IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.9.2025
COM(2025) 487 final
ANNESS
ta'
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
(Bonds Ekoloġiċi Ewropej)
ANNESS
ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(2)Ir-Regolament (UE) 2023/2869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(3)L-Istati tal-EFTA għandhom, meta jiddefinixxu liema pajjiżi għandhom ikunu fuq il-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, iqisu bis-sħiħ il-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.
(4)L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 29bdc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/528) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“29be.
32023 R 2631: Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023), kif emendat bi:
-32023 R 2869: Ir-Regolament (UE) 2023/2869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 (ĠU L, 2023/2869, 20.12.2023).”
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin:
(a)
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru/i u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.
(b)
Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw l-informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-fini tar-Regolament, b’mod partikulari qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni.
(c)
Ir-referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31i ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.
(d)
Fl-Artikolu 9, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “ġurisdizzjoni elenkata fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa” għandu jinqara bħala “ġurisdizzjoni li ma tikkooperax identifikata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat tal-EFTA kkonċernat”.
(e)
Id-deċiżjonijiet, id-deċiżjonijiet interim, in-notifiki, is-sempliċi talbiet, ir-revoki ta’ deċiżjonijiet u miżuri oħra mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 22(1), 23(2), 24(1), 34(2), 43(1), 54-56 u 59-61, mingħajr dewmien bla bżonn, għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-ESMA fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
(f)
Fl-Artikolu 15a(1), il-kliem “tad-dritt tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “tal-Ftehim ŻEE”.
(g)
Fl-Artikolu 22:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ rieżaminaturi esterni għal Bonds Ekoloġiċi Ewropej stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafu 2, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara “ESMA”.
(h)Fl-Artikoli 23(2)-(5), 24(1), 32(1), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(i)
Fl-Artikolu 33:
(i)fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ rieżaminaturi esterni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-ESMA”;
(ii)fil-paragrafi 3 u 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(j)
Fl-Artikolu 34:
(i)fil-paragrafu 2, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ rieżaminaturi esterni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)fil-punt 3, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(k)
Fl-Artikolu 37, il-kliem “, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(l)
Fl-Artikolu 43:
(i)
fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ rieżaminaturi esterni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “japplika għall-ESMA”;
(ii)
fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-paragrafi 2-8, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(m)
Ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni fl-Artikoli 33(6), 47(2) u 49(4) għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-Ftehim ŻEE.
(n)
Fl-Artikolu 54:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ persuni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafi 2, 3 u 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(iii)
il-punt (g) tal-paragrafu 3 għandu, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, jinqara kif ġej:
“tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;
(iv)
fil-paragrafu 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-ESMA.”.
(o)
Fl-Artikolu 55:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ li persuna soġġetta għal investigazzjoni tkun stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati li jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw f’investigazzjonijiet fuq talba tal-ESMA.”;
(iii)
fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(iv)
it-tieni sentenza tal-paragrafu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:
“Id-Deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 61, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.”;
(v)
il-paragrafu 6, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandu jinqara kif ġej:
“Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA jew tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta li tiġi rieżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”
(p)
Fl-Artikolu 56:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-ESMA.”;
(iii)
fil-paragrafi 2 u 8 il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(iv)
fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha jkunu intitolati biex jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw fi spezzzjonijiet fuq il-post.”;
(v)
it-tieni sentenza tal-paragrafu 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:
“Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data li fiha hija tkun se tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali li jsir provvediment għalihom fl-Artikolu 61 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;
(vi)
il-paragrafu 9, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandu jinqara kif ġej:
Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-EFTA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari b’rabta mar-raġunijiet li jkollha l-EFTA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna li tkun soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA jew tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta li tiġi rieżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”
(q)
Fl-Artikolu 57:
(i)il-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-ewwel darba li tintuża l-kelma “ESMA”;
(ii)il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tieni darba li tintuża l-kelma “ESMA”.
(r)
Fl-Artikolu 58, il-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(s)
Fl-Artikolu 59:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ persuni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafi 2 u 3, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(iii)
fil-paragrafu 4, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Mingħajr dewmien bla bżonn, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati taż-ŻEE u lill-Kummissjoni. L-ESMA għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha wkoll tiddivulga pubblikament kull deċiżjoni li tieħu fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.
Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA;
(b)
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li l-proċediment imsemmi fil-punt (a) ġie istitwit u li tispeċifika li l-azzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-EFTA ma għandhomx effett sospensiv;
(c)
dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli għall-Qorti tal-EFTA li tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”.
(t)
Fl-Artikolu 60:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ rieżaminatur estern jew kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fil-paragrafi 2 u 4, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(u)
Fl-Artikolu 61:
(i)
fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ persuni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(ii)
fl-ewwel sentanza tal-paragrafu 4, il-kliem “jew, skont il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “id-deċiżjoni tal-ESMA”;
(iii)
fit-tieni sentenza tal-paragrafu 4, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(v)
Fl-Artikolu 62:
(i)
fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddivulga wkoll lill-pubbliku kull multa u penali perjodika li tkun imponiet skont l-Artikoli 60 u 61, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ multi u penali perjodiċi mill-ESMA.”;
(ii)
fil-paragrafu 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”;
(iii)
fil-paragrafu 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiddeċiedi li ma timponi l-ebda multa jew pagament ta’ penali mal-għeluq ta’ investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-ESMA, lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq u għandha tistabbilixxi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.
(w)
Fl-Artikolu 63:
(i)
fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta, fil-qadi ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1), l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha taħtar uffiċjal investigattiv indipendenti fl-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex jinvestiga l-kwistjoni wara konsultazzjoni mal-ESMA. L-uffiċjal investigattiv ma għandux ikun involut fis-superviżjoni diretta jew indiretta jew fil-proċess ta’ reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.”;
(ii)
fil-paragrafi 2, 5 u 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “Bord tas-Superviżuri tal-ESMA”;
(iii)
fil-paragrafu 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ESMA”;
(iv)
fil-paragrafu 8, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal investigattiv u, meta tintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 64, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1) ikunux twettqu mill-persuni soġġetti għal investigazzjoni u, f’każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 59 u timponi multa f’konformità mal-Artikolu 60.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni u l-fajls kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.”;
(v)
fil-paragrafu 9, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord ta’ Superviżuri tal-ESMA”;
(vi)
fil-punt 11, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.
(x)
Fl-Artikolu 64:
(i)
fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Qabel ma tħejji kwalunkwe abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 59, 60 u 61, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għal tali deċiżjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tal-ESMA. L-ESMA għandha tibbaża l-abbozz tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom dawk il-persuni kellhom l-opportunità li jikkummentaw.;
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikoli 59, 60 u 61 biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għal tali deċiżjonijiet kellhom l-opportunità li jikkummentaw.”;
(ii)
fil-paragrafi 2 u 3, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;
(iii)
fil-paragrafu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-fajl tal-ESMA” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-fajl tal-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.
(y)
Fl-Artikolu 66(1), għandu jiżdied is-subparagrafu segwenti:
“Fir-rigward tar-rieżaminaturi esterni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti tariffi mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3.”;
(z)
Fl-Artikolu 67(2), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.”
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2023/2631 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
[…]
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[…]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
dwar Deċiżjoni Nru …/… li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 2023/2631 fil-Ftehim ŻEE
Ir-Regolament (UE) 2023/2631, b’mod partikolari jirregola l-użu tas-servizzi ta’ rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz u jistabbilixxi reġim ta’ pajjiżi terzi għar-rieżaminaturi esterni abbażi ta’ valutazzjoni tal-ekwivalenza, rikonoxximent jew approvazzjoni skont liema r-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz jistgħu jipprovdu servizzi ta’ rieżami estern. L-inkorporazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE huwa mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim ŻEE rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiż terz.