IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.6.2025
COM(2025) 297 final
2025/0157(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-proposta tikkonċerna Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jrid jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) fl-2025.
Il-11-il FEŻ u FEŻ oħra li għadhom miftuħin (id-9 u l-10 FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:
1.Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);
2.Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).
3.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp;
4.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Id-dokumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) fihom l-impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw f’livell finanzjarju lit-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet lit-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.
Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Mhux applikabbli
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Mhux applikabbli
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Mhux applikabbli
•Proporzjonalità
Mhux applikabbli
•Għażla tal-istrument
Mhux applikabbli
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Mhux applikabbli
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux applikabbli
•Valutazzjoni tal-impatt
Mhux applikabbli
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli
•Drittijiet fundamentali
Mhux applikabbli
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Mhux applikabbli
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Mhux applikabbli
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Mhux applikabbli
2025/0157 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għal kull parti tal-FEŻ għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa stabbilit.
(2)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.
(3)F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2024 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024.
(4)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.
(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2025 għal EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 9 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-BEI talab is-sehem kollu tiegħu tal-11-il FEŻ bl-ewwel pagament parzjali tal-2025.
(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 250 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025, f’konformità mal-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
[...]