiji ta’ Solidarjetà u l-kurituri tat-TEN-T.
Is-sejbiet preliminari taż-żewġ evalwazzjonijiet tal-FNE jikkonfermaw li sa issa l-programm kellu prestazzjoni tajba. It-tfassil tal-istrument huwa xieraq biex jiġi indirizzat nuqqas storiku ta’ finanzjament fl-infrastruttura transfruntiera b’valur miżjud għoli għall-UE billi l-finanzjament għal dawn il-proġetti jiġi delimitat fi strument iddedikat. Dan huwa konsistenti ma’ strumenti u politiki oħra ta’ finanzjament tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali. Il-mudell ta’ governanza tiegħu (bl-użu ta’ sejħiet kompetittivi għal proposti u l-ġestjoni diretta tal-fondi permezz ta’ aġenzija ċentralizzata) huwa adattat sew biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-programm u jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-applikanti.
Il-finanzjament tal-FNE b’mod konsistenti jitqies bħala indispensabbli, u jiffaċilita proġetti kruċjali tat-trasport li kieku jiffaċċjaw dewmien sinifikanti, ambitu idjaq, jew ma jitwettqux għalkollox minħabba finanzjament nazzjonali jew privat insuffiċjenti. Lil hinn mill-appoġġ finanzjarju dirett, il-FNE tipprovdi wkoll ingranaġġ sinifikanti, filwaqt li tattira kapital pubbliku u privat addizzjonali u taġixxi bħala ankra strateġika għall-investiment.
L-aħħar indikazzjoni mill-għadd u l-valur tal-azzjonijiet iffinanzjati skont is-suġġett u s-subprogramm, kif ukoll mid-Dikjarazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Programm għall-FNE 2021-2027, hi li l-FNE tinsab ukoll fit-triq it-tajba biex tikseb il-biċċa l-kbira tal-miri tal-output tagħha, bi prestazzjoni b’saħħitha biex jiġu ssodisfati l-outputs mistennija. Filwaqt li r-riżultati u l-impatti sħaħ se jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw, it-trajettorja attwali tal-programm tissuġġerixxi eżiti pożittivi f’konformità mal-objettivi tiegħu.
Kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) 2021/1153 li jistabbilixxi l-FNE u attwalment fis-seħħ, il-Kummissjoni se tippubblika rapport ta’ progress fil-ħarifa ta’ din is-sena dwar l-implimentazzjoni tal-programm mill-2021 sal-2024. Għal kull settur se tippreżenta: is-sejħiet differenti għal proposti, l-oqsma ewlenin ta’ investiment u kif il-FNE setgħet tirreaġixxi għall-kriżijiet reċenti.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Fit-12 ta’ Frar tnediet sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li kienu jkopru l-ispettru kollu tal-finanzjament futur mill-UE u baqgħu miftuħin sas-6 ta’ Mejju 2025. Konsultazzjoni minnhom kopriet il-fondi tal-UE implimentati mal-Istati Membri u mar-reġjuni u kopriet in-networks trans-Ewropej, il-politika ta’ koeżjoni, il-politika agrikola komuni, il-politika tas-sajd, il-politika marittima u l-affarijiet interni.
Rigward in-networks trans-Ewropej, il-partijiet ikkonċernati jenfasizzaw l-importanza kritika li jinżamm strument iddedikat fil-livell tal-UE għall-infrastruttura tat-trasport (bħall-FNE), separat mill-pakketti ta’ investiment nazzjonali.
L-awtoritajiet pubbliċi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant huma favur appoġġ iddedikat tal-UE biex jiġu mmodernizzati u estiżi l-kurituri ewlenin tat-TEN-T, filwaqt li jsemmu d-dewmien fl-elettrifikazzjoni, konġestjonijiet fil-kapaċità tal-merkanzija, u lakuni fil-konnettività multimodali. Pereżempju, il-Pollakki u r-Rumeni li wieġbu jindikaw il-ħtieġa ta’ konnessjonijiet aħjar bejn il-Lvant u l-Punent u sistemi ta’ sinjalar interoperabbli biex tittejjeb il-mobbiltà transfruntiera.
Fil-qasam tal-enerġija, il-partijiet ikkonċernati jenfasizzaw diversi sfidi persistenti li jimminaw l-effettività u l-inklużività tal-appoġġ tal-UE għall-infrastruttura tal-enerġija. L-awtoritajiet pubbliċi mir-Rumanija, mill-Polonja, mill-Ġermanja u minn Spanja jenfasizzaw li l-infrastruttura tal-grilja antikwata, speċjalment fiż-żoni rurali u li jiddependu fuq il-faħam, toħnoq l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Dawn ir-reġjuni spiss ma jkollhomx biżżejjed kapaċità ta’ trażmissjoni jew jiffaċċjaw dewmien fil-modernizzazzjoni tal-grilja, u dan iwassal għal proġetti imblukkati u miri klimatiċi li ma jintlaħqux. L-atturi reġjonali u muniċipali, b’mod partikolari mill-Finlandja u mill-istati Baltiċi, iqajmu tħassib dwar il-progress bil-mod tal-interkonnetturi transfruntieri u l-ippjanar frammentat bejn il-livelli nazzjonali u tal-UE. Jitqies li dan qed idgħajjef ir-reżiljenza u l-interoperabbiltà tas-sistema tal-enerġija Ewropea, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tensjonijiet ġeopolitiċi.
Minn Marzu sa Mejju 2025, il-Kummissjoni organizzat Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar Baġit Ewropew Ġdid bħala mod kif iċ-ċittadini jinvolvu ruħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u jsemmgħu leħinhom fir-rigward tal-proċess tat-tfassil tal-politiki tal-UE. L-avveniment kien jinkludi tliet sessjonijiet li laqqgħu 150 ċittadin magħżula b’mod aleatorju, inkluż sessjoni fiżika mit-28 sat-30 ta’ Marzu, sessjoni online (mill-25 sas-27 ta’ April), u t-tielet u l-aħħar sessjoni fi Brussell (mis-16 sat-18 ta’ Mejju). Il-parteċipanti, mis-27 pajjiż tal-UE u li kienu jirrappreżentaw id-diversità tal-UE, irriflettew dwar fejn il-Baġit tal-UE jista’ jġib l-iktar valur miżjud lill-Ewropej u enfasizzaw ukoll l-importanza tal-infrastruttura transfruntiera, b’mod partikolari fit-trasport. Għadd konsiderevoli ta’ Stati Membri kienu qed jitolbu baġit addizzjonali għall-mobbiltà militari matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP attwali fl-2024, minħabba l-pakkett eżawrit tal-FNE. Bosta Stati Membri regolarment jitolbu wkoll li l-mobbiltà militari tiġi stabbilita bħala prijorità għall-investimenti tal-UE fl-infrastruttura tat-trasport, meta jitqies il-kuntest ġeopolitiku ġenerali u l-evoluzzjoni tal-iżviluppi tas-sigurtà fil-laqgħat tal-Kunsill u f’formati relatati mas-sigurtà u mad-difiża.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-proposta hija appoġġata mill-valutazzjoni tal-impatt dwar il-pakketti allokati minn qabel fil-livell nazzjonali fi ħdan il-QFP ta’ wara l-2027, ippreżentata lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-7 ta’ Lulju 2025. Il-Bord ħareġ l-opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Lulju.
Il-valutazzjoni tal-impatt iffokat fuq it-tfassil u l-ambitu tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali biex jiġu implimentati pakketti futuri allokati minn qabel fil-livell nazzjonali. Għall-investimenti fit-trasport trans-Ewropew (inkluż il-mobbiltà militari), fl-infrastruttura tal-enerġija u fil-kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli, ivvalutat żewġ għażliet għall-finanzjament tal-proġetti transfruntieri: implimentazzjoni fil-qafas ta’ pakketti allokati minn qabel fil-livell nazzjonali jew strument iddedikat għall-proġetti transfruntieri.
Il-valutazzjoni tal-impatt qabblet l-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntieri fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali u reġjonali attwali (eż. il-politika ta’ koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) u l-esperjenza fi ħdan il-FNE. Ivvalutat ukoll il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-promoturi tal-proġetti fir-rigward taż-żewġ għażliet u ddiskutiet l-użu ottimali tal-fondi tal-UE.
Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-appoġġ tal-UE ġestit direttament jiżgura l-prevedibbiltà u l-istabbiltà meħtieġa mill-proġetti transfruntieri kumplessi. L-allokazzjoni tal-għotjiet permezz ta’ approċċ kompetittiv u gradwali tagħmilha possibbli li wieħed jiffoka fuq l-iktar proġetti maturi.
Rabtiet iktar mill-qrib bejn il-finanzjament mill-UE u l-prijoritajiet ta’ politika tal-pjanijiet nazzjonali jtejbu d-dimensjoni transfruntiera tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri permezz tal-pjanijiet tkun iktar kumplessa u għalja kemm għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll għall-promoturi tal-proġetti. L-allinjament tal-aġendi ta’ investiment tal-Istati Membri ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien ikun proċess twil, kemm matul in-negozjati tal-pjan inizjali kif ukoll jekk ikun hemm xi emendi. Pereżempju, il-Ġermanja jkun ikollha tikkoordina l-pjan nazzjonali tagħha ma’ tmien Stati Membri ġirien; l-Ungerija ma’ ħamsa. F’każijiet li fihom il-proċess jiddewwem fi Stat Membru wieħed jew iktar, dan jista’ jikkawża dewmien ikkaġunat minn dewmien ieħor. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa dawn l-isforzi ta’ koordinazzjoni (kemm matul in-negozjati kif ukoll permezz tal-għoti ta’ assistenza teknika permezz tal-pjanijiet), iżda l-piż għall-awtoritajiet tal-Istati Membri xorta jibqa’ sinifikanti. Dan jista’ jżid ukoll b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-promoturi tal-proġetti, li jkollhom bżonn jimplimentaw il-proġetti transfruntieri tagħhom skont diversi pjanijiet nazzjonali u jirrapportaw fi skemi separati ta’ rapportar u ta’ awditjar (waħda għal kull Stat Membru).
Madankollu, il-valutazzjoni tal-impatt enfasizzat li l-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali jistgħu jipprevedu investimenti komplementari għal sezzjonijiet transfruntieri u għal proġetti ta’ rilevanza kbira għall-UE. Dawn jistgħu jinkludu sezzjonijiet ta’ interess nazzjonali fir-rigward tan-networks trans-Ewropej u ċerti proġetti tal-enerġija, bħar-rinforzi tal-grilja nazzjonali li jappoġġaw l-interkonnessjonijiet transfruntieri. Peress li dawn il-proġetti jitwettqu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, l-implimentazzjoni tagħhom ma tinvolvix il-kostijiet addizzjonali msemmija hawn fuq għall-proġetti transfruntieri li jinvolvu iktar minn Stat Membru wieħed. L-allokazzjonijiet għal dawn il-proġetti jistgħu jkunu rilevanti ħafna wkoll meta jiġu kkombinati mal-finanzjament mill-UE bħala parti minn irkanti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli li jkunu ġestiti ċentralment (mudell ta’ rkant bħala servizz).
L-appoġġ tal-UE ġestit direttament jiżgura l-prevedibbiltà u l-istabbiltà meħtieġa mill-proġetti transfruntieri kumplessi. L-għoti ta’ finanzjament direttament fil-livell tal-UE jagħmilha possibbli li jinżamm l-impenn politiku fuq terminu twil għall-proġetti strateġiċi, biex jinħolqu ċertezza, prevedibbiltà u stabbiltà suffiċjenti għal investituri oħra. Il-ġestjoni diretta tiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni koordinata ta’ proġetti tal-mobbiltà militari biex jiġi ffaċilitat it-trasport bla xkiel u rapidu tat-truppi u tat-tagħmir militari madwar l-UE.
L-allokazzjoni tal-għotjiet f’approċċ kompetittiv u gradwali fil-qafas ta’ ġestjoni diretta tiżgura l-prevedibbiltà tal-finanzjament u tagħmilha possibbli li wieħed jiffoka fuq l-iktar (fażijiet ta’) proġetti maturi. Barra minn hekk, jekk ikun hemm dewmien sinifikanti matul l-implimentazzjoni jew jekk il-kostijiet tal-proġetti jkunu iktar baxxi milli jkun ġie antiċipat inizjalment (pereżempju permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku li rnexxew), kwalunkwe ammont li ma jintużax mill-benefiċjarji jista’ jiġi riallokat għal proġetti oħra. Il-prinċipju “tużah jew titilfu” tal-FNE żgura li l-fondi jiġu ottimizzati fi ħdan il-programm u jiġu riallokati għal proġetti oħra li joffru l-aqwa valur miżjud għall-UE. Għall-FNE 2014-2020, l-approċċ “tużah jew titilfu” se jagħmilha possibbli li jiżdied l-assorbiment tal-programm minn madwar 80 % għal 90 % abbażi tal-istimi attwali.
Il-ġestjoni diretta ta’ proġetti transfruntieri kumplessi tnaqqas ukoll il-kostijiet amministrattivi għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-ekonomiji ta’ skala fil-qafas ta’ mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-kostijiet jgħinu biex il-kost ġenerali tal-ġestjoni diretta jinżamm baxx. Dan huwa kkonfermat mill-proporzjon għoli tal-produttività fejn kull membru tal-persunal ekwivalenti għall-full-time jittratta baġit medju ta’ EUR 25 miljun fis-sena. Dan ikopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-ġestjoni tal-programm mill-pubblikazzjoni tas-sejħa sal-awditu, inkluż il-feedback għall-politiki u għar-rapportar. Il-ġestjoni diretta ta’ proġetti transfruntieri fit-trasport u fl-enerġija hija kosteffiċjenti u tirrappreżenta 0,39 % tal-fondi tal-UE matul il-perjodu 2021-2027, inkluż il-kostijiet kollha tal-koordinazzjoni u tal-ġestjoni mġarrba fil-Kummissjoni.
Madankollu, li jkun hemm strument separat ikun jirrikjedi sforzi biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-investimenti fit-trasport u fl-enerġija li jkunu inklużi fil-pjanijiet.
Il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti l-benefiċċji ta’ strument iddedikat għall-proġetti transfruntieri identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt.
•Simplifikazzjoni
L-isforzi globali ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni wara l-QFP 2027 se japplikaw ukoll għat-twettiq tal-programm tal-FNE.
Il-FNE hija mfassla biex tnaqqas it-trikkib u l-kumplessità. Għaldaqstant, għall-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija, il-FNE se tiffoka fuq proġetti b’dimensjoni transfruntiera ċara li jkunu komplementari għall-investimenti fil-qafas tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali.
Ir-regoli tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali u tal-FNE huma allinjati kemm jista’ jkun. Id-delimitazzjoni ċara bejn il-FNE u l-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali kif ukoll l-allinjament tar-regoli se jnaqqsu l-kumplessitajiet attwali tax-xenarju tal-finanzjament mill-UE u se jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll għall-benefiċjarji.
Għal iktar simplifikazzjoni, il-FNE se tiddependi, meta jkun xieraq, fuq għażliet ta’ kostijiet issimplifikati (somom f’daqqa, kostijiet unitarji) meta talloka l-għotjiet. Ir-Regolament se jipprevedi wkoll qafas legali ssimplifikat ulterjuri għall-FNE permezz tal-possibbiltà li d-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet jitmexxew għall-programmi ta’ ħidma.
Ir-Regolament (UE) [XXX]* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Prestazzjoni] propost bħala parti mill-QFP għall-perjodu ta’ wara l-2027 għandu l-għan li jnaqqas l-inkonsistenza u l-kumplessità tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. L-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar mhux se jiġu stabbiliti b’mod individwali għal kull strument ta’ finanzjament bħall-FNE, iżda se jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati fil-QFP kollu, inkluż għall-informazzjoni, għall-komunikazzjoni u għall-viżibbiltà.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta tal-Kummissjoni għall-FNE tinkludi l-ammont li ġej: EUR 81 428 000 000 (fi prezzijiet attwali).
Abbażi tal-esperjenza pożittiva mill-implimentazzjoni tal-programmi preċedenti tal-FNE, il-Kummissjoni qed tipproponi li tkompli l-implimentazzjoni tal-programm il-ġdid, għaż-żewġ setturi tal-FNE, b’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni u minn aġenzija eżekuttiva.
Kif spjegat fid-dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva, il-baġit propost se jkopri n-nefqa operazzjonali kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm tal-FNE, kif ukoll il-kost tar-riżorsi umani u nefqa amministrattiva oħra b’rabta mal-ġestjoni tal-programm.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Artikolu 1 – Suġġett
Dan l-artikolu jintroduċi s-suġġett tar-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
Artikolu 2 – Definizzjonijiet
Dan l-artikolu jistabbilixxi d-definizzjonijiet relatati mar-Regolament.
Artikolu 3 – Objettivi tal-programm
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-objettiv ġenerali tal-programm u l-objettivi speċifiċi għal kull settur.
Artikolu 4 – Baġit
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għall-programm.
L-artikolu jinkludi dispożizzjoni li tkopri l-ispejjeż kollha meħtieġa għall-attivitajiet tat-tħejjija, tal-monitoraġġ, tal-kontroll, tal-awditi, tal-evalwazzjoni u oħrajn; l-istudji meħtieġa, il-laqgħat tal-esperti, l-għodod tal-IT korporattivi u kwalunkwe assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-programm.
Artikolu 5 – Riżorsi addizzjonali
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-programm.
Artikolu 6 – Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv
Dan l-artikolu jiżgura li azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni fil-qafas tal-programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-UE, jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.
Artikolu 7 – Pajjiżi Terzi assoċjati mal-programm
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fil-programm.
Artikolu 8 – Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-modalità ta’ ġestjoni tal-FNE bħala ġestjoni diretta. Jistgħu jintużaw il-forom kollha ta’ finanzjament u ta’ appoġġ finanzjarju previsti skont ir-Regolament Finanzjarju. L-appoġġ għall-Istrumenti Finanzjarji jew għall-garanziji baġitarji għandu jitwassal permezz tal-istrument ta’ investiment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (ECF, European Competitiveness Fund) jew il-mekkaniżmu tat-twassil tal-Ewropa Globali (GE, Global Europe).
Artikolu 9 – Eliġibbiltà
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kriterji li bihom il-persuni u l-entitajiet ikunu eliġibbli għall-programm.
Artikolu 10 – Regoli komplementari tal-għotjiet
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis, għas-sospensjoni, għat-terminazzjoni jew għat-trasferiment tal-għotjiet biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u biex jittaffew ir-riskji marbuta ma’ dewmien sinifikanti li jista’ jseħħ fil-każ ta’ proġetti infrastrutturali kbar. Jipprevedi li l-għotjiet jistgħu jitnaqqsu jew jiġu tterminati jekk l-azzjoni li għaliha ngħatat l-għotja ma tkunx bdiet fi żmien sena wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim tal-għotja jew jekk permezz ta’ rieżami tal-progress tal-azzjoni jinstab li l-implimentazzjoni tal-azzjoni tant kellha dewmien kbir li l-objettivi tal-azzjoni x’aktarx li ma jintlaħqux. L-artikolu jipprevedi simplifikazzjonijiet tal-ftehimiet tal-għotjiet relatati ma’ proġett globali.
Dan l-artikolu jistabbilixxi wkoll ir-rati massimi ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull settur.
Artikolu 11 – Proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
Dan l-artikolu jistabbilixxi l-objettivi u l-kundizzjonijiet għall-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Jipprovdi kriterji ġenerali u rekwiżiti proċedurali biex jintgħażlu dawn il-proġetti u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji speċifiċi u d-dettalji tal-proċess għal tali proġetti permezz ta’ att delegat. Dan l-artikolu jipprevedi wkoll il-possibbiltà li l-fondi jiġu ttrasferiti lejn il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 12 – Programm ta’ ħidma
Dan l-artikolu jipprevedi li l-programm se jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
Artikolu 13 – Atti delegati
Dan l-artikolu jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati relatati mal-anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14 – Eżerċizzju tad-delega
Dan l-artikolu jinkludi dispożizzjonijiet standard dwar id-delega tas-setgħat.
Artikolu 15 – Proċedura ta’ kumitat
Dan l-artikolu jkopri l-Kumitat tal-FNE skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jispeċifika li se tapplika l-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16 – Emendi tar-Regolament (UE) 2024/1679
Dan l-artikolu jipprevedi emenda tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2024/1679 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport. L-għan hu li tinbidel il-bażi legali tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandards tal-infrastruttura b’użu doppju attwalment previsti fir-Regolament dwar il-FNE (l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679). Għal dan l-att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament (UE) 2024/1679 li jistabbilixxi l-istandards tal-infrastruttura għan-network TEN-T huwa bażi legali iktar xierqa minn programm ta’ nfiq tal-FNE. Madankollu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328 se jkompli japplika sakemm il-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni ġdid f’konformità mal-Artikolu 48.3 tar-Regolament (UE) 2024/1679.
Artikolu 17 – Tħassir
Dan l-artikolu jħassar ir-Regolament preċedenti dwar l-FNE (ir-Regolament (UE) 2021/1153).
Artikolu 18 – Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan l-artikolu jipprevedi d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati mal-azzjonijiet tal-FNE u mal-assistenza teknika u amministrattiva.
Artikolu 19 – Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan l-artikolu jiddikjara li r-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Anness
2025/0221 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2028-2034, li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1679 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2021/1153
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (“il-Programm”) bil-ħsieb li jitħaffef l-investiment fil-qasam tan-networks trans-Ewropej għat-trasport u għall-enerġija kif ukoll jitwassal finanzjament mis-settur pubbliku u minn dak privat, filwaqt li tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġi rrispettat il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Għandu wkoll l-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, pereżempju permezz tal-appoġġ tal-proġetti transfruntieri. Jenħtieġ li l-Programm jiffaċilita sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport u tal-enerġija li jridu jiġu sfruttati kemm jista’ jkun, sabiex b’hekk tittejjeb l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jkunu jistgħu jiġu ottimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għall-Programm. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-prezzijiet attwali jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ deflatur fiss ta’ 2 %.
(2)It-trasport effiċjenti tal-persuni u tal-oġġetti huwa pilastru essenzjali għall-funzjonament tal-Unjoni, jaqdi rwol kruċjali fit-trawwim tal-kompetittività u tat-tkabbir ekonomiku, fl-iżgurar tal-koeżjoni, u fil-ksib tal-objettivi klimatiċi u ambjentali. Il-kapaċità taċ-ċittadini u tal-oġġetti li jiċċaqilqu liberament u b’mod effiċjenti f’suq uniku konness sew u komplut issaħħaħ il-konnettività, tiżgura l-aċċess għall-impjiegi u għas-servizzi, u tappoġġa l-ekonomiji u l-kummerċ lokali. Fl-istess ħin, sistema tat-trasport dekarbonizzata u sostenibbli hija kundizzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni u tiġi indirizzata d-dipendenza strateġika u mhux sostenibbli tal-ekonomija tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili. It-trasport tal-merkanzija effettiv u sigur huwa indispensabbli għall-provvista tal-oġġetti meħtieġa liċ-ċittadini, biex b’hekk l-ekonomija tagħna tkompli għaddejja u tiġi appoġġata s-sigurtà militari tagħna. Ir-rapport ta’ Draghi dwar il-futur tal-kompetittività tal-Ewropa, jirrikonoxxi l-importanza li jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport u jenfasizza l-ħtieġa għal suq tat-trasport multimodali integrat kif ukoll id-domanda qawwija għad-dekarbonizzazzjoni u għal soluzzjonijiet li ma jniġġsux. Ir-rapport ta’ Draghi jitlob li tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni fl-Unjoni fis-setturi ekonomiċi ewlenin kollha, fosthom it-trasport. Ir-rapport ta’ Letta dwar il-futur tas-suq intern jenfasizza s-settur tat-trasport bħala qasam ewlieni fejn integrazzjoni Ewropea iktar profonda hija essenzjali biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern. Ir-rapport ta’ Letta jissottolinja b’mod partikolari l-ħtieġa li jitlesta n-network TEN-T u jenfasizza l-opportunitajiet ta’ network ferrovjarju pan-Ewropew ta’ veloċità għolja biex jirrivoluzzjona l-ivvjaġġar Ewropew u jħaffef l-integrazzjoni tal-Unjoni. Ir-rapport ta’ Niinistö dwar il-preparatezza ċivili u militari tal-Ewropa jisħaq dwar l-importanza ta’ kurituri tat-trasport b’użu doppju għaċ-ċaqliq u l-ktajjen tal-provvista militari, ir-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport għat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-ħtieġa għal rotot tal-provvista marittimi siguri li jintużaw għall-kummerċ barrani tal-Unjoni.
(3)L-Unjoni jenħtieġ li tiffaċilita proġetti f’reġjuni żvantaġġati, inqas konnessi, rurali, insulari, kostali, periferiċi, konġestjonati, ultraperiferiċi jew iżolati sabiex tippermetti l-aċċess għan-networks trans-Ewropej tal-enerġija u tat-trasport filwaqt li twassal benefiċċji għall-Unjoni kollha f’termini ta’ sigurtà, kompetittività u koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jidentifika l-infrastruttura tan-network trans-Ewropew tat-trasport, jispeċifika r-rekwiżiti li jrid jissodisfa u jipprevedi miżuri għall-implimentazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament jipprevedi t-tlestija tan-network ewlieni tan-network trans-Ewropew tat-trasport sal-2030 u tan-network ewlieni estiż sal-2040 permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida kif ukoll permezz tal-immodernizzar u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti. Dan se jwassal għal network bi prestazzjoni għolja għat-trasport tal-passiġġieri u tal-oġġetti.
(4)Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, jeħtieġ li jiġu appoġġati finanzjarjament l-iżvilupp transfruntier, inkluż il-portijiet u l-konnessjonijiet tagħhom maż-żoni interni kif ukoll l-introduzzjoni tal-fjuwils alternattivi, u l-eliminazzjoni tal-konnessjonijiet neqsin, u jiġi żgurat, meta jkun applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri mfassla f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 2024/1679 u mal-iżvilupp ġenerali tan-network rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.
(5)Il-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 irrikonoxxiet il-mobbiltà militari bħala komponent essenzjali għas-sigurtà u għad-difiża Ewropej u enfasizzat il-valur miżjud għall-Unjoni fl-appoġġ għall-infrastruttura b’użu doppju għall-mobbiltà. Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill inkluda għall-ewwel darba pakkett finanzjarju ddedikat għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport b’użu doppju, ċivili u tad-difiża. Huwa essenzjali li l-infrastruttura tat-trasport tal-Unjoni tippermetti l-moviment rapidu u effiċjenti tal-persunal, tal-materjal u tat-tagħmir militari bl-ajru, fuq l-art u fuq l-ilma. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-infrastruttura għall-modalitajiet kollha tat-trasport tiġi mmodernizzata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti militari. Jenħtieġ li l-Programm ifittex li jkun hemm komplementarjetà mal-attivitajiet speċifiċi appoġġati fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (anke fir-rigward ta’ Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI)), b’mod partikolari bl-għan li jissaħħaħ l-aċċess tal-Istati Membri għall-kapaċitajiet tal-mobbiltà militari kf ukoll id-disponibbiltà tagħhom, u li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà militari kif ukoll miżuri appoġġati skont il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali.
(6)Fil-qasam tal-mobbiltà militari, il-Programm għandu l-għan li jikkontribwixxi biex jiffaċilita t-trasport tat-tagħmir u tal-persunal militari madwar l-UE b’veloċità u bi skala, filwaqt li jitqies l-għarfien espert militari fil-livell tal-UE. Jenħtieġ li l-Programm ikun konsistenti mal-isforzi tal-UE biex iżżid il-prontezza tad-difiża tal-UE kif deskritt fil-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030.
(7)L-Unjoni żviluppat is-sistemi spazjali tagħha stess għall-Pożizzjonament, għan-Navigazzjoni u għas-Sinkronizzazzjoni (PNT, Positioning, Navigation and Timing) (Galileo, EGNOS u LEO PNT), il-programm ta’ osservazzjoni u monitoraġġ tad-dinja (Copernicus, EOGS) u l-konnettività sigura (GOVSATCOM u IRIS2). Dawn kollha joffru servizzi avvanzati li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi importanti lill-utenti pubbliċi u privati. Għaldaqstant, kull infrastruttura tat-trasport jew tal-enerġija ffinanzjata mill-FNE, li tuża s-servizzi ta’ PNT jew ta’ osservazzjoni tad-dinja, jenħtieġ li tkun teknikament kompatibbli ma’ dawk is-sistemi. Sabiex tiġi żgurata tali kompatibbiltà, meta jkun rilevanti, il-programm ta’ ħidma jista’ jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jinkludu t-teknoloġija tal-PNT, tal-konnettività jew tal-osservazzjoni jkunu teknikament kompatibbli mas-sistemi spazjali tal-UE.
(8)L-Istrateġija PROTECT EU tenfasizza li s-sigurtà hija l-pedament li fuqu jinbnew il-libertajiet kollha tagħna u tissejjes fuq il-kunsiderazzjoni li s-sigurtà għandha tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE.
(9)L-espansjoni u l-immodernizzar tal-infrastruttura tal-enerġija huma kundizzjoni essenzjali għal Unjoni tal-Enerġija ġenwina kompluta u interkonnessa, li tiżgura s-sigurtà u l-indipendenza tal-enerġija tal-Unjoni, l-affordabbiltà tal-enerġija u l-kompetittività industrijali, filwaqt li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni għall-2030 u tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Il-grilji tal-enerġija huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ġenerazzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż il-ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta, biex tingħata spinta lid-dekarbonizzazzjoni industrijali u lill-elettrifikazzjoni, u biex jiġi żgurat suq intern tal-enerġija li jkun kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb sabiex iforni provvista tal-enerġija sigura u affordabbli. Ir-rapport ta’ Draghi jirrikonoxxi wkoll l-importanza li jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija. Ir-rapport ta’ Draghi indika b’mod partikolari l-investiment fil-grilji tal-enerġija u l-ħtieġa li tiżdied malajr l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija transfruntiera biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema Ewropea u tiġi dekarbonizzata l-industrija tal-Ewropa. Fil-Patt għal Industrija Nadifa u fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol kruċjali tat-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija billi jsir investiment fl-infrastruttura tal-enerġija u fil-grilji transfruntieri għas-salvagwardja tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u għall-prosperità tan-nies kif ukoll għall-affordabbiltà u għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli jindika li kull persuna, komunità u negozju jenħtieġ li jibbenefikaw mit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Skont ir-Rapport ta’ Monitoraġġ dwar l-infrastruttura tal-elettriku tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators), il-ħtiġijiet tal-kapaċità transfruntiera se jammontaw għal 66 GW sal-2030, li minnhom 32 GW attwalment għadhom ma ġewx indirizzati. L-appoġġ tal-Programm għall-proġetti transfruntieri se jkollu rwol importanti fl-indirizzar ta’ din id-diskrepanza.
(10)Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-interkonnessjonijiet transfruntieri tal-enerġija, inkluż proġetti kumplessi bħall-interkonnetturi ibridi, fosthom dawk meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ta’ interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 15 % għall-2030 stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(11)Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp f’waqtu u għall-interoperabbiltà tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea. Jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku u jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta’ dawn il-proġetti għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura transfruntiera tagħhom, il-proġetti ta’ interess komuni u l-proġetti ta’ interess reċiproku mhux biss joħolqu esternalitajiet pożittivi sinifikanti u jrawmu s-solidarjetà, iżda jinvolvu wkoll sfidi speċifiċi għall-promoturi tal-proġetti, minħabba n-natura multiġuriżdizzjonali tagħhom, l-isfidi ta’ koordinazzjoni u distribuzzjoni spiss asimetrika tal-kostijiet u tal-benefiċċji. Għalhekk, dawn jeħtieġu appoġġ fil-livell tal-Unjoni.
(12)Fil-qasam tal-enerġija, il-Programm għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku, bil-ħsieb li jippromwovi l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija u l-interoperabbiltà tan-networks tal-enerġija minn naħa għall-oħra tal-fruntieri. Barra minn hekk, il-Programm għandu l-għan li jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni, jippromwovi l-effiċjenza enerġetika u jiżgura s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija inkluż il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-faċilitajiet tal-ħżin li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà tar-Regolament (UE) 2022/869. Meta jsir dan, jenħtieġ li jitqiesu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha li jistgħu jiġu affettwati.
(13)Il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli hija kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni, kompetittività, tlestija tas-suq intern tal-enerġija u sigurtà tal-provvista b’mod kosteffiċjenti u sostenibbli. Il-Programm għandu l-għan li jindirizza r-riskju li l-kooperazzjoni transfruntiera tibqa’ f’livell subottimali fl-assenza ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
(14)Il-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jipprovdu ffrankar tal-kostijiet għall-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni jew benefiċċji oħra għall-integrazzjoni tas-sistema, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività jew l-innovazzjoni, meta mqabbla ma’ proġett simili implimentat minn wieħed mill-Istati Membri parteċipanti jew minn pajjiż terz waħdu. Meta tagħżel il-proġetti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra b’mod partikolari l-kontribut tagħhom għall-integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni u tagħmel ħilitha biex, meta jkun possibbli, tqis il-bilanċ ġeografiku. F’każ ta’ għotjiet għal xogħlijiet, l-applikant jenħtieġ li juri l-ħtieġa li jingħelbu l-fallimenti tas-suq jew l-ostakli finanzjarji bħall-vijabbiltà kummerċjali insuffiċjenti, kostijiet bil-quddiem għoljin jew in-nuqqas ta’ finanzjament tas-suq.
(15)Jenħtieġ li l-Programm jiffaċilita trasferiment ta’ fondi għall-mekkaniżmu tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, sabiex jiġi żgurat kontribut għall-qafas abilitanti stabbilit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan it-trasferiment jista’ jikkonċerna wkoll proġetti li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Meta jkun rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tipprijoritizza tali appoġġ finanzjarju għal proġetti li jtejbu l-integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni, inkluż proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.
(16)Jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji bejn l-iżvilupp ta’ networks trans-Ewropej fit-trasport u fl-enerġija u proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli b’impatt transfruntier qawwi appoġġati mill-FNE, u proġetti tat-trasport u tal-enerġija fl-ambitu tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-Fond Ewropew għall-Kompetittività. Is-sinerġiji jistgħu jimplikaw ukoll appoġġ għal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) li jiffokaw fuq l-infrastruttura transfruntiera fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija.
(17)Jenħtieġ li l-Programm ifittex ukoll li jkun hemm koerenza mal-azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tal-Ewropa Globali. Huwa importanti li n-networks trans-Ewropej għat-trasport u għall-enerġija jkunu konnessi sew ma’ pajjiżi terzi. L-oqfsa ta’ politika rispettivi jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, jew proġetti ta’ interess reċiproku, li huma l-prijorità għall-konnessjonijiet tat-trasport u tal-enerġija minn u lejn dawn il-pajjiżi terzi. Għal dawn il-proġetti, l-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Programm jenħtieġ li jiġi kkoordinat mill-qrib mal-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Ewropa Globali. Fil-qasam tat-trasport, jenħtieġ li s-sezzjonijiet transfruntieri elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jingħataw prijorità.
(18)F’ambjent ekonomiku, soċjali u ġeopolitiku li qed jinbidel malajr, l-esperjenza reċenti wriet il-ħtieġa ta’ qafas finanzjarju pluriennali u programmi tal-Unjoni iktar flessibbli. Għal dak l-għan, u f’konformità mal-objettivi tal-FNE, jenħtieġ li l-finanzjament iqis kif jixraq il-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni kif identifikati fid-dokumenti rilevanti ppubblikati mill-Kummissjoni, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, filwaqt li tiġi żgurata prevedibbiltà suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit.
(19)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-garanzija baġitarja u l-istrumenti finanzjarji fil-qafas tal-Programm, inkluż meta kkombinati ma’ forom oħra ta’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjonijiet ta’ taħlit, jenħtieġ li jiġu implimentati f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Istrument InvestEU tal-ECF u tal-mekkaniżmi tat-twassil tal-GE permezz ta’ ftehimiet konklużi għal dak it-tip ta’ appoġġ fil-qafas tal-Istrument InvestEU tal-ECF u tal-mekkaniżmi tat-twassil tal-GE.
(20)Meta l-appoġġ mill-Unjoni fil-qafas tal-Programm ikun irid jingħata fil-forma ta’ garanzija baġitarja jew strument finanzjarju, inkluż meta kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjoni ta’ taħlit, jeħtieġ li tali appoġġ jingħata esklużivament permezz tal-Istrument InvestEU tal-ECF u l-mekkaniżmi tat-twassil tal-GE f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Istrument ta’ Investiment tal-ECF u l-mekkaniżmi tat-twassil tal-GE. Fil-każ tal-Istrument tal-InvestEU tal-ECF li jgħin biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Programm, jenħtieġ li l-appoġġ konsultattiv ikun disponibbli għall-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. Tali appoġġ jista’ jkopri l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ għall-identifikazzjoni tal-proġett, it-tħejjija u l-implimentazzjoni, kif ukoll pariri dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjattaformi ta’ investiment.
(21)Jenħtieġ li l-Programm jottimizza l-użu tal-finanzjament disponibbli permezz ta’ monitoraġġ mill-qrib tal-finanzjament disponibbli u permezz tal-applikazzjoni, meta jkun xieraq, tat-tnaqqis jew tat-terminazzjoni tal-għotjiet. Jenħtieġ li dan jippermetti r-riallokazzjoni tal-baġit iddedikat għal azzjoni li jibqa’ ma jintefaqx matul il-perjodu ta’ żmien iddeżinjat tagħha għal azzjonijiet oħra fl-ambitu ta’ dan il-Programm.
(22)Minħabba d-daqs tax-xogħlijiet meħtieġa, jista’ jiġri li għall-implimentazzjoni ta’ sezzjoni transfruntiera, diversi attivitajiet jitwettqu b’mod parallel u jiġu appoġġati permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet differenti iżda jikkontribwixxu għall-istess objettiv, u dan jissejjaħ il-“proġett globali”. Sabiex jikkontribwixxi għal użu iktar effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni u jiżgura li l-objettivi importanti tal-infrastruttura jkunu jistgħu jintlaħqu bis-sħiħ, jenħtieġ li l-Programm jippermetti r-ridirezzjonar tal-fondi disponibbli fl-ambitu tal-istess proġett globali. Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ proċeduri kompetittivi f’konformità mal-Artikolu 192(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 198 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li tali ridirezzjonar tal-fondi jingħata permezz ta’ emendi tal-azzjonijiet oriġinali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta’ ħidma, inkluż il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni.
(23)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-Programm. Jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet mhux finanzjarji, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji.
(24)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-programmi ta’ ħidma u d-dokumenti tas-sejħiet huma l-post xieraq biex jiġu stabbiliti iktar dettalji tekniċi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fis-sett kollu ta’ politiki appoġġati mill-Programm, inkluż kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà u tal-għoti skont l-istrument ta’ implimentazzjoni tal-baġit, kemm jekk għotja kif ukoll jekk akkwist, u l-objettivi ta’ politika speċifiċi li jridu jintlaħqu. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, ir-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà jenħtieġ li japplikaw għall-fornituri ta’ riskju għoli, għal raġunijiet ta’ sigurtà.
(25) L-appoġġ ipprovdut mill-Programm jenħtieġ li jixpruna l-investiment billi jindirizza il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat li jevita d-duplikazzjoni jew l-esklużjoni u bl-inċentivar tal-finanzjament privat, u jenħtieġ li jkollu valur miżjud ċar għall-UE. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għar-riżorsi nazzjonali, dan l-approċċ se jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet fil-qafas tal-Programm u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’hekk jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, il-miżuri tal-FNE u tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti jistgħu jappoġġaw lil xulxin, peress li l-finanzjament pubbliku jista’ jkun effettiv biex ineħħi r-riskju ta’ proġetti infrastrutturali kbar u biex jattira investimenti privati fl-UE, u b’hekk joħloq effett ta’ ingranaġġ sinifikanti. Fl-istess ħin, id-disponibbiltà dejjem tikber ta’ veikoli ta’ investiment kollettiv effiċjenti, bħall-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ELTIFs, European Long-term Investment Funds), tista’ tħaffef b’mod effiċjenti l-investimenti fuq terminu twil minn investituri istituzzjonali u privati oħra favur proġetti infrastrutturali, u b’hekk tikkomplementa u tamplifika l-finanzjament disponibbli mill-FNE.
(26)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Programm permezz ta’ programmi ta’ ħidma, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
(27)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, meta jkun xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm iridu jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.
(28)Il-Programm għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) [XXX]* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Prestazzjoni] li jistabbilixxi r-regoli għat-traċċar tan-nefqa u l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit, inklużi regoli biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-prinċipji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri msemmija fl-Artikolu 33(2), il-punti (d) u (f), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 rispettivament, regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, regoli għall-istabbiliment ta’ portal ta’ finanzjament tal-Unjoni, regoli għall-evalwazzjoni tal-programmi, kif ukoll dispożizzjonijiet orizzontali oħra applikabbli għall-programmi kollha tal-Unjoni bħal dawk dwar l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà.
(29)Skont l-Artikolu 85(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764, persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u f’territorji ekstra-Ewropej (OCTs, Overseas Countries and Territories) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu jkun marbut l-OCT rilevanti.
(30)Il-Programm jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u b’mod partikolari, jiżgura l-aċċessibbiltà għalihom b’mod partikolari fis-settur tat-trasport.
(31)Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi meta dan ikun fl-interess tal-Unjoni. Għal dan l-għan, l-Unjoni tista’ tassoċja, kompletament jew parzjalment, pajjiżi terzi mal-attivitajiet kostitwenti tal-Programm. Jenħtieġ li l-assoċjazzjoni tkun soġġetta għal bilanċ ġust tal-kontribuzzjoni u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u tas-sigurtà tal-Unjoni.
(32)Sabiex jitqies kif xieraq l-iżvilupp tan-network trans-Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-lista indikattiva ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Anness ta’ dJenħtieġ li l-assoċjazzjoni tkun soġġetta għal bilanċ ġust tal-kontribuzzjoni u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u tas-sigurtà tal-Unjoni.an ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(33)L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet għal infrastruttura b’użu doppju. Fuq dik il-bażi, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328. Wara r-reviżjoni tal-qafas legali bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1679 u sabiex tiġi żgurata l-kapaċità li r-rekwiżiti tal-infrastruttura jiġu aġġornati iktar b’mod indipendenti mid-durata limitata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa f’dak l-att li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet għal infrastruttura b’użu doppju tiġi stabbilita f’dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1679 jiġi emendat kif xieraq sabiex jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni għal dak il-fini.
(34)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/1153 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-“Programm”) u jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit tiegħu għall-perjodu 2028-2034, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata dan il-finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.“azzjoni” tfisser kwalunkwe attività li ġiet identifikata li hija finanzjarjament u teknikament indipendenti, li għandha qafas ta’ żmien stabbilit, u li hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ proġett;
2.“network trans-Ewropew tat-trasport” tfisser in-network trans-Ewropew tat-trasport imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/1679;
3.“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett ta’ interess komuni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/1679 jew fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2022/869;
4.“network trans-Ewropew tat-trasport sostenibbli” tfisser network trans-Ewropew tat-trasport li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 45 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
5.“network trans-Ewropew tat-trasport intelliġenti” tfisser network trans-Ewropew tat-trasport li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
6.“network trans-Ewropew tat-trasport reżiljenti” tfisser network trans-Ewropew tat-trasport li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
7.“mobbiltà militari” tfisser il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jittrasportaw, iċaqilqu u jiskjeraw b’mod rapidu u effettiv persunal, tagħmir u provvisti militari fi ħdan il-fruntieri tal-Istati Membri u fi ħdanhom, filwaqt li jiżguraw rispons f’waqtu u effettiv tal-Forzi Armati tal-Istati Membri;
8.“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni ta’ proġett, bħal studji tat-tħejjija, tal-immappjar, tal-fattibbiltà, tal-evalwazzjoni, tal-ittestjar u tal-validazzjoni, inkluż fil-forma ta’ software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħar-rikonjizzjoni tas-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;
9.“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-provvista u l-introduzzjoni ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-attivitajiet tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni u tal-installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett;
10. “proġett ta’ interess reċiproku” tfisser proġett ta’ interess reċiproku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2022/869;
11.“proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)proġett għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli li jkun inkluż fi ftehim ta’ kooperazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 8, 9, 11 jew 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(b)proġett tal-ħżin, inkluż il-ħżin tal-enerġija b’kolokazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (44d), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jappoġġa l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija tal-Unjoni, ħlief għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija skont it-tifsira tal-Anness II, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) 2022/869 u li jkun inkluż f’arranġament simili bejn żewġ Stati Membri jew iktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz wieħed jew iktar.
Artikolu 3
Objettivi tal-Programm
1.L-objettivi ġenerali tal-Programm huma l-kostruzzjoni, l-iżvilupp, l-iżgurar, l-immodernizzar u t-tlestija tan-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija, bl-intenzjoni li jiġi appoġġat suq uniku li jiffunzjona u li titrawwem il-koeżjoni; l-iffaċilitar tal-mobbiltà militari fin-networks trans-Ewropej tat-trasport; l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli; u l-iffaċilitar ta’ sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport u tal-enerġija.
2.Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a)fis-settur tat-trasport:
(i)li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati ma’ networks tat-trasport interkonnessi, interoperabbli, dekarbonizzati, intelliġenti, sikuri, sostenibbli, reżiljenti, siguri u multimodali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1679, b’mod partikolari permezz ta’:
(1)azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni transfruntiera li jimplimentaw in-network trans-Ewropew tat-trasport, inkluż azzjonijiet fir-rigward tas-sezzjonijiet indikattivi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;
(2)azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni transfruntiera li jimplimentaw in-network trans-Ewropew tat-trasport, inkluż azzjonijiet fir-rigward tas-sezzjonijiet indikattivi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;
(3)azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni transfruntiera ma’ pajjiżi terzi li jimplimentaw in-network trans-Ewropew tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
(ii)li jadatta partijiet min-network trans-Ewropew tat-trasport għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-ħsieb li tittejjeb il-mobbiltà ċivili u militari, b’enfasi fuq l-erba’ Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE identifikati mill-Istati Membri fl-Anness II tar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha, kif approvat mill-Kunsill fit-18 ta’ Marzu 2025 u bir-referenza ST 6728/25 ADD1;
(b)fis-settur tal-enerġija:
(i)li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2022/869, bil-ħsieb li jiġu promossi t-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-integrazzjoni ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, u l-interoperabbiltà tan-networks bejn il-fruntieri u s-setturi, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tar-reżiljenza u tas-sigurtà tal-provvista;
(ii)li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, permezz tal-appoġġ ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jew permezz ta’ offerti kompetittivi għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(5) ta’ dan ir-Regolament, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni, kompetittività, tlestija tas-suq intern tal-enerġija, ir-reżiljenza u sigurtà tal-provvista b’mod kosteffiċjenti.
Artikolu 4
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2028-2034 hu stabbilit għal EUR 81 428 000 000 fi prezzijiet attwali.
2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqassam indikattivament kif ġej:
(a)EUR 51 515 000 000 għall-objettivi speċifiċi rigward it-trasport u l-mobbiltà militari msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a);
(b)EUR 29 912 000 000 għall-objettivi speċifiċi rigward l-enerġija msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b).
3.L-impenji baġitarji għall-attivitajiet li jestendu għal iktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f’pagamenti annwali.
4.L-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2034 biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa u biex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li ma jkunux tlestew sa tmiem il-Programm.
5.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ammonti tar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-setturi fir-Regolament (UE) 2024/1679 jew fir-Regolament (UE) 2022/869, bħal attivitajiet tat-tħejjija, tal-monitoraġġ, tal-kontroll, tal-awditi u tal-evalwazzjoni, sistemi u pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u kull assistenza teknika u amministrattiva oħra jew spejjeż relatati mal-persunal imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.
Artikolu 5
Riżorsi addizzjonali
1.L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji addizzjonali għall-Programm, mingħajr preġudizzjoni għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (a) jew (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dawn għandhom jiżdiedu mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għal ammonti addizzjonali magħmula disponibbli b’dan il-mod għall-Programm, l-ammonti mhux impenjati korrispondenti jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lura għal programm sors rispettiv wieħed jew iktar jew is-suċċessuri tagħhom.
Artikolu 6
Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’koordinazzjoni ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Anke azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ tirċievi kontribuzzjoni fil-qafas tal-Programm. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew inkella jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha fil-qafas tal-Programm u jista’ jiġi konkluż impenn legali uniku. Jekk il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq il-kost eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2.Il-proċeduri tal-għoti fil-qafas tal-Programm jistgħu jitwettqu b’mod konġunt taħt ġestjoni diretta jew indiretta mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet, mal-korpi u mal-aġenziji tal-Unjoni, mal-pajjiżi terzi, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew ma’ partijiet terzi oħra (“sħab tal-proċedura tal-għoti konġunt”), diment li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak il-fini, is-sħab fil-proċedura tal-għoti konġunt jistgħu jagħmlu riżorsi disponibbli għall-Programm f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti, meta jkun applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Fil-proċeduri tal-għoti konġunt, ir-rappreżentanti tas-sħab tal-proċedura tal-għoti konġunt jistgħu jkun ukoll membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
Artikolu 7
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1.Il-Programm jista’ jinfetaħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin permezz ta’ assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti jew kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-qafas ta’ dawk il-ftehimiet u applikabbli:
(a)għall-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll mikrostati Ewropej;
(b)għall-pajjiżi aderenti, għall-pajjiżi kandidati u għall-kandidati potenzjali;
(c)għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;
(d)għal pajjiżi terzi oħra.
2.Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-Programm:
(a)għandhom jiżguraw bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Programm;
(b)għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li jikkonsistu f’kontribuzzjoni operazzjonali u tariffa ta’ parteċipazzjoni, għal programm u l-kostijiet amministrattivi ġenerali tiegħu;
(c)ma għandhomx jagħtu lill-pajjiż terz xi setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Programm;
(d)għandhom jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha;
(e)għandhom, meta jkun rilevanti, jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà u l-interessi tal-ordni pubbliku tal-Unjoni.
Għall-finijiet tal-punt (d), il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) 2024/2509 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, u għandu jiggarantixxi li d-deċiżjonijiet ta’ infurzar li jimponu obbligu pekunarju abbażi tal-Artikolu 299 tat-TFUE, kif ukoll is-sentenzi u l-ordnijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikunu infurzabbli.
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, taħt ġestjoni diretta jew taħt ġestjoni indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.
2.Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jingħata fi kwalunkwe forma f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist, u donazzjonijiet mhux finanzjarji.
3.Meta l-appoġġ mill-Unjoni jingħata fil-forma ta’ garanzija baġitarja jew strument finanzjarju, inkluż meta kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjoni ta’ taħlit, dan għandu jingħata esklużivament permezz tal-Istrument tal-InvestEU tal-ECF jew il-mekkaniżmu tat-twassil tal-GE u għandu jiġi implimentat f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Istrument tal-InvestEU tal-ECF u l-mekkaniżmu tat-twassil tal-GE permezz ta’ ftehimiet konklużi għal dak it-tip ta’ appoġġ fil-qafas tal-Istrument tal-InvestEU tal-ECF jew il-mekkaniżmi tat-twassil tal-GE.
4.L-appoġġ mill-Unjoni fil-forma ta’ garanzija baġitarja għandu jingħata fi ħdan l-ammont massimu tal-garanzija baġitarja stabbilit mir-Regolament dwar l-ECF jew il-GE.
5.Meta l-Programm juża l-Istrument tal-InvestEU tal-ECF jew il-mekkaniżmu tat-twassil tal-GE, dan għandu jagħti l-proviżjonament għall-garanzija baġitarja u l-finanzjament għall-istrumenti finanzjarji, inkluż meta jiġi kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli fil-forma ta’ operazzjoni ta’ taħlit.
Artikolu 9
Eliġibbiltà
1.Għandhom jiġu stabbiliti kriterji ta’ eliġibbiltà biex jappoġġaw il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Fil-proċeduri tal-għoti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, entità legali waħda jew iktar milli ġejjin jaf tkun/ikunu eliġibbli biex tirċievi/u appoġġ mill-Unjoni:
(a)entitajiet stabbiliti fi Stat Membru;
(b)entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz assoċjat;
(c)organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d)entitajiet oħra stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati, meta l-finanzjament ta’ tali entitajiet ikun essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjoni u jikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
3.Minbarra l-Artikolu 168(2) u (3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-pajjiżi terzi assoċjati msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu, meta jkun rilevanti, jipparteċipaw fi kwalunkwe mekkaniżmu tal-akkwist stabbilit fl-Artikolu 168(2) u (3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u jibbenefikaw minnu. Ir-regoli applikabbli għall-Istati Membri għandhom jiġu applikati, mutatis mutandis, għall-pajjiżi terzi assoċjati parteċipanti.
4.Il-proċeduri tal-għoti li jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi u tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, għandhom ikunu ristretti f’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, ir-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà għandhom japplikaw għall-fornituri ta’ riskju għoli, skont id-dritt tal-UE, għal raġunijiet ta’ sigurtà.
5.Rigward l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, meta jkun applikabbli, li l-azzjonijiet proposti jkunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri u mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, u li jqisu l-opinjoni konsultattiva tal-Koordinatur Ewropew responsabbli skont l-Artikolu 52(9) ta’ dak ir-Regolament.
6.Il-proposti tal-għoti għandhom jiġu ppreżentati minn Stat Membru wieħed jew iktar, jew bl-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati mill-proġett ta’ interess komuni jew mill-proġett ta’ interess reċiproku.
7.Il-proċeduri tal-għoti għall-għotjiet jew għal partijiet minnhom, li diġà jkunu ffinanzjati kompletament minn sorsi pubbliċi jew privati oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-Unjoni fil-kuntest tal-azzjonijiet ta’ sinerġija msemmija fl-Artikolu 6, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament.
8.Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 jew id-dokumenti relatati mal-proċedura tal-għoti jistgħu jispeċifikaw iktar il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament jew jistabbilixxu kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali għal azzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 10
Regoli komplementari għall-għotjiet
1.Minbarra r-raġunijiet għat-tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 132(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, l-ammont tal-għotja jista’ jitnaqqas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)għall-istudji, meta l-azzjoni ma tkunx inbdiet fi żmien sena wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim tal-għotja;
(b)għax-xogħlijiet, meta l-azzjoni ma tkunx bdiet fi żmien sentejn wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim tal-għotja;
(c)wara rieżami tal-progress tal-azzjoni, jiġi stabbilit li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-azzjoni tant kien serju li l-objettivi tal-azzjoni x’aktarx li ma jinkisbux;
2.Il-ftehim tal-għotja jista’ jiġi emendat jew itterminat abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3.L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew 2 għandhom ikunu disponibbli fil-qafas ta’ dan il-Programm.
4.Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ proċeduri kompetittivi kull meta jkun xieraq f’konformità mal-Artikolu 192(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 flimkien mal-Artikolu 198 ta’ dak ir-Regolament, il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, meta jkun debitament ġustifikat b’referenza għall-ħtieġa li tiġi ffaċilitata t-tlestija ta’ proġett globali, jista’ jispeċifika azzjoni u l-benefiċjarji, u jista’ jistabbilixxi ammont sa fejn jistgħu jiġu mistiedna proposti għal estensjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għaddejjin jew li jkunu tlestew fil-qafas tal-Programm, filwaqt li jiġu żgurati t-trattament ugwali u t-trasparenza skont l-Artikolu 191 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. L-għoti għal azzjonijiet li jkunu għaddejjin jista’ jieħu l-forma ta’ emenda tal-azzjoni oriġinali billi jiżdiedu attivitajiet ġodda u billi tiżdied il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintużaw biex ikopru l-ammonti riżervati fil-programm ta’ ħidma għal tali għoti.
5.Għall-istudji, l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż 50 % tal-kostijiet totali eliġibbli.
6.Għal xogħlijiet relatati mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż 50 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rata ta’ kofinanzjament għal azzjonijiet li jseħħu fi Stati Membri b’Introjtu Nazzjonali Gross (ING) per capita ta’ inqas minn 90 % tal-ING tal-Unjoni, l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż 75 % tal-kost totali eliġibbli.
7.Għal xogħlijiet relatati mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), għandu japplika dan li ġej:
(a)l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż 50 % tal-kost totali eliġibbli;
(b)ir-rati ta’ kofinanzjament imsemmija fil-punt (a) jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 75 % tal-kost totali eliġibbli għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni li, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2022/869, jagħtu livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista fuq livell reġjonali jew fl-Unjoni kollha, isaħħu s-solidarjetà tal-Unjoni jew joffru soluzzjonijiet ferm innovattivi.
8.F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport u tal-enerġija, fir-rigward ta’ xogħlijiet imwettqa fir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tapplika rata massima speċifika ta’ kofinanzjament ta’ 60 %.
9.L-appoġġ ipprovdut mill-Programm għandu jaċċellera jew jixpruna l-investimenti billi jindirizza il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, li jevita d-duplikazzjoni jew l-esklużjoni, u bl-inċentivar tal-finanzjament privat, u għandu jkollu valur miżjud għall-UE.
Artikolu 11
Proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
1.Il-Kummissjoni għandha twettaq, mill-inqas darba fis-sena, għażla ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-kriterji u l-proċedura stabbiliti f’dan l-Artikolu, fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fil-programm ta’ ħidma relatat imsemmi fl-Artikolu 12.
2.Il-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jipprovdu ffrankar tal-kostijiet għall-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni jew benefiċċji oħra għall-integrazzjoni tas-sistema, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività jew l-innovazzjoni, meta mqabbla ma’ proġett simili implimentat minn wieħed mill-Istati Membri parteċipanti jew minn pajjiż terz waħdu.
3.F’każ ta’ għotjiet għal xogħlijiet, l-applikant jenħtieġ li juri l-ħtieġa li jingħelbu l-fallimenti tas-suq jew l-ostakli finanzjarji bħall-vijabbiltà kummerċjali insuffiċjenti, kostijiet bil-quddiem għoljin jew in-nuqqas ta’ finanzjament tas-suq.
4.Sa (jum xahar sena) (jew 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 14 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura speċifiċi għall-għażla ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.
5.Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li talloka l-baġit tal-Programm previst għall-proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli lill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit bl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999 meta tkun tista’ tilħaq l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (b)(ii) tar-Regolament, u meta tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-kostijiet tal-kapital għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Il-kontribuzzjoni totali magħmula għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2034 ma għandhiex taqbeż 5 % tal-baġit ta’ dan il-Programm previst għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b).
Artikolu 12
Programm ta’ ħidma
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, meta jkun applikabbli, l-attivitajiet u l-ammonti relatati tal-appoġġ mill-Unjoni li jridu jiġu implimentati permezz tal-Istrument tal-InvestEU tal-ECF u l-mekkaniżmu tat-twassil tal-GE.
3.Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 13
Atti delegati
Soġġett għall-Artikolu 172, it-tieni paragrafu, tat-TFUE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Anness tiegħu rigward il-lista indikattiva ta’ proġetti.
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 11(4) u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2034.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11(4) u 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att delegat adottat skont l-Artikoli 11(4) u 413 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti f’deliberazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), il-kumitat għandu jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni li ġejja: “FNE Trasport”.
Għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), il-kumitat għandu jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni li ġejja: “FNE Enerġija”
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir hekk.
5.F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-kumitat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, filwaqt li jitqiesu s-sigurtà u l-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti f’deliberazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Emenda tar-Regolament (UE) 2024/1679
Fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2024/1679 jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika r-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ infrastruttura, li jindirizza kemm il-ħtiġijiet ċivili kif ukoll dawk tad-difiża (“infrastruttura b’użu doppju”).
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 61(3).”
Artikolu 17
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2021/1153, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 2021/1153.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29
4.Dimensjonijiet diġitali29
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30
4.2.Data30
4.3.Soluzzjonijiet diġitali31
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2021/1153 għall-perjodu 2028-2034.
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Investimenti Strateġiċi Ewropej
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettivi ġenerali tal-Programm huma l-kostruzzjoni, l-iżvilupp, l-iżgurar, l-immodernizzar u t-tlestija tan-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija, l-iffaċilitar tal-mobbiltà militari fin-networks trans-Ewropej tat-trasport, l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u l-iffaċilitar tas-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport u tal-enerġija.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku
L-objettivi speċifiċi tas-settur tat-trasport fil-FNE huma:
1) il-kontribut għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati ma’ networks tat-trasport interkonnessi, interoperabbli, intelliġenti, sostenibbli, reżiljenti u multimodali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2024/1679, b’mod partikolari permezz ta’:
- azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni transfruntiera li jimplimentaw in-network trans-Ewropew tat-trasport, inkluż azzjonijiet fir-rigward tas-sezzjonijiet elenkati b’mod indikattiv fl-Anness;
- azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni tal-Unjoni relatati mat-tlestija ta’ network trans-Ewropew tat-trasport li jkun intelliġenti, reżiljenti u sostenibbli;
- azzjonijiet relatati mal-proġetti ta’ interess komuni b’dimensjoni transfruntiera ma’ pajjiżi terzi li jimplimentaw in-network trans-Ewropew tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1679;
2) l-adattament ta’ partijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-ħsieb li jittejbu kemm il-mobbiltà ċivili kif ukoll dik militari.
L-objettivi speċifiċi tas-settur tal-enerġija huma:
1) il-kontribut għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2022/869, bil-ħsieb li jiġu promossi t-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-integrazzjoni ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, u l-interoperabbiltà tan-networks minn naħa għall-oħra tal-fruntieri u bejn is-setturi, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista;
2) l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, permezz tal-appoġġ ta’ proġetti transfruntieri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jew permezz ta’ offerti kompetittivi għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni, kompetittività, tlestija tas-suq intern tal-enerġija u sigurtà tal-provvista b’mod kosteffiċjenti.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Għat-trasport, il-FNE għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tlestija tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), b’enfasi fuq it-tlestija tan-network ewlieni u tan-network ewlieni estiż sal-2030 u sal-2040. F’dan il-kuntest, il-FNE se tikkonċentra b’mod partikolari fuq proġetti infrastrutturali b’dimensjoni transfruntiera qawwija. Il-FNE se tgħin ukoll biex jiġu introdotti soluzzjonijiet ta’ mobbiltà interoperabbli u intelliġenti fin-network TEN-T (pereżempju billi jiġu introdotti sistemi Ewropej ta’ ġestjoni tat-traffiku) u biex tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-UE lejn mobbiltà sostenibbli (pereżempju billi tiġi stabbilita provvista tal-enerġija fuq l-art għall-bastimenti fil-portijiet tat-TEN-T). Il-FNE tista’ żżid ukoll il-konnettività mal-pajjiżi terzi billi tiżviluppa s-sezzjonijiet transfruntiera tal-kurituri tat-TEN-T għall-pajjiżi kandidati. Barra minn hekk, il-FNE se tadatta partijiet tan-network TEN-T għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-ħsieb li jittejbu kemm il-mobbiltà ċivili kif ukoll dik militari.
Il-FNE Enerġija hija parti integrali mill-qafas ta’ politika tan-Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E), li huwa ffukat fuq il-konnessjoni tas-sistemi tal-enerġija tal-Istati Membri tal-UE. Tipprovdi appoġġ finanzjarju għal proġetti tal-ogħla valur miżjud għall-Unjoni li jkollhom impatt transfruntier sinifikanti. Il-FNE Enerġija tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ finanzjament mogħti lil proġetti rilevanti.
Il-FNE Enerġija tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntieri ewlenin li jikkontribwixxu għal: interkonnessjoni aħjar tan-networks tal-elettriku, tal-idroġenu u tas-CO2 tal-Istati Membri, id-diġitalizzazzjoni tal-grilji tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ grilji lil hinn mill-kosta, u l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ħżin u tal-elettrolizzaturi fil-grilji. Dawn min-naħa tagħhom se jippermettu l-integrazzjoni ta’ sehem dejjem akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tas-sistema fost il-veikoli tal-enerġija, u b’hekk se jwasslu għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, għal provvista tal-enerġija sigura u affordabbli għall-konsumaturi, għal integrazzjoni aħjar tas-suq, u għall-kompetittività tal-industrija.
Billi tipprovdi appoġġ għal proġetti transfruntieri direttament fil-livell tal-UE, il-FNE tgħin biex jingħelbu l-problemi ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw min-natura multiġuriżdizzjonali tal-proġetti. Bil-modus operandi effiċjenti tagħha, il-FNE tindirizza l-fallimenti tas-suq u tgħin biex jitwassal iktar investiment u finanzjament minn sorsi oħra, bħall-baġits nazzjonali, is-sistemi nazzjonali tat-tariffi tal-enerġija u b’mod partikolari s-settur privat, bl-użu tal-firxa sħiħa ta’ għodod disponibbli fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju. Il-FNE hija strument li diġà wera li ħadem għall-promoturi tal-proġetti tal-infrastruttura transfruntiera peress li tipprovdi punt ta’ kuntatt wieħed, ftehim ta’ għotja wieħed u sett wieħed ta’ regoli li jridu jiġu segwiti wkoll għall-iskema tal-monitoraġġ u tal-awditjar.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Il-Programm irid jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) [XXX]* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Prestazzjoni] li jistabbilixxi r-regoli għat-traċċar tan-nefqa u l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit. Ir-Regolament fih sett ta’ oqsma ta’ intervent b’indikaturi li se jintużaw għall-investimenti rilevanti fl-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija li saru fil-qafas tal-FNE.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Filwaqt li tkompli tibni fuq l-esperjenza pożittiva bl-implimentazzjoni tal-FNE Trasport u Enerġija mill-2014, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta għas-suċċessur tal-FNE fil-kuntest tat-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) wara l-2027. Il-programm jikkonċentra fuq proġetti b’dimensjoni transfruntiera qawwija u b’valur miżjud għoli għall-UE li jirrikjedu direzzjoni partikolari mill-UE biex jiġu implimentati b’mod koordinat fost l-Istati Membri bejn il-fruntieri.
Fis-settur tat-trasport, il-FNE tikkontribwixxi għat-tlestija tan-network ewlieni tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) sal-2030 u tan-network ewlieni estiż sal-2040 permezz tal-kostruzzjoni u l-immodernizzar tal-infrastruttura li hija meħtieġa għal operazzjonijiet tat-trasport transfruntieri bla xkiel. Dan se jwassal għal network bi prestazzjoni għolja għat-trasport tal-passiġġieri u tal-oġġetti. Il-FNE tappoġġa wkoll l-adattament ta’ partijiet rilevanti tan-network TEN-T għar-rekwiżiti tal-mobbiltà militari.
Fis-settur tal-enerġija, il-FNE tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2022/869, bil-ħsieb li jiġu promossi t-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-integrazzjoni ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, u l-interoperabbiltà tan-networks bejn il-fruntieri u s-setturi, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, il-FNE tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ proġetti transfruntieri tal-enerġija rinnovabbli jew permezz ta’ offerti kompetittivi għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni.
Il-programm jenħtieġ li jkun operazzjonali mal-bidu tal-QFP li jmiss fil-bidu tal-2028. Id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-programm bħall-iskedi tas-sejħiet għall-proposti, is-suġġett u l-baġit indikattiv tagħhom jew ir-regoli dettaljati dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti se jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma. B’mod partikolari, il-FNE Trasport diġà talloka l-aħħar fondi tagħha fl-2025 u l-promoturi ta’ proġetti infrastrutturali kbar se jiffaċċjaw diskrepanza fil-finanzjament għas-snin li jifdal tal-QFP attwali. Għalhekk, it-tnedija f’waqtha tal-FNE li jmiss u l-allokazzjoni bikrija tal-fondi mill-UE lill-benefiċjarji huma essenzjali.
Fir-rigward tal-modalità tal-ġestjoni għall-implimentazzjoni tal-programm, qed jiġi propost li jkompli t-twassil effiċjenti u mmirat taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni. Id-delega mġedda possibbli lil aġenzija eżekuttiva, bħall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA) fl-ambitu tal-QFP attwali, se tkun soġġetta għall-eżitu tal-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji u għad-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
L-Artikolu 171 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni s-setgħa li tiddefinixxi proġetti ta’ interess komuni fl-infrastruttura tat-TENs, filwaqt li jħalli f’idejn l-Istati Membri jagħżlu l-metodi ta’ implimentazzjoni. L-istess Artikolu jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tappoġġa tali proġetti ta’ interess komuni kif ukoll proġetti ta’ interess reċiproku ma’ pajjiżi terzi.
L-iskala u t-tip tal-problemi fil-mira tal-FNE jeħtieġu b’mod speċifiku azzjoni mill-Unjoni peress li min-natura tagħhom għandhom dimensjoni tal-Unjoni, u jistgħu jiġu solvuti b’mod iktar effiċjenti fil-livell tal-Unjoni, u b’hekk inġenerali jinkisbu benefiċċji akbar, implimentazzjoni iktar mgħaġġla u tnaqqis tal-kostijiet jekk il-Kummissjoni tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Il-finanzjament mill-Unjoni huwa wkoll il-mezz xieraq biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ finanzjament li tipikament jiffaċċjaw il-proġetti transfruntieri: id-distribuzzjoni inugwali tal-benefiċċji tal-proġetti u tal-kostijiet tal-proġetti bejn l-Istati Membri differenti kkonċernati tagħmilha iktar diffiċli biex dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati minn sorsi ta’ finanzjament nazzjonali.
L-infrastruttura tat-TEN-T u tat-TEN-E: Minħabba n-natura transfruntiera tagħhom, il-proġetti tat-TEN-T u tat-TEN-E joħolqu esternalitajiet pożittivi sinifikanti fil-livell tal-UE u jrawmu s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, iżda jinvolvu wkoll sfidi speċifiċi għall-promoturi tal-proġetti, minħabba n-natura multiġuriżdizzjonali tagħhom, il-problemi ta’ koordinazzjoni u distribuzzjoni spiss asimetrika tal-kostijiet u tal-benefiċċji. Għalhekk, dawn jeħtieġu appoġġ fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, għall-mobbiltà militari bla xkiel fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ strument li jikkoordina l-finanzjament fl-Istati Membri kollha.
Enerġija rinnovabbli: Il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli hija kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni, kompetittività, tlestija tas-suq intern tal-enerġija u sigurtà tal-provvista b’mod kosteffiċjenti. Madankollu, ftit Stati Membri biss jispjegaw kif biħsiebhom jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni dwar proġetti konġunti ma’ Stat Membru wieħed jew iktar fil-pjanijiet nazzjonali finali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999. Hemm riskju li l-kooperazzjoni transfruntiera tibqa’ f’livell subottimali fl-assenza ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
Valur miżjud għall-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)
Il-FNE tagħti valur miżjud għall-UE permezz tal-iżvilupp tal-konnettività fit-trasport u fl-enerġija, u permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-enerġija rinnovabbli, billi tiffoka fuq beni pubbliċi b’dimensjoni Ewropea kif ukoll fuq proġetti li ma jkunux jistgħu jitwettqu mingħajr l-appoġġ mill-UE. B’mod iktar speċifiku, il-valur miżjud għall-UE mill-FNE jinsab fil-kapaċità tagħha li:
–Tidderieġi finanzi pubbliċi u privati favur l-objettivi ta’ politika tal-UE;
–Tippermetti investimenti ewlenin fejn il-kostijiet jiġġarrbu fil-livell nazzjonali/lokali filwaqt li l-benefiċċji jkunu tanġibbli fuq skala Ewropea;
–Jaċċellera l-bidla lejn infrastruttura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, diġitali u reżiljenti.
L-appoġġ mill-UE mill-programm il-ġdid tal-FNE jiffoka fuq azzjonijiet li jkun fihom l-ogħla valur miżjud għall-UE. B’mod iktar speċifiku:
Fil-qasam tat-trasport, l-FNE tkopri sezzjonijiet transfruntieri u konġestjonijiet prinċipalment fin-network ewlieni u fin-network ewlieni estiż tat-TEN-T u fi proġetti rigward il-Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE.
Fil-qasam tal-enerġija, il-FNE għandha l-għan li ttejjeb l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija u l-interoperabbiltà tan-networks tal-enerġija bejn il-fruntieri, id-dekarbonizzazzjoni, l-effiċjenza enerġetika, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista, kif ukoll li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli. Dawn il-proġetti transfruntieri li se jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-FNE Enerġija jikkostitwixxu l-ħolqiet neqsin fl-iżvilupp ta’ sistema tal-enerġija kompletament interkonnessa u dekarbonizzata, peress li mhumiex promossi jew prijoritizzati biżżejjed mill-Istati Membri u mill-operaturi fil-livell nazzjonali. Il-FNE tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ dawn il-proġetti transfruntieri billi tappoġġa attivitajiet speċifiċi għas-setturi fil-forma ta’ studji u xogħlijiet.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-evalwazzjoni ex post tal-FNE 2014-2020 u l-evalwazzjoni interim tal-FNE 2021-2027 qed jitwettqu b’mod parallel u x-xogħol jinsab fi stadju avvanzat sew.
Is-sejbiet preliminari taż-żewġ evalwazzjonijiet tal-FNE jikkonfermaw li sa issa l-programm kellu prestazzjoni tajba. It-tfassil tal-istrument huwa xieraq biex jiġi indirizzat nuqqas storiku ta’ finanzjament fl-infrastruttura transfruntiera b’valur miżjud għoli għall-UE billi l-finanzjament għal dawn il-proġetti jiġi delimitat fi strument iddedikat. Hemm koerenza tajba ma’ strumenti u politiki oħra ta’ finanzjament mill-UE, b’mod partikolari rigward id-dekarbonizzazzjoni. Il-mudell ta’ governanza tiegħu bl-użu ta’ sejħiet kompetittivi għal proposti u ġestjoni diretta tal-fondi permezz ta’ aġenzija ċentralizzata huwa adattat sew biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-programm u jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-applikanti. Il-finanzjament tal-FNE b’mod konsistenti jitqies bħala indispensabbli, u jiffaċilita proġetti kruċjali tat-trasport u tal-enerġija li kieku jiffaċċjaw dewmien sinifikanti, ambitu idjaq, jew ma jitwettqux għalkollox minħabba finanzjament nazzjonali jew privat insuffiċjenti. Lil hinn mill-appoġġ finanzjarju dirett, il-FNE tipprovdi ingranaġġ sinifikanti, filwaqt li tattira kapital pubbliku u privat addizzjonali u taġixxi bħala ankra strateġika għall-investiment.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-inizjattiva hija parti mill-proposta tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2028-2034.
Il-FNE jenħtieġ li tiffoka fuq l-appoġġ ta’ proġetti transfruntieri rigward in-networks TEN-T u TEN-E, kif ukoll proġetti għal mobbiltà militari bla xkiel madwar l-Unjoni, u proġetti fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli.
L-investimenti tal-Istati Membri fin-network TEN-T skont il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali tagħhom jenħtieġ li jikkomplementaw l-investimenti tal-FNE, b’mod partikolari fuq sezzjonijiet nazzjonali li jikkollegaw mal-konnessjonijiet transfruntieri indikati fl-anness tal-FNE u biex jiffinanzjaw l-infrastruttura u l-ġenerazzjoni tal-grilja nazzjonali tal-enerġija.
Fil-qasam tal-enerġija, il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali jistgħu jsaħħu l-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija pprovduti mill-FNE, pereżempju permezz ta’ investiment f’assi tal-enerġija li ma jkunux ta’ natura transfruntiera iżda jkunu ugwalment importanti għat-tranżizzjoni tal-enerġija.
L-estensjoni tal-kurituri tat-TEN-T għall-pajjiżi kandidati u l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija f’pajjiżi terzi jenħtieġ li tiġi appoġġata f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Ewropa Globali.
Orizzont Ewropa se jkompli jappoġġa r-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-trasport u fl-enerġija u se jkun konness mill-qrib mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività li jkopri l-espansjoni u l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi mill-iktar avvanzati għad-dekarbonizzazzjoni, għad-diġitalizzazzjoni u għar-reżiljenza tat-trasport u tal-enerġija. Il-Fond Ewropew għall-Kompetittività se jkun ukoll komplementari għall-FNE billi se joffri l-possibbiltajiet ta’ garanziji għal proġetti infrastrutturali.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Filwaqt li r-rabta iktar mill-qrib bejn il-finanzjament mill-UE u l-prijoritajiet ta’ politika tal-pjanijiet issaħħaħ id-dimensjoni transfruntiera tagħhom, bil-mekkaniżmu ta’ tmexxija li jiżgura enfasi iktar b’saħħitha fuq il-proġetti transfruntieri b’valur miżjud għoli għall-UE, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali transfruntieri permezz tal-pjanijiet tkun iktar kumplessa u għalja kemm għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll għall-promoturi tal-proġetti. L-allinjament tal-aġendi ta’ investiment tal-Istati Membri ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien ikun proċess twil, kemm matul in-negozjati tal-pjan inizjali kif ukoll f’każ li jkun hemm xi emendi. Pereżempju, il-Ġermanja jkollha tikkoordina l-pjan nazzjonali tagħha ma’ tmien Stati Membri ġirien; l-Ungerija ma’ ħamsa. Meta l-proċess jiddewwem fi Stat Membru wieħed jew iktar, dan jaf jikkawża dewmien ulterjuri. Filwaqt li l-Kummissjoni tista’ tappoġġa dawn l-isforzi ta’ koordinazzjoni — kemm matul in-negozjati kif ukoll permezz tal-għoti ta’ assistenza teknika permezz tal-pjanijiet — il-piż għall-awtoritajiet tal-Istati Membri xorta jibqa’ sinifikanti. Dan jista’ jżid ukoll b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-promoturi tal-proġetti, li jkollhom bżonn jimplimentaw il-proġetti transfruntieri tagħhom skont diversi pjanijiet nazzjonali u jirrapportaw fi skemi separati ta’ rapportar u ta’ awditjar (waħda għal kull Stat Membru).
Minkejja dan, il-valutazzjoni tal-impatt enfasizzat li l-Pjantijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali jistgħu jipprevedu investimenti komplementari għal sezzjonijiet transfruntieri u għal proġetti ta’ rilevanza għolja għall-UE. Strument iddedikat f’ġestjoni diretta se jiżgura li l-proġetti transfruntieri jiġu ffinanzjati abbażi ta’ approċċ kompetittiv bl-għażla ta’ proġetti tal-ogħla kwalità, maturità u valur miżjud għall-UE. Il-benefiċjarji jkollhom punt ta’ kuntatt uniku u proċedura unika għall-applikazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ proġett. Barra minn hekk, il-proġetti jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-Kummissjoni.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–b’effett mill-01/01/2028 sal-31/12/2034
–
impatt finanzjarju mill-2028 sal-2034 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2028 sal-2040 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
–lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn dawn il-korpi jkunu kkontrollati minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti:
Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta u indiretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. B’mod parallel mal-perjodu 2014-2020 u mal-perjodu 2021-2027, il-biċċa l-kbira tal-baġit tista’ tiġi implimentata b’delega lil aġenzija eżekuttiva. F’dan il-każ, l-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-programm biss jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-Programm irid jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) [XXX]* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Prestazzjoni] li jistabbilixxi r-regoli għat-traċċar tan-nefqa u l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit, inkluż l-arranġament tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tar-rapportar għall-programmi kollha.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-programm se jkun implimentat b’ġestjoni diretta. Mistenni li jiġi ddelegat lil aġenzija eżekuttiva, filwaqt li xi miżuri ta’ appoġġ tal-programm se jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni. Is-CINEA, l-aġenzija eżekuttiva stabbilita, għandha l-istruttura u l-proċessi meħtieġa biex tiżgura l-ġestjoni kontinwa tal-FNE.
Il-programm se jiġi implimentat prinċipalment permezz ta’ għotjiet, li huma l-istrument ta’ finanzjament xieraq għall-proġetti infrastrutturali u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq skala kbira.
L-istrateġija ta’ kontroll se tiġi stabbilita kif xieraq u se tiffoka fuq tliet stadji ewlenin tal-implimentazzjoni tal-għotjiet, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, jiġifieri l-organizzazzjoni ta’ sejħiet u l-għażla ta’ proposti li jaqblu mal-objettivi ta’ politika tal-programm, il-kontrolli operazzjonali, ta’ monitoraġġ u ex ante li jkopru l-implimentazzjoni tal-proġett, l-akkwist pubbliku, il-prefinanzjament, il-pagamenti interim u finali, kif ukoll il-kontrolli u l-pagamenti ex post.
Mistenni li din l-istrateġija ta’ kontroll tagħti riżultati tal-prestazzjoni f’konformità mal-metrika osservata għall-ewwel iterazzjoni tal-programm:
~ 100 % tal-eżekuzzjoni ta’ impenn u pagament u approprjazzjonijiet ta’ pagament;
~ 100 % tal-benefiċjarji infurmati fil-ħin;
~ 100 % tal-għotjiet iffirmati fil-ħin;
~ 100 % tal-pagamenti mħallsa fil-ħin;
~ Ir-riskju fil-mument tal-pagament u fl-għeluq fuq bażi annwali taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji indentifikati jibqgħu ġeneralment identiċi għal dawk identifikati għall-verżjonijiet preċedenti tal-programm:
Żvilupp iktar kajman milli mixtieq fuq il-prijoritajiet ewlenin (kurituri, proġetti ta’ interess komuni), minħabba adozzjoni tas-suq insuffiċjenti jew minħabba l-kwalità tal-proġetti mressqin;
Dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett;
Nuqqas ta’ disponibbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni jew problemi ta’ kwalità tad-data;
Erruri possibbli jew ġestjoni ħażina tal-fondi tal-UE, inkluż ir-riskju potenzjali ta’ finanzjament doppju u l-kumplessitNuqqas ta’ disponibbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni jew problemi ta’ kwalità tad-data;à tar-regoli
Riskji esterni li jaffettwaw b’mod materjali l-infrastruttura u/jew il-prijoritajiet, bħal riskji ġeopolitiċi jew avvenimenti klimatiċi kbar.
Riskji esterni li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-finanzjament jew il-kundizzjonijiet tas-suq, b’mod partikolari jekk ikun hemm tnaqqis fid-domanda għall-infrastruttura jew fil-provvista tal-kreditu kif kien il-każ fl-aħħar kriżi finanzjarja.
Mistenni li l-funzjonijiet ta’ kontroll ewlenin żviluppati għall-iterazzjoni preċedenti tal-programm jibqgħu validi, filwaqt li jiżguraw li tingħata attenzjoni lill-kompetittività tar-riżerva ta’ proġetti, jiffokaw fuq l-objettivi ta’ politika, jiżguraw l-involviment tal-atturi kollha, flessibbiltà baġitarja xierqa u kontrolli ex ante u ex post konsistenti.
Dawn ir-riskji jridu jiġu indirizzati billi jiżguraw li tingħata attenzjoni lill-kompetittività tar-riżerva ta’ proġetti, billi ssir enfasi fuq il-kontributi tal-proġetti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika, billi jiġi żgurat l-involviment sistematiku tal-atturi kollha, u billi tinżamm il-flessibbiltà baġitarja xierqa. Is-sett ta’ kontrolli ex ante u ex post se jiġi adattat skont l-livell ta’ riskji perċepiti.
Għal dan l-għan, il-kontrolli se jkunu appoġġati minn valutazzjoni tar-riskju minn isfel ’il fuq, minn valutazzjoni sistematika tal-qafas ta’ kontroll, minn rapportar xieraq tad-devjazzjonijiet (reġistru tal-eċċezzjonijiet u tan-nuqqas ta’ konformità), u minn azzjonijiet korrettivi li jsiru fir-rigward ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew mill-Awtorità tal-Kwittanza.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Kost u benefiċċji tal-kontrolli
Mistenni li l-ikbar parti tal-programm se tiġi implimentata mill-aġenzija eżekuttiva CINEA, u b’hekk se jiġi żgurat kost tal-kontroll komparabbli ma’ dak tal-FNE attwali. L-għadd limitat ta’ għotjiet implimentati direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni jista’ jkun soġġett għal kostijiet ogħla ta’ kontroll, minħabba l-valuri individwali baxxi ta’ dawn l-għotjiet u l-assenza ta’ ekonomiji ta’ skala.
Għall-proġetti ġestiti mill-aġenzija eżekuttiva, il-kost tal-kontroll għall-FNE attwali ġie diviż bejn il-kost tas-sorveljanza fil-livell tal-Kummissjoni u l-kost tal-kontrolli operazzjonali fil-livell tal-korp ta’ implimentazzjoni.
Il-kost tal-kontrolli fil-livell tal-Kummissjoni, fiż-żewġ DĠs involuti, huwa stmat li jammonta għal madwar 0,1 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali fil-livell tal-programm.
Dawn il-kontrolli jimmiraw li jiżguraw sorveljanza bla xkiel u effettiva tal-Aġenzija mid-DĠs responsabbli, u li jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni.
F’perimetru kostanti, żieda fil-kost tas-superviżjoni fil-livell tal-Kummissjoni jenħtieġ li tkun mistennija li tirrifletti r-rekwiżiti estiżi fir-rigward tas-sorveljanza tal-aġenziji eżekuttivi kif ukoll l-isforz addizzjonali li se jkun marbut mal-għoti ta’ assigurazzjoni dwar il-bidliet fil-programm.
Is-CINEA tippreżenta ambjent ta’ kontroll stabbli. Il-kost tal-kontroll fil-livell tal-aġenzija huwa mistenni li se jibqa’ fil-medda osservata matul l-2021-2024 (0,9 % sa 1,3 %) jew qribha. Madankollu, il-bini tal-kapaċità meħtieġ għall-adattament għall-bidliet fil-programm jew għall-aġġustament tal-proċessi ta’ kontroll jista’ jsarraf f’żieda fil-kost tal-kontrolli. Il-benefiċċji tal-kontrolli huma dawn li ġejjin:
- L-evitar ta’ għażla ta’ proposti iktar dgħajfa jew insuffiċjenti;
- L-ottimizzar tal-ippjanar u l-użu tal-fondi tal-UE, biex jiġi ppreservat il-valur miżjud għall-UE;
- L-iżgurar tal-kwalità tal-ftehimiet ta’ għotja, filwaqt li jiġu evitati l-erruri fl-identifikazzjoni ta’ entitajiet legali, jiġi żgurat il-kalkolu korrett tal-kontribuzzjonijiet tal-UE u jittieħdu l-garanziji meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tal-għotjiet;
- Is-sejbien ta’ kostijiet ineliġibbli fl-istadju tal-pagament;
- Is-sejbien ta’ erruri li jolqtu l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet fl-istadju tal-awditjar;
- Iż-żieda tal-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni.
Se titqies l-opportunità li jiddaħħlu għażliet tal-kostijiet issimplifikati, soġġett għal analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji pożittiva fir-rigward tal-effett tagħhom fuq ir-rata ta’ erruri, fuq il-kostijiet tal-kontrolli u fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-kontrolli.
Stima tal-livell ta’ errur
Ir-riskju stmat fil-mument tal-pagament u fl-għeluq huwa stmat li se jibqa’ taħt it-2 % fuq bażi annwali, fl-istess medda bħar-rati ta’ erruri osservati għall-FNE2.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament huma impenjati li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bi qbil mal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, COM(2019) 196 final, u l-pjan ta’ azzjoni rivedut tagħha, COM(2023) 405 final.
Il-miżuri kontra l-frodi jkopru b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra; il-verifiki effettivi; l-irkupru tal-ammonti mħallsin bi żball, u jekk jinstabu irregolaritajiet, penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Id-DĠ MOVE u ENER, kif ukoll l-aġenzija ta’ implimentazzjoni CINEA, aġġornaw l-istrateġiji kontra l-frodi u l-pjanijiet ta’ azzjoni relatati tagħhom fil-livell ta’ DĠ li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tan-nefqa, filwaqt li qiesu l-proporzjonalità kif ukoll il-kost u l-benefiċċju tal-miżuri li jridu jiġu implimentati, u tħalla marġini għall-valutazzjoni tar-riskju tal-programm.
It-tliet servizzi tal-Kummissjoni se jiżguraw li l-approċċ tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ frodi jintuża biex jidentifika oqsma ta’ riskju għoli, filwaqt li jqisu analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji speċifika għas-settur skont id-DĠ, kif ukoll il-ħidma ta’ prevenzjoni tal-frodi u ta’ analiżi tar-riskji tal-OLAF.
Il-monitoraġġ amministrattiv tal-kuntratti, tal-għotjiet u tal-pagamenti relatati jaqa’ fl-ambitu tas-CINEA. L-istrateġija kontra l-frodi tiġi aġġornata kull sentejn; l-aħħar aġġornament sar fl-2024. L-Aġenzija tiżviluppa l-miżuri proprji tagħha kontra l-frodi, inkluż strateġija tal-awditjar ex post biex tivvaluta l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u biex tirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bi żball. Is-CINEA hija soġġetta kull sena għall-awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rigward tal-istampa vera u ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti (introjtu u nefqa), u l-Aġenzija hija soġġetta kull sena għall-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE.
Il-kuntratti għal għotjiet u akkwist konklużi mid-DĠs ta’ implimentazzjoni jew mis-CINEA se jissejsu fuq mudelli standard, li se jistabbilixxu l-miżuri ġeneralment applikabbli kontra l-frodi, inkluż is-setgħa tal-awditjar, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet kif imsemmi iktar ’il fuq. Il-Kummissjoni, ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri se jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta’ għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni.
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) se jkun awtorizzat li jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament, f’konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, bl-għan li jistabbilixxi jekk tkunx saret frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja, deċiżjoni jew kuntratt dwar finanzjament mill-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) se jkollu l-aċċessi meħtieġa biex jeżerċita l-kompetenzi tiegħu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
2
|
05 01 01 Nefqa ta’ appoġġ għall-FNE (Trasport, Enerġija, Mobbiltà Militari)
|
/Mhux diff.
|
LE
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
2
|
05 02 01 01 – FNE Trasport
|
Diff.
|
LE
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
2
|
05 02 01 02 – FNE Mobbiltà Militari
|
Diff.
|
LE
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
2
|
05 02 02 – FNE Enerġija
|
Diff.
|
LE
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
2
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
05 02 01 01– FNE Trasport
|
Impenji
|
(1a)
|
4,282
|
4,455
|
4,637
|
4,825
|
4,517
|
5,220
|
5,428
|
33,864
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
05 02 01 02 – FNE Mobbiltà Militari
|
Impenji
|
(1b)
|
2,842
|
2,899
|
2,609
|
2,483
|
2,533
|
2,214
|
2,071
|
17,651
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
05 02 02 – FNE Enerġija
|
Impenji
|
(1b)
|
3,782
|
3,936
|
4,096
|
4,261
|
4,432
|
4,610
|
4,795
|
29,912
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
05 01 01
|
Nefqa ta’ appoġġ għall-FNE (Trasport, Enerġija, Mobbiltà Militari)
|
(3)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
10,906
|
11,290
|
11,342
|
11,569
|
11,982
|
12,045
|
12,294
|
81,428
|
|
għad-DĠ MOVE/ENER
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
4
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
DĠ
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
Riżorsi umani
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
81,704
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
798,000
|
|
TOTAL TAD-DĠ MOVE/ENER
|
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
879,672
|
879,704
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
879,672
|
879,704
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (ma għandhiex timtela għall-aġenziji deċentralizzati)
L-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-fini tal-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet ta’ dan il-programm se jikkorrispondu għall-indikaturi komuni previsti skont ir-Regolament (UE) [XXX]* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Prestazzjoni].
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL GĦALL-PERJODU 2028 – 2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
INTESTATURA 4
|
|
Riżorsi umani
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
11,672
|
81,704
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
114,000
|
798,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
125,672
|
879,704
|
|
Barra mill-INTESTATURA 4
|
|
Riżorsi umani
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
|
TOTAL
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
=======================================================
===================================================================
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - barra mill-Intestatura 7
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
|
TOTAL
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
61
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
2
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Nefqa ta’ appoġġ għas-Segretarjat għar-Rieżami tal-Prestazzjoni
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
|
TOTAL
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
103
|
Meta titqies is-sitwazzjoni iebsa ġenerali fl-Intestatura 4, f’termini kemm ta’ persunal kif ukoll ta’ livell ta’ approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni.
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
·
|
·Irid jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni
|
·Persunal addizzjonali eċċezzjonali*
|
|
·
|
·
|
·Irid jiġi ffinanzjat taħt l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka
|
·Irid jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
·Irid jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
·Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
·61
|
·
|
·Mhux applikabbli
|
·
|
|
·Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
·32
|
·
|
·10*
|
·
|
*L-10 FTEs ġodda jikkorrispondu għall-10 pożizzjonijiet li jridu jaslu fl-2028 għas-Segretarjat għar-rieżami tal-prestazzjoni taħt il-linja baġitarja 02 01 21 02 kif maqbul mill-koleġiżlaturi matul in-negozjati tar-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni).
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
·Żvilupp u strateġija ta’ politika
·Appoġġ għal fora reġjonali u tematiċi għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
·Koordinazzjoni u skambju mal-partijiet ikkonċernati kollha (l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, DĠs oħra u istituzzjonijiet oħra tal-UE, fora tematiċi jew reġjonali, eċċ.).
·Żvilupp tal-programm ta’ ħidma
·Proċessi tal-għażla
·Ġestjoni tas-sejħa għal proposti annwali u għażla ta’ proġetti għall-appoġġ finanzjarju mill-UE
·Ġestjoni operazzjonali u finanzjarja tal-proġetti
·Evalwazzjonijiet
|
|
Persunal estern
|
·Appoġġ għal fora reġjonali u tematiċi għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
·Appoġġ għall-proċessi tal-għażla
·Appoġġ għall-ġestjoni tas-sejħiet annwali għall-proposti u l-għażla ta’ proġetti għall-appoġġ finanzjarju mill-UE
·Appoġġ għall-ġestjoni finanzjarja u tal-proġetti
·Appoġġ għall-organizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028 - 2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
INTESTATURA 4
|
|
Nefqa tal-IT* (korporattiva)
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
5,915
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
0,845
|
5,915
|
|
Barra mill-INTESTATURA 4
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
14,23
|
14,59
|
14,967
|
15,364
|
15,78
|
16,217
|
16,675
|
107,823
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4
|
14,23
|
14,59
|
14,967
|
15,364
|
15,78
|
16,217
|
16,675
|
107,823
|
|
|
|
TOTAL
|
15,075
|
15,075
|
15,075
|
15,075
|
15,075
|
15,075
|
15,075
|
113,738
|
*In-nefqa tal-IT taħt H4 ġiet ikkalkulata skont l-istruzzjoni tad-DĠ BUDG li ġejja: l-għadd ta’ FTEs immultiplikat b’EUR 8 200 għal kull FTE.
3.2.6.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta hija konsistenti mal-proposta għall-QFP 2028-2034
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Total
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) se tkompli tappoġġa l-għodod tal-IT li wrew li huma kruċjali għall-ġestjoni effiċjenti u trasparenti tal-proġetti. Għodod, bħall-Ispazju Uniku għall-Iskambju Elettroniku ta’ Data (SEDIA, Single Electronic Data Interchange Area), eGrants, TENtec, Map-IT, EMI-ECS, QlikSense (jew xi soluzzjoni oħra tal-Intelligence tan-Negozju u tal-Analiżi tad-Data li tappoġġa l-viżwalizzazzjoni, l-esplorazzjoni u l-analiżi tad-data), il-Pjattaforma ta’ Trasparenza (TP Viewer), CIRCABC, EUSurvey u ARACHNE huma strumentali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-FNE se tkompli tappoġġa l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni relatati ma’ firxa ta’ sistemi tal-IT u ambjenti ta’ skambju ta’ informazzjoni awtorizzati mil-liġijiet u mill-inizjattivi tal-UE bħal ESSKY, PRIME KPI, EMSWe, eFTI, eċċ.
L-SEDIA, permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, jipprovdi punt ta’ dħul uniku għall-proċessi ta’ finanzjament u ta’ akkwist, filwaqt li jiċċentralizza d-data tal-parteċipanti u jnaqqas ix-xogħol manwali. eGrants tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-għotjiet, filwaqt li tiżgura l-konsistenza u t-traċċabbiltà. Il-Map-IT tippermetti l-ikkowdjar kemm tal-indikaturi kwalitattivi kif ukoll ta’ dawk kwantitattivi tal-proġetti biex jiġi appoġġat ir-rapportar tematiku u fil-livell tal-pajjiżi. Is-CIRCABC tiffaċilita l-ġestjoni kollaborattiva tad-dokumenti b’kontroll tal-verżjonijiet u b’aċċess multilingwi. L-EUSurvey tintuża għall-ġbir strutturat tad-data, filwaqt li l-ARACHNE ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-proġetti billi tidentifika r-riskji potenzjali ta’ frodi permezz ta’ data arrikkita u indikaturi tar-riskju.
It-TENtec, is-sistema ta’ informazzjoni għan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), tipprovdi mapep interattivi u rapporti aġġornati biex tappoġġa t-trasparenza, it-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati, u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. It-TENtec tiġbor u taħżen informazzjoni ġeografika, finanzjarja u storika dwar l-infrastruttura tan-network tat-trasport tal-UE u tal-pajjiżi ġirien tagħha għall-finijiet tal-ippjanar, tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm tat-TEN-T. It-TENtec hija sistema meħtieġa mir-Regolament (UE) 2024/1679. Żviluppata mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-politika tat-TEN-T, tgħin fil-monitoraġġ tal-proġetti, u tappoġġa l-immudellar tat-trasport u l-ippjanar futur. It-TENtec tinkludi wkoll data dwar il-mobbiltà militari u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, li t-tnejn li huma jirfdu l-prijoritajiet politiċi rilevanti, u hija suxxettibbli li takkomoda diversi tipi ta’ data ta’ politika li jeħtieġu ġeolokalizzazzjoni.
B’rabta mat-TENtec, l-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi (EAFO, European Alternative Fuels Observatory) huwa għodda ewlenija tal-IT li tappoġġa l-monitoraġġ tat-tranżizzjoni lejn mobbiltà sostenibbli kif stabbilit pereżempju fir-Regolament (UE) 2023/1804 dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. L-EAFO jipprovdi data u statistika komprensivi u aġġornati dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, l-użu tal-vetturi u l-miżuri ta’ politika nazzjonali madwar l-UE. L-EAFO jservi bħala l-għodda tal-IT li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-obbligi legali skont ir-Regolament (UE) 2023/1804, bħall-Punt ta’ Aċċess Komuni tal-UE rigward id-data dwar il-fjuwils alternattivi.
L-EMI-ECS hija għodda tal-IT li tintuża għall-għażla u għall-ikkuntrattar għal esperti esterni involuti fl-evalwazzjonijiet tal-proposti. Il-QlikSense hija għodda li tintuża għall-istatistika u għall-monitoraġġ tal-proġetti. Il-Pjattaforma ta’ Trasparenza u t-TP Viewer huma għodod li jintużaw biex jipprovdu informazzjoni u statistika dwar proġetti ffinanzjati lill-pubbliku.
Il-pjattaforma tal-Ajru Uniku Ewropew (ESSKY) tappoġġa lill-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti tal-Ajru Uniku Ewropew (SES, Single European Sky). Tipprovdi aċċess għal informazzjoni rilevanti permezz ta’ libreriji u toffri funzjonalità ta’ sottomissjoni tad-dokumenti.
Is-sistema tal-Pjattaforma tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni għall-Amministraturi tal-Infrastruttura Ferrovjarja fl-Ewropa (PRIME KPI) tippermetti l-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati mat-trasport ferrovjarju. Tipprovdi pjattaforma ta’ rapportar għall-amministraturi tal-infrastruttura.
Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kredenzjali tas-Sigurtà C-ITS tal-Unjoni Ewropea (EU CCMS) tappoġġa l-introduzzjoni ta’ sistemi u ta’ teknoloġiji tas-C-ITS fl-Ewropa. Hija bbażata fuq elementi ċentrali li jappoġġaw l-interoperabbiltà sigura fil-livell Ewropew. Id-Direttiva 2010/040 dwar Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti tiddefinixxi r-rwoli tal-Kummissjoni fl-EU CCMS.
L-ambjent ta’ Single Window Marittima Ewropea ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1239 u huwa qafas legali u tekniku biex jiġi armonizzat l-iskambju ta’ formalitajiet amministrattivi bejn l-operaturi marittimi u l-awtoritajiet matul waqfa f’port fl-UE. Dan jikkonsisti f’network ta’ Single Windows Nazzjonali Marittimi kkomplementati minn komponenti u servizzi komuni tal-IT ġestiti mill-Kummissjoni.
L-ambjent ta’ skambju tal-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI) huwa arkitettura tal-IT deċentralizzata fl-UE kollha, stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/1056. Se jappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti għall-verifiki tal-konformità ma’ sitt regolamenti u direttivi tal-UE dwar it-trasport kif ukoll iktar minn 170 att legali nazzjonali li jirregolamentaw it-trasport tal-merkanzija fl-Istati Membri.
Is-soluzzjoni tal-Korsiji Ħodor ta’ Galileo timmonitorja s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-qsim tal-fruntieri tat-TEN-T għall-merkanzija bit-triq u l-ħin tal-ivvjaġġar għall-merkanzija bil-ferrovija fil-kurituri tat-TEN-T. Din tipprovdi viżibbiltà għall-uffiċjali tal-fruntieri u għat-trasportaturi rigward is-sitwazzjoni tal-fruntieri, u tippermettilhom jaraw liema fruntieri jkollhom l-ogħla traffiku. Is-soluzzjoni tal-Korsiji Ħodor ta’ Galileo tippermetti lill-fruntieri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-“Korsija Ħodor”, u b’hekk tiffaċilita l-fluss tat-traffiku ta’ inqas minn 15-il minuta.
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar il-Mobbiltà (EMDS, European Mobility Data Space) jenħtieġ li jippermetti l-iskoperta u l-kondiviżjoni tad-data minn sorsi eżistenti u futuri tad-data dwar it-trasport u l-mobbiltà. Fil-Komunikazzjoni dwar l-EMDS (COM/2023/751 final), il-Kummissjoni spjegat li wieħed mill-komponenti ewlenin huwa portal tal-(meta)data li permezz tiegħu l-ekosistemi tad-data rilevanti kollha jistgħu jikkondividu l-metadata tat-tipi ta’ data li jiġġestixxu u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess rispettivi.
|
4.2.Data
|
L-għodod diġitali appoġġati mill-FNE huma ta’ natura differenti ħafna, jikkonċernaw modalitajiet differenti tat-trasport u atturi differenti li jiskambjaw l-informazzjoni (is-servizzi tal-Kummissjoni, il-benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali, is-sħab tan-negozju, eċċ.). Għalhekk l-għodod jipproċessaw ukoll firxa wiesgħa ta’ data differenti. B’mod ġenerali, isegwu l-prinċipju ta’ darba biss, jiżguraw l-użu mill-ġdid massimu tad-data u jevitaw li tiddaħħal data ripetittiva, filwaqt li jikkondividu d-data b’mod sikur u sigur.
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
L-għodod kollha deskritti huma mfassla biex jippromwovu l-koerenza, itejbu l-effiċjenza, u jiżguraw l-interoperabbiltà, u b’hekk isaħħu l-kwalità ġenerali tal-proċessi li jirfdu s-servizzi tal-Kummissjoni relatati mal-FNE u jappoġġaw l-implimentazzjoni bla xkiel tas-Suq Uniku.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
L-għodod diġitali kollha li ġew deskritti diġà qed jintużaw mill-partijiet ikkonċernati. Dawn juru interoperabbiltà b’saħħitha permezz ta’ tekniki standardizzati ta’ skambju tal-informazzjoni.
Għall-ispazju Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, il-Kummissjoni qed taħdem fuq id-dettalji tal-introduzzjoni tiegħu.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
L-għodod diġitali deskritti qed jiffunzjonaw b’mod effettiv, u kwalunkwe bidla jew titjib fil-futur se jiġu implimentati b’mod ikkontrollat u gradwali sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-operazzjonijiet jew fl-implimentazzjoni tar-Regolament.
|