IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.4.2025
COM(2025) 179 final
2025/0096(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi u d-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE
{SEC(2025) 119 final} - {SWD(2025) 96 final} - {SWD(2025) 97 final} - {SWD(2025) 98 final} - {SWD(2025) 99 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Dan il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni qed jinhemeż mal-proposta għal Direttiva li tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi.
It-trasport bit-triq għandu rwol vitali għax jgħaqqad in-negozji u l-konsumaturi madwar l-UE, jiffaċilita l-kummerċ, u jappoġġa t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Iżda hu wkoll sors ta’ ċerti problemi, bħalma huma l-ħabtiet fit-toroq u t-tniġġis tal-arja.
Il-ħabtiet fit-toroq huma waħda mill-aktar konsegwenzi devastanti tat-trasport bit-triq, b’kostijiet sinifikanti għas-soċjetà. Il-kawżi ewlenin tal-ħabtiet fit-toroq huma l-veloċità eċċessiva, is-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi, is-sewqan distratt, u diversi żbalji tas-sewwieqa (bħal ġudizzju ħażin ta’ sitwazzjoni jew sewqan waqt l-għeja). Fost il-kawżi oħrajn hemm il-qagħda jew id-disinn ħżiena tal-infrastruttura (uċuħ tat-toroq li jiżolqu, marki inadegwati u manutenzjoni fqira) u difetti fil-vetturi. Bis-saħħa tar-regoli tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u sistema żviluppata tajjeb ta’ spezzjonijiet tekniċi li jsiru tul il-ħajja tal-vetturi, id-difetti fil-vetturi jikkawżaw biss persentaġġ żgħir tal-ħabtiet fit-toroq fl-UE. Iżda dan ifisser ukoll li għadhom isiru ħabtiet evitabbli kkawżati minn difetti fil-vetturi. L-approċċ tas-Sistema Sikura jeħtieġ azzjoni fuq dawn il-fronti kollha u jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-partijiet differenti tas-sistema kollha – inkluż l-utenti, il-vetturi, l-infrastruttura, u r-rispons ta’ emerġenza – jiġbdu ħabel wieħed flimkien.
Din l-inizjattiva tibni fuq il-pakkett tal-affidabbiltà stradali (RWP) tal-2014, magħmul mit-tliet Direttivi deskritti hawn taħt.
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali li teżiġi li l-vetturi li jintużaw fit-toroq pubbliċi jiġu ttestjati perjodikament biex tkun żgurata l-konformità tagħhom ma’ sett ta’ rekwiżiti minimi. Din tapplika għall-karozzi, il-vannijiet, it-trakkijiet, ix-xarabanks, it-trejlers tqal, it-tratturi aktar veloċi kollha u, minn Jannar 2022, il-vetturi akbar b’żewġ jew tliet roti u l-kwadriċikli.
Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt, li għandha għan simili għad-Direttiva 2014/45/UE, iżda tikkonċerna l-ispezzjonijiet tul it-traġitt tal-vetturi tqal tal-passiġġieri u tal-merkanzija u t-trejlers tagħhom.
Id-Direttiva 2014/46/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi.
L-RWP tal-2014 jikkumplimenta r-rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali li l-vetturi jridu jissodisfaw biex ikunu jistgħu jużaw it-toroq tal-UE, f’konformità mar-regolamenti rispettivi tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi motorizzati. Dawn ir-regolamenti jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti tas-sorveljanza tas-suq għall-vetturi motorizzati. Iżda l-pakkett RWP għandu fokus differenti. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq huma maħsuba biex jiżguraw li l-vetturi jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom meta jiġu introdotti fis-suq u għal perjodu limitat wara din l-introduzzjoni, u huma ffokati fuq ir-responsabbiltajiet tal-manifattur, l-RWP jiffoka biex jiżgura li s-sidien jibqgħu jissodisfaw l-istandards minimi tul il-ħajja tal-vetturi. Barra minn hekk, filwaqt li s-sorveljanza tas-suq teħtieġ l-ittestjar ta’ għadd limitat ta’ vetturi għal kull mudell, l-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi (PTIs) japplikaw għal kważi l-vetturi rreġistrati kollha. Għalhekk, l-RWP jikkumplimenta l-leġiżlazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq, billi jiżgura s-sikurezza fit-toroq u l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi tul il-ħajja tagħhom.
Iżda fit-toroq tal-UE għadhom jintużaw vetturi mhux sikuri. Dan minkejja r-reviżjoni tal-RWP fl-2014, leġiżlazzjoni relatata oħra tal-UE u t-titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, inkluż is-sikurezza attiva u s-sistemi ta’ assistenza intelliġenti għas-sewwieqa ta’ vetturi ġodda. Id-Direttivi adottati skont l-RWP tal-2014 mhumiex effettivi biex jgħinu fl-infurzar tar-regoli dwar it-traffiku transfruntier tal-UE u l-kummerċ tal-vetturi.
L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tappella għal aġġustamenti fil-qafas leġiżlattiv tal-affidabbiltà stradali biex tkun żgurata l-konformità tul il-ħajja ta’ vettura mal-istandards tal-emissjonijiet u tas-sikurezza, u b’hekk tikkontribwixxi għall-qafas ta’ politika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq 2021-2030 u tappoġġa l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli ttejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-UE, tikkontribwixxi għall-mobbiltà sostenibbli u tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija fl-UE. B’mod partikolari, fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv għad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u d-data tar-reġistrazzjoni, jeħtieġ jinħataf il-potenzjal kollu tal-qafas tal-affidabbiltà stradali billi jittejbu l-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data rilevanti dwar l-identifikazzjoni u l-istatus tal-vetturi, u dan jindirizza n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ din id-data u jtejjeb ir-rikonoxximent reċiproku mill-awtoritajiet tal-infurzar. Barra minn hekk, jekk tkun żgurata data aktar preċiża dwar l-istatus (bħall-kilometraġġ) u jsir skambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri b’mod aktar effiċjenti, dan jgħin ukoll biex jiġu identifikati vetturi bl-odometri mbagħbsa.
Informazzjoni aktar dettaljata dwar kif dawn l-objettivi u l-problemi relatati qed jiġu indirizzati mill-inizjattiva tinsab fil-Kapitolu 3.
•Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Ir-reviżjoni proposta tal-RWP, b’mod partikolari l-qafas leġiżlattiv tal-UE għad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, hi konsistenti mal-objettivi stabbiliti fil-qafas ta’ politika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq. Din hi maħsuba biex tnaqqas il-fatalitajiet u għalhekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-fatalitajiet u l-korrimenti serji b’50% sal-2030. Ir-reviżjoni proposta se tiżgura wkoll allinjament mad-Direttivi adottati skont il-pakkett dwar is-sikurezza fit-toroq, jiġifieri l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan u d-Direttiva (UE) 2024/3237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transfruntier tal-informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Dawn id-Direttivi jistabbilixxu r-regoli dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, id-diġitalizzazzjoni futura possibbli tad-dokumenti, u l-iskambju tal-informazzjoni relatata mal-vetturi bejn l-Istati Membri għall-infurzar. Il-proposta hija allinjata wkoll mar-rekwiżiti għal-leġiżlazzjoni dwar il-vetturi li m’għadhomx jintużaw (ELV) billi tipprovdi aċċess elettroniku għad-data lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ Stati Membri oħra u billi żżid data ġdida fir-reġistru tal-vetturi, inkluż data tal-ELV.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Ir-reviżjoni tal-RWP, b’mod partikolari l-qafas leġiżlattiv tal-UE għad-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi, hi konsistenti mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika billi tiffaċilita l-aċċess online għal informazzjoni relatata mal-vetturi, il-proċeduri amministrattivi rilevanti u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi. Dan jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-istrateġija tad-data tal-UE għall-iżvilupp ta’ spazji Ewropej tad-data għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jappoġġaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, inkluż is-sikurezza fit-toroq u l-leġiżlazzjoni ambjentali. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali se japplikaw għall-iskambju tal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u ċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali, kif ukoll id-data relatata tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).
L-inizjattiva hi allinjata mar-Regolament (UE) Nru 2923/854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (l-Att dwar id-Data), li jistandardizza s-settijiet tad-data rilevanti u jiżgura aċċess effettiv nondiskriminatorju u sigur għas-suq ta’ wara l-bejgħ u għas-servizzi ta’ mobbiltà.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pedaġġ stradali tiddependi wkoll fuq il-kodiċijiet armonizzati tal-Unjoni li bħalissa huma stabbiliti fid-Direttiva 1999/37/KE, li ġew emendati (xi ftit) l-aħħar bħala parti mir-reviżjoni tar-regoli dwar l-ipprezzar tat-toroq (id-Direttiva dwar il-Eurovignette).
Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni tal-UE dwar il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali 2030 tistabbilixxi li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jilħqu l-miri diġitali fl-UE sal-2030. Dan jinkludi mira għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi. 100% tas-servizzi pubbliċi ewlenin għandhom ikunu disponibbli online u, meta rilevanti, il-pubbliku u n-negozji fl-UE għandhom ikunu jistgħu jinteraġixxu mal-amministrazzjonijiet pubbliċi online.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika tal-proposta hi l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE). L-Artikolu 91(1)(c) tat-TFUE jipprevedi li l-UE għandha l-kompetenza fil-qasam tat-trasport biex tistabbilixxi miżuri li jtejbu s-sikurezza tat-trasport, inkluż is-sikurezza fit-toroq.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
L-UE diġà għandha kompetenza fil-qasam tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-saħħa tad-Direttiva 1999/37/KE. Mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, ġew introdotti diversi miżuri fil-livell tal-UE f’dan il-qasam. L-aħħar bidliet saru bl-adozzjoni tal-RWP tal-2014, u b’ċerti modifiki fil-kodiċijiet tal-Unjoni li saru bis-saħħa tad-Direttiva (UE) 2022/362. Ir-regoli l-ġodda li qed jiddaħħlu f’din il-proposta huma fil-kompetenzi mogħtija lill-UE skont l-Artikolu 91(1) tat-TFUE, u bis-saħħa tar-rabta tagħhom mal-qafas diġà eżistenti dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, id-data tar-reġistrazzjoni u l-affidabbiltà stradali, dawn jistgħu jinkisbu b’mod adegwat biss fil-livell tal-UE.
Billi t-trasport bit-triq u l-industrija tal-karozzi huma setturi internazzjonali, hu ħafna aktar effiċjenti u effettiv li l-materji jiġu indirizzati fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali. Filwaqt li l-prattiki nazzjonali jvarjaw storikament, ċertu livell minimu ta’ armonizzazzjoni fir-reġistrazzjoni tal-vetturi u s-soluzzjonijiet maqbula b’mod komuni għall-iskambju tad-data dwar il-vetturi bejn l-Istati Membri hu aktar effettiv minn diversi soluzzjonijiet nazzjonali li ma jkunux ikkoordinati. Il-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess u l-iskambju tad-data dwar il-vetturi fil-livell tal-UE mhix biss aktar effiċjenti mill-ftehimiet bilaterali u nnegozjati ma’ manifatturi individwali, iżda toħloq ukoll ambjent ekwu fost l-Istati Membri.
Hemm qbil mifrux fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti tal-industrija li d-Direttiva attwali m’għadhiex allinjata mal-aħħar żviluppi regolatorji u teknoloġiċi. Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE, jiġu applikati soluzzjonijiet differenti u frammentati, li jwasslu għal differenzi ferm akbar fil-prestazzjoni tas-sikurezza u ambjentali tal-vetturi milli hemm illum. Dan għandu r-riskju li jfixkel is-suq uniku u joħloq aktar ostakli għall-moviment liberu. Għalhekk, l-inizjattiva tindirizza l-ħtiġijiet tas-sikurezza u tal-protezzjoni ambjentali li għandhom “rilevanza għall-Unjoni”.
•Proporzjonalità
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-miżuri f’din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati – jiġifieri li titjieb is-sikurezza fit-toroq, jingħata kontribut għall-mobbiltà sostenibbli u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija fl-UE.
B’mod ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta hu limitat għal dak li jista’ jinkiseb l-aħjar fil-livell tal-UE mil-lat ta’ armonizzazzjoni tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u ta’ sejbien ta’ soluzzjonijiet komuni li jiżguraw kondiviżjoni u aċċess effiċjenti għad-data dwar il-vetturi.
Barra minn hekk, l-għażla ta’ Direttiva tippermetti li jintlaħqu l-objettivi billi tagħmel il-pass loġiku li jmiss fil-proċess tal-armonizzazzjoni gradwali f’dan il-qasam. Tħalli wkoll biżżejjed spazju għall-Istati Membri biex jimmanuvraw u jimplimentaw il-bidliet b’mod li jkun adattat għall-kuntest nazzjonali speċifiku tagħhom. Din l-għażla, li tuża rekwiżiti minimi flok approċċ ta’ “kollox f’keffa waħda”, se tippermetti wkoll li l-industrija tiżviluppa l-aktar soluzzjonijiet tekniċi effiċjenti li dan il-qasam li tant qed jevolvi kontinwament jeħtieġ.
•Għażla tal-istrument
Biex ikun żgurat abbozzar legali ċar u konsistenti, l-aktar soluzzjoni legali xierqa hi reviżjoni sħiħa tad-Direttiva 1999/37/KE billi titħassar u tiġi sostitwita, peress li hi skaduta u ma ġietx riformulata.
3.RIŻULTATI TA’ EVALWAZZJONIJIET EX POST/KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2023, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-RWP kollu tal-2014, u vvalutat ir-rilevanza, il-valur miżjud tal-UE, il-koerenza, l-effettività u l-effiċjenza tiegħu. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-RWP irnexxielu jilħaq parzjalment l-objettivi tiegħu, jikkontribwixxi għal sikurezza aħjar fit-toroq u jgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa mit-trasport bit-triq. Il-vetturi difettużi xorta mhux dejjem jistgħu jiġu identifikati, għax f’xi Stati Membri xi kategoriji tal-vetturi mhumiex soġġetti għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali (PTIs) jew għal spezzjonijiet tekniċi tul it-traġitt (RSIs), jew il-frekwenza jew l-ambitu tal-ittestjar ma jkunux adattati għar-riskji akbar ta’ dawk il-vetturi fir-rigward tas-sikurezza u l-ambjent. Id-dgħjufijiet identifikati fl-RWP attwali jitolbu għall-adattament tad-Direttivi ħalli jiġu indirizzati l-ħtiġijiet attwali iżda anki l-isfidi futuri.
Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni huma stabbiliti hawn taħt.
1. L-RWP mhux adattat għall-aħħar teknoloġiji, bħas-sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa u l-karatteristiċi tas-sikurezza elettronika. Għandu nuqqas ta’ protokolli tal-ittestjar speċifiċi li jiżguraw il-konformità u l-manutenzjoni tal-vetturi elettriċi, ibridi u tal-idroġenu, inkluż l-aġġornamenti tas-software. L-ispezzjonijiet tekniċi jeħtieġu aġġornament biex ċerta data importanti relatata mas-sikurezza tinkiseb b’mod effiċjenti u jiġu monitorjati sensuri u karatteristiċi ġodda.
2. Dwar l-emissjonijiet, iridu jiġu adattati xi testijiet u tagħmir tal-PTI għax m’għadhomx kapaċi jidentifikaw ċerti nuqqasijiet tal-emissjonijiet fl-aktar vetturi riċenti b’magna tal-kombustjoni interna. Il-kejl tal-opaċità skada għax ma jistax jidentifika l-vetturi tad-diżil b’filtri tal-partikoli difettużi jew b’katalizzatur imbagħbas, li jwasslu għal emissjonijiet għoljin tal-partikoli (PN) u tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx). Minflok, il-kejl tan-NOx u tal-PN għandu jintuża biex isiru l-kontrolli tal-vetturi l-ġodda li jaħdmu bid-diżil u bil-petrol għal difetti u tbagħbis fis-sistemi tal-kontroll tal-emissjonijiet.
3. Il-qafas attwali għall-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet bejn l-Istati Membri mhux effettiv. Għalkemm il-leġiżlazzjoni ssemmi l-iskambji elettroniċi tad-data bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala possibbiltà, mhux l-Istati Membri kollha jimplimentaw dan. Anki jekk l-armonizzazzjoni tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għamlitha aktar faċli għan-nies biex jirreġistraw il-vetturi minn Stati Membri oħra u fiż-Żona Ekonomika Ewropea, xorta hemm lok ta’ titjib fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni mill-ġdid xorta tista’ tkun proċess ikkumplikat u hemm lok biex jittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku tal-PTIs bejn l-Istati Membri.
4. L-RWP għandu jisfrutta aħjar il-benefiċċji tal-iskambju tad-data diġitali u jkompli jarmonizza d-dokumenti tal-vetturi ħalli jonqsu l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Barra minn hekk, id-dokumenti diġitali tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jiffaċilitaw aktar id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u taż-żamma tad-data, u jnaqqsu l-kostijiet.
5. Il-koerenza bejn l-RWP u l-istrumenti rilevanti tal-UE tista’ tittejjeb bi standardizzazzjoni tad-data tal-vetturi rilevanti għas-sikurezza u r-responsabbiltajiet relatati tal-manifatturi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura. Iċ-ċarezza tar-responsabbiltajiet u d-disponibbiltà obbligatorja tal-informazzjoni rilevanti għall-PTIs fl-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-inċertezza u l-ħin tat-tiftix għall-informazzjoni, u dan jista’ jtejjeb il-preċiżjoni u l-effiċjenza ġenerali tal-ispezzjonijiet. L-RWP għandu jkun allinjat aħjar ukoll mar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-konsultazzjonijiet kellhom żewġ objettivi. L-ewwel wieħed li tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-RWP b’mod ġenerali skont il-ħames kriterji tal-evalwazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet possibbli mal-qafas legali eżistenti u, abbażi ta’ din, li jinsiltu tagħlimiet għal azzjoni futura. It-tieni wieħed li ssir ħidma mal-partijiet ikkonċernati biex jiġi vvalidat il-fehim tal-Kummissjoni tal-kwistjonijiet inkwistjoni, titfassal lista ta’ miżuri ta’ politika possibbli u jiġu vvalutati l-impatti probabbli tagħhom fuq id-diversi kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati. Mill-konsultazzjonijiet inkisbet ukoll evidenza dwar il-kostijiet u l-benefiċċji mistennija tal-abbozz tal-miżuri ta’ politika. Dawn għenu biex jiġu identifikati lakuni fil-loġika tal-intervent jew oqsma li jeħtieġu aktar attenzjoni. L-attivitajiet tal-konsultazzjoni kienu jinkludu konsultazzjonijiet pubbliċi (tul il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u konsultazzjoni pubblika miftuħa ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Semma’ Leħnek) u konsultazzjonijiet immirati, fosthom stħarriġiet u intervisti. L-attivitajiet tal-konsultazzjoni mmirati saru tul il-proċess tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tal-impatt u koprew l-aspetti rilevanti kollha. Il-fokus tal-istħarriġ u tal-intervisti kien fuq it-tfassil tal-miżuri ta’ politika differenti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti bħala parti mir-reviżjoni tal-RWP, b’mod partikolari biex jiġu identifikati u kwantifikati l-kostijiet u l-impatt potenzjali ta’ dawn il-miżuri. L-għeruq tal-problema u l-miżuri ta’ politika possibbli tal-RWP ġew diskussi b’mod estensiv mal-partijiet ikkonċernati, eż. fil-Grupp ta’ Esperti dwar l-Affidabbiltà Stradali u d-Dokumenti tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (RWEG), u anki dawn huma riżultat tal-attivitajiet tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tal-evalwazzjoni.
Ġiet ikkonsultata firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, fosthom (i) awtoritajiet pubbliċi inkarigati mis-sikurezza tat-toroq (inkluż assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, bħal EReg u CORTE); (ii) assoċjazzjonijiet tal-industrija u kumpaniji (inkluż assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, bħal CITA u EGEA, manifatturi tal-vetturi u fornituri ta’ komponenti tal-vetturi); (iii) rappreżentanti tal-grupp tal-utenti; (iv) organizzazzjonijiet tar-riċerka u NGOs tas-sikurezza fit-toroq; u (v) il-pubbliku.
•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert
Waqt il-ħidma preparatorja dwar il-kwistjonijiet relatati mal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali, l-ispezzjonijiet tul it-traġitt u r-reġistri tal-vetturi, ġiet ikkonsultata firxa wiesgħa ta’ esperti mill-Istati Membri, mill-industrija u minn gruppi oħra ta’ partijiet ikkonċernati. Saru tliet sessjonijiet ta’ ħidma ddedikati biex il-membri tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Affidabbiltà Stradali u d-Dokumenti tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi jiddiskutu l-elementi tekniċi tal-proposta. Il-Kummissjoni kkuntrattat żewġ konsulenti esterni biex jagħmlu studji speċifiċi ta’ appoġġ li jirfdu l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt. Dan il-kontribut ġie kkomplementat b’konsultazzjonijiet ad hoc ma’ esperti tal-industrija u bl-esperjenza tal-Kummissjoni stess fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RWP.
•Valutazzjoni tal-impatt
Ma’ din il-proposta qed jinhemeż rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li jkopri wkoll l-emendi fid-Direttivi 2014/45/UE u 2014/47/UE, li abbozz tagħhom ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fl-20 ta’ Novembru 2023. L-RSB ta opinjoni pożittiva b’riżervi fil-15 ta’ Diċembru 2023. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie aġġustat kif xieraq biex jindirizza l-kummenti tal-RSB. L-alternattivi ta’ politika analizzati qed jinġabru fil-qosor hawn taħt.
Tfasslu erba’ alternattivi ta’ politika (PO1a, PO1b, PO2, PO3) biex jindirizzaw il-problemi. L-alternattivi ta’ politika kollha jadattaw il-PTIs għall-vetturi elettriċi u jinkludu elementi ġodda tat-test permezz tal-ePTIs (inkluż ittestjar tal-integrità tas-software tas-sistemi rilevanti għas-sikurezza u għall-emissjonijiet). Dawn jinkludu wkoll metodi ġodda għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-partikoli u n-NOx, li tant huma meħtieġa għall-adattament għal teknoloġiji aktar riċenti tal-kontroll tal-emissjonijiet u għall-identifikazzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet qawwijin, inkluż dawk imbagħbsin. L-alternattivi ta’ politika jirrikjedu lkoll test tal-affidabbiltà stradali wara kull modifika sinifikanti, bħal pereżempju, wara tibdil fis-sistema ta’ propulsjoni jew fil-klassi tal-emissjonijiet. L-alternattivi ta’ politika jirrikjedu wkoll id-diġitalizzazzjoni taċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali, il-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u l-estensjoni tas-sett tad-data armonizzata tal-vetturi f’dawk ir-reġistri. Jirrikjedu wkoll li l-Istati Membri jirreġistraw il-qari tal-odometri fil-bażijiet tad-data nazzjonali u li jagħmlu dawk ir-rekords disponibbli għall-Istati Membri l-oħra meta vettura tiġi rreġistrata mill-ġdid.
Minbarra l-miżuri komuni, l-alternattiva ta’ politika PO1a tiffoka fuq użu aktar effiċjenti tad-data tal-vetturi (ta’ reġistrazzjoni u ta’ status), inkluż il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni b’format diġitali. L-alternattiva ta’ politika PO1b tiffoka fuq spezzjonijiet tekniċi aktar effettivi permezz tat-teknoloġija tat-telerilevament, li tgħin biex jiġu identifikati vetturi potenzjalment b’emissjonijiet qawwija; u dawn jistgħu: (i) jiġu spezzjonati b’kontroll tul it-traġitt minnufih wara l-identifikazzjoni; jew (ii) jiġu mistiedna għal test tal-emissjonijiet f’ċentru tal-affidabbiltà stradali. Apparti dan, din l-alternattiva: (i) tneħħi l-possibbiltà li l-muturi jiġu eżentati mill-PTIs; (ii) teżiġi ttestjar annwali tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief; (iii) tagħmel l-ispezzjoni tal-irbit tal-merkanzija obbligatorja; u (iv) tintroduċi PTIs annwali obbligatorji għall-vetturi li għalqu l-10 snin. Il-PO1b tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni billi teżiġi li l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jirrikonoxxi ċ-ċertifikati tal-PTI maħruġa minn Stati Membri oħra għal perjodu sa sitt xhur, diment li l-PTI ta’ wara ssir fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
L-alternattiva ta’ politika PO2 tgħaqqad ħafna mill-miżuri proposti fil-PO1a u l-PO1b. Din tinkludi miżura addizzjonali dwar il-governanza tad-data, ħalli jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-mezzi tal-aċċess għall-informazzjoni teknika tal-vetturi (inkluż id-data ta’ ġol-vettura). Il-PO2 tintroduċi wkoll spezzjonijiet tul it-traġitt għall-vetturi kummerċjali ħfief u, bħall-PO1b, iddaħħal PTIs annwali obbligatorji għall-vetturi li jkunu għalqu l-10 snin.
L-alternattiva ta’ politika PO3 hija l-aktar għażla ta’ politika ambizzjuża għax tmur ferm lil hinn fejn tidħol l-armonizzazzjoni tal-ambitu u tal-metodi tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-PTI. Minbarra l-miżuri tal-PO2, il-PO3: (i) tkompli testendi l-ambitu tal-PTI biex tkun tkopri lill-muturi kollha mingħajr eċċezzjoni u lit-trejlers ħfief; (ii) testendi l-RSI għall-muturi kollha; u (iii) teżiġi li ċ-ċertifikati tal-PTI maħruġa f’xi Stat Membru ieħor jiġu rrikonoxxuti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni mingħajr restrizzjonijiet.
Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li l-alternattiva ppreferuta hija l-alternattiva ta’ politika PO2. Din l-alternattiva titqies effettiva biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika maħsuba għax tippreżenta effiċjenza u benefiċċji netti kbar, u hija intrinsikament koerenti u proporzjonata mal-objettivi tal-inizjattiva. Hi koerenti wkoll mal-politiki nazzjonali stabbiliti sew fil-qasam.
L-alternattivi ta’ politika mistennija jtejbu s-sikurezza fit-toroq tal-UE billi jidentifikaw b’mod aktar effettiv il-vetturi b’difetti kbar u perikolużi, u dan għandu jwassal biex jonqsu l-ħabtiet fit-toroq ikkawżati minn difetti tekniċi. Bis-saħħa ta’ dan, l-għadd ta’ fatalitajiet u korrimenti (serji u ħfief) għandu jonqos. L-alternattivi ta’ politika jinkludu wkoll miżuri oħra li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-toroq, li huma relatati ma’ implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-affidabbiltà stradali (bħall-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri). Bl-alternattiva ta’ politika ppreferuta PO2, hu stmat li tul il-perjodu 2026-2050 jiġu salvati madwar 7,000 ħajja u evitati madwar 65,000 korriment serju, meta mqabbel max-xenarju bażi. Mil-lat monetarju, it-tnaqqis fil-kostijiet esterni tal-aċċidenti hu stmat għal madwar EUR 74.2 biljun, espress bħala valur attwali tul l-istess perjodu, meta mqabbel max-xenarju bażi. L-alternattivi ta’ politika se jikkontribwixxu lkoll għall-mobbiltà sostenibbli wkoll billi jnaqqsu wkoll is-sustanzi niġġiesa fl-arja u l-emissjonijiet tal-istorbju. Dan se jwassal għal tnaqqis fil-kostijiet esterni ta’ dawn l-emissjonijiet: l-iffrankar bil-PO2 hu stmat għal EUR 83.4 biljun.
L-alternattivi ta’ politika lkoll jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti fl-UE għax ineħħu l-ostakli għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi fi Stat Membru ieħor. Il-PO1a, il-PO2 u l-PO3 mistennija jkunu effettivi b’mod simili, filwaqt li l-PO1b mistennija tkun inqas effettiva minħabba n-nuqqas ta’ miżuri dwar iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi mobbli u d-data addizzjonali inkluża fir-reġistru tal-vetturi.
Dwar it-tneħħija tal-ostakli relatati mal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali, il-PO3 mistennija tkun l-aktar waħda effettiva għax testendi r-rikonoxximent mal-UE kollha taċ-ċertifikati tal-PTI għall-vetturi kollha, u warajha hemm il-PO2 u l-PO1b (rikonoxximent limitat fl-UE kollha taċ-ċertifikati tal-PTI). Il-PO1a mistennija tkun l-inqas effettiva.
Is-sikurezza tal-vetturi hi element ewlieni tal-approċċ tas-Sistema Sikura u prinċipju ewlieni tad-Dikjarazzjoni ta’ Stokkolma tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2020 dwar is-Sikurezza fit-Toroq. L-inizjattiva tikkontribwixxi wkoll għall-Għan tal-Iżvilupp Sostenibbli 3 tan-NU, jiġifieri li jkunu żgurati ħajjiet sani u li jiġi promoss il-benesseri tal-persuni ta’ kull età), inkluż il-Mira 3.6 (li jonqos bin-nofs l-għadd ta’ mwiet u korrimenti minn inċidenti tat-traffiku) u l-Mira 3.9 (li jonqos sostanzjalment l-għadd ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija). Din hi konsistenti wkoll mal-objettivi ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima.
•L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni
Bħala parti mill-Programm dwar l-idoneità tar-regolamentazzjoni (REFIT), din l-inizjattiva tikkontribwixxi biex tiżdied l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabtiet bejn il-bażijiet tad-data nazzjonali biex tgħin fil-kondiviżjoni u l-aċċess għad-data tal-vetturi, aktar milli toqgħod tiddependi fuq proċeduri aktar ikkumplikati. L-inizjattiva mistennija tnaqqas ferm il-frodi relatata mal-emissjonijiet u s-sistemi rilevanti għas-sikurezza kif ukoll it-tbagħbis tal-kilometraġġ fil-vetturi użati, speċjalment waqt il-bejgħ transfruntier. Dan iwassal għal iffrankar sinifikanti fil-kostijiet esterni, u għax jiġu evitati l-kostijiet u l-ħsarat lill-konsumaturi.
L-inizjattiva tinkludi l-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” li jippromwovi t-trasformazzjoni diġitali meta possibbli. Pereżempju, il-format elettroniku obbligatorju taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandu jħalli impatt pożittiv fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-UE. Għall-proċess tar-reġistrazzjoni mill-ġdid, l-awtoritajiet u l-pubbliku se jiffrankaw il-ħin u l-flus billi l-iskambju tal-informazzjoni u d-data ma jsirx iżjed bl-emails. L-awtoritajiet u l-pubbliku se jiffrankaw ukoll il-ħin u l-flus bis-saħħa taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli, li se jagħmel l-aċċess u l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti aktar faċli u aktar malajr.
Il-prinċipiju ta’ “one in, one out” jikkumpensa kull piż ġdid għall-familji u n-negozji li jinħoloq minħabba l-proposti tal-Kummissjoni, għax dan ineħħi piż eżistenti ekwivalenti fl-istess qasam ta’ politika. Is-sostituzzjoni tad-Direttiva 1999/37/KE mistennija tikkawża kostijiet amministrattivi liċ-ċentri tal-ittestjar u lill-manifatturi tal-vetturi minħabba l-miżuri ta’ governanza tad-data. B’mod ġenerali, il-kostijiet amministrattivi ta’ darba għall-prinċipju ta’ “one in, one out” tal-alternattiva ppreferuta huma stmati għal EUR 218 miljun fl-2026 u l-kostijiet amministrattivi rikorrenti għal EUR 26,4 miljun fis-sena.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tibqa’ tirrispetta għalkollox id-drittijiet tal-bniedem u fundamentali, u mhi se tħalli l-ebda impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u d-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi huma allinjati wkoll mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli tal-UE.
Il-proposta fiha miżuri mfassla biex jiġġieldu l-frodi fl-odometri, li se jgħinu biex tiżdied il-protezzjoni tal-konsumaturi (l-Artikolu 38). Li jiġi previst ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali u d-diġitalizzazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni (inklużi ċ-ċertifikati) se jikkontribwixxi għall-moviment liberu u għal-libertà ta’ residenza (l-Artikolu 45). Miżuri li jiżguraw li s-sidien tal-vetturi mhux imbagħbsa ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla mas-sidien tal-vetturi mbagħbsa, se jgħinu biex jippromwovu l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi (l-Artikolu 3).
Tul il-konsultazzjonijiet, xi partijiet ikkonċernati esprimew tħassib dwar il-kwistjonijiet tal-privatezza tad-data bil-miżuri komuni għaċ-ċertifikati elettroniċi tal-affidabbiltà stradali u l-aċċess għalihom. Mill-perspettiva tas-sikurezza fit-toroq, l-aċċess awtomatiku għaċ-ċertifikati b’sistema komuni għandu vantaġġi sinifikanti, b’mod partikolari biex jiġu ffaċilitati l-ispezzjonijiet transfruntieri u titjieb il-konvenjenza tal-konsumaturi. Iżda l-implimentazzjoni taċ-ċertifikat diġitali tal-affidabbiltà stradali teħtieġ eżami bir-reqqa tal-kwistjonijiet potenzjali tal-privatezza u t-tfassil ta’ miżuri sodi tal-protezzjoni tal-privatezza.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE huma relatati l-aktar mal-estensjoni tal-karatteristiċi tas-sistema tal-informatika għall-iskambju tad-data (MOVE-HUB) marbuta mar-reviżjoni tal-RWP. Dan jinkludi kostijiet ta’ darba għall-adattament u kostijiet rikorrenti għal aġġornamenti u manutenzjoni. Dawn huma meħtieġa biex jiżdiedu elementi ġodda tad-data mar-reġistri tal-vetturi u biex jingħata aċċess elettroniku għal ċerta data (inkluż tar-rapporti tal-PTI maħżuna fil-bażijiet tad-data nazzjonali). Il-kostijiet assoċjati ta’ darba huma stmati għal EUR 0.2 miljun u l-kostijiet rikorrenti huma stmati għal EUR 0.05 miljun.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar
Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva b’diversi azzjonijiet u b’sett ta’ indikaturi ewlenin li se jkejlu l-progress b’rabta mal-objettivi operazzjonali. Biex jitkejjel is-suċċess tal-inizjattiva, ġew stabbiliti l-objettivi operazzjonali li ġejjin: (i) li jintrabtu flimkien ir-reġistri tal-vetturi tal-Istati Membri b’ċentru komuni; (ii) jiġu diġitalizzati d-dokumenti tal-vetturi; u (iii) jonqos l-għadd ta’ vetturi difettużi u mbagħbsa fit-toroq tal-UE. Id-data għall-valutazzjoni ta’ dawn l-objettivi operazzjonali se tkun ibbażata fuq rapportar regolari mill-Istati Membri, u fuq sforzi ta’ ġbir tad-data ad hoc, inkluż sistemi għall-iskambju tad-data, bħall-MOVE-HUB.
Meta jgħaddu ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni riveduta, il-Kummissjoni se tagħmel evalwazzjoni biex tivvaluta sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta għal Direttiva ġdida dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi u d-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi hi strutturata abbażi tal-objettivi ta’ politika ewlenin imsemmija fil-Kapitolu 1 ta’ dan il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, maħsuba biex ittejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-UE, tikkontribwixxi għall-mobbiltà sostenibbli, u tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija fl-UE. Id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva huma dawn li ġejjin:
L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett tad-Direttiva u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, billi jispeċifika l-oqsma li għalihom tistabbilixxi regoli komuni.
L-Artikolu 2 jintroduċi definizzjonijiet ta’ ċerti kunċetti ewlenin użati fil-proposta.
L-Artikolu 3 jintroduċi regoli ġenerali applikabbli għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, b’mod partikolari billi jiddistingwi bejn ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u mobbli tal-vetturi.
L-Artikolu 4 jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi. Dan jipprevedi l-ħruġ ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi fuq smartcard. L-Artikolu 4 jipprevedi wkoll kodiċi QR fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi biex il-kontroll tal-informazzjoni li jkun fihom isir aktar faċli u aktar malajr.
L-Artikolu 5 jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għall-introduzzjoni ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli tal-vetturi, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali previsti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli huma stabbiliti fl-Anness III.
L-Artikolu 6 jispeċifika d-data li trid tiġi rreġistrata (u tinżamm aġġornata) fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Minbarra sett speċifikat tad-data elenkata fl-Anness I, dan l-artikolu jispeċifika data addizzjonali li trid tiġi rreġistrata f’dawk ir-reġistri tal-vetturi, inkluż l-eżitu ta’ testijiet perjodiċi obbligatorji tal-affidabbiltà stradali, informazzjoni dwar bidliet fis-sjieda tal-vetturi u informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura.
L-Artikolu 7 jipprevedi li kull data personali użata għall-verifika tal-istatus ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura ma tistax tinżamm mill-verifikatur, sakemm ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-UE jew mil-liġi nazzjonali.
L-Artikolu 8 jirregola r-reġistrazzjoni elettronika tas-sospensjoni ta’ vettura mill-użu fit-toroq, fir-reġistri nazzjonali meta din ma tgħaddix mit-test tal-affidabbiltà stradali. Dan jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar: (i) l-ittestjar mill-ġdid ta’ dawn il-vetturi; (ii) ir-reġistrazzjoni elettronika ta’ tmiem is-sospensjoni ta’ vettura fir-reġistri nazzjonali; u (iii) il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vettura meqjusa li m’għadhiex tintuża.
L-Artikolu 9 jeżiġi r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u mobbli tal-vetturi biex tiġi identifikata vettura fit-traffiku internazzjonali jew biex vettura tiġi rreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor.
L-Artikolu 10 jiddeskrivi l-proċedura għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi fi Stat Membru ieħor, għall-każijiet meta jkunu nħarġu ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u mobbli tal-vetturi. Jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-irtirar jew ir-revoka taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni.
L-Artikolu 11 jeżiġi li l-Istati Membri jiddeżinjaw punti tal-kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, biex jiġi ffaċilitat it-tħaddim bla xkiel tad-Direttiva.
L-Artikoli 12 u 13 fihom dispożizzjonijiet standard biex il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta atti delegati biex temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi fil-każ ta’ tkabbir tal-UE, bidliet fid-definizzjonijiet jew il-kontenut taċ-ċertifikati tal-konformità fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew żviluppi ta’ natura teknika, operazzjonali jew xjentifika.
L-Artikolu 14 jistabbilixxi kumitat u fih referenzi għar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. B’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni meta meħtieġ.
L-Artikolu 15 jeżiġi li l-Istati Membri jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari billi jipprovdu aċċess għad-data rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, inkluż data dwar l-affidabbiltà stradali u s-sospensjoni tal-vetturi. Biex jiġi ffaċilitat dan l-iskambju tad-data, l-Istati Membri jeħtieġ jorbtu r-reġistri tagħhom mas-sistema MOVE-HUB tal-Kummissjoni biex din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi skambjata fil-ħin reali.
L-Artikolu 16 jeżiġi li l-Istati Membri jibagħtu ċerta data lill-Kummissjoni kull tliet snin. Il-Kummissjoni mbagħad tibgħat din id-data lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-Artikolu 17 fih dispożizzjoni dwar it-traspożizzjoni.
L-Artikolu 18 fih dispożizzjoni standard li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tar-revoka tad-Direttiva 1999/37/KE.
L-Artikolu 19 fih dispożizzjoni standard li tistabbilixxi d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
L-Artikolu 20 fih dispożizzjoni standard li tistipula li d-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-Anness I jistipula r-rekwiżiti għall-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-format stampat jew fuq smartcard. Jistabbilixxi d-data obbligatorja u fakultattiva li trid tiġi inkluża. Jistabbilixxi wkoll l-ispeċifikazzjonijiet għall-format stampat, inkluż id-daqs tal-karta, u l-karatteristiċi tas-sigurtà. Għall-ismartcard, l-Anness I jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati (inkluż il-karatteristiċi tas-sigurtà, il-ħżin u l-protezzjoni tad-data, il-verifika tad-data u l-kapaċità tal-ħżin) u jelenka l-istandards ISO applikabbli.
L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti ekwivalenti għall-Parti II taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, mill-ġdid bil-format stampat u bħala smartcard.
L-Anness III jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli, inkluż l-istandard ISO rilevanti, u r-rekwiżiti li jippermettu lin-nies jaħżnu u jirkupraw iċ-ċertifikat mobbli fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali tagħhom.
2025/0096 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi u d-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-reġistrazzjoni ta’ vettura tipprovdi l-awtorizzazzjoni amministrattiva biex tibda s-servizz tagħha fit-toroq.
(2)Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tistabbilixxi standards komuni għad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għall-Istati Membri. Din teżiġi wkoll li l-Istati Membri jgħinu lil xulxin jimplimentaw id-Direttiva u tindika li dan jista’ jsir bi skambju elettroniku tal-informazzjoni relatata mal-vetturi, iżda ma teżiġix dan l-iskambju tad-data ikun obbligatorju, li jfixkel il-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri.
(3)Biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u l-verifika taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, hemm bżonn aktar armonizzazzjoni tal-forma u tal-kontenut ta’ dawk iċ-ċertifikati.
(4)L-armonizzazzjoni taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-vetturi se jiffaċilitaw ukoll ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor, u se jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
(5)Biex titqies il-ħtieġa tad-diġitalizzazzjoni, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li jiġu armonizzati ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u anki mobbli. Dawn iċ-ċertifikati jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għalkollox u jkun fihom eżattament l-istess informazzjoni.
(6)Biex il-kontroll tal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati fiżiċi ikun aktar faċli u malajr, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkludu kodiċi QR fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni, inkluż fuq dawk b’forma ta’ smartcard. Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li jinħarġu ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi b’forma ta’ smartcard b’mikroċippa, diment li tilħaq ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi.
(7)It-trasformazzjoni diġitali hi waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni. Importanti li jitneħħew l-ostakli attwali, inkluż il-piż amministrattiv assoċjat mar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi. Dan jista’ jxekkel il-moviment liberu tal-persuni, u d-dritt tagħhom li jduru liberament fl-Unjoni u li jkunu residenti ta’ Stat Membru li ma jkunx dak tar-reġistrazzjoni attwali tal-vettura tagħhom. Għalhekk, minn [OP insert date of entry into force + 4 years], iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli jenħtieġ li jinħarġu b’mod awtomatiku mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt tal-applikant li jitlob ukoll ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku. Biex tkun żgurata l-interoperabbiltà taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawk iċ-ċertifikati. B’hekk ikun jista’ wkoll ikun żgurat li ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jkunu jistgħu jiġu kkontrollati u vverifikati.
(8)Biex jitnaqqsu l-kostijiet taċ-ċittadini u tan-negozji, iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli jenħtieġ li jinħarġu mingħajr ħlas lill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(9)Biex jiġu ffaċilitati l-movimenti transfruntiera, b’mod partikolari r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jirreġistraw b’mod elettroniku d-data kollha meħtieġa dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom u jżommu dik id-data aġġornata f’kull ħin. Din id-data se tgħin billi: ittejjeb il-preċiżjoni tar-reġistri tal-vetturi, tiżgura infurzar aħjar tal-liġi, tiġġieled il-frodi u s-serq tal-vetturi, ittejjeb l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, u tiffaċilita l-kontrolli tal-istatus tal-vetturi li jridu jiġu esportati.
(10)Jenħtieġ li jkun żgurat li l-ipproċessar tad-data personali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkun konformi mal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni. B’mod partikolari, kull data personali użata fil-verifika tad-data tar-reġistrazzjoni ta’ vettura jenħtieġ li ma tinżammx mill-verifikatur, sakemm din iż-żamma ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
(11)L-ittestjar tal-affidabbiltà stradali hu parti minn reġim usa’ li jiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentalment aċċettabbli waqt l-użu tagħhom. Din is-sistema tal-affidabbiltà stradali teżiġi s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ vettura għall-użu fit-toroq meta din il-vettura tkun toħloq riskju għas-sikurezza fit-toroq. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv ikkaġunat mis-sospensjoni, meta titneħħa s-sospensjoni m’hemmx bżonn isir proċess ġdid tar-reġistrazzjoni. Biex ikun żgurat li r-reġistri jkunu preċiżi u aġġornati, meta l-awtorizzazzjoni ta’ vettura għall-użu fit-toroq pubbliċi tkun ġiet sospiża wara test tal-affidabbiltà stradali, is-sospensjoni jenħtieġ li tiġi rreġistrata wkoll b’mod elettroniku fir-reġistru sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabbiltà stradali.
(12)Biex ikun żgurat li r-reġistri tal-vetturi jkunu preċiżi u aġġornati, meta vettura tkun ġiet trattata bħala vettura li m’għadhiex tintuża f’konformità mad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura jenħtieġ li titneħħa b’mod permanenti u li dik l-informazzjoni tiżdied mar-reġistru elettroniku.
(13)Għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ vettura fit-toroq, għal perjodu tranżitorju, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżiġu li s-sewwieqa jġorru magħhom il-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku. Wara dak il-perjodu, l-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u anki mobbli għal dak il-għan.
(14)Meta jirreġistraw mill-ġdid vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, tul perjodu tranżitorju, jeżiġu li tiġi ppreżentata l-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku. Iżda biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tul dak il-perjodu jkunu jistgħu wkoll jaċċettaw il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli, jekk ikun inħareġ. Wara l-perjodu tranżitorju, meta tiġi rreġistrata mill-ġdid vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw il-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku u anki l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli.
(15)Biex ikun żgurat li r-reġistri tal-vetturi jkunu preċiżi u aġġornati, meta tiġi rreġistrata mill-ġdid vettura, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni liema format(i) taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jkunu nħarġu. Meta jkun inħareġ ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirtiraw il-parti(jiet) ta’ dak iċ-ċertifikat ippreżentat, u mingħajr dewmien żejjed jenħtieġ li jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti bl-irtirar. Anki meta jiġi ppreżentat ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li mingħajr dewmien żejjed jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti, u dan tal-aħħar jenħtieġ li jirrevoka minnufih dak iċ-ċertifikat. L-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat preċedenti fir-reġistru tal-vetturi jenħtieġ li tinżamm għal 12-il xahar.
(16)Biex jiġi ffaċilitat l-operat bla xkiel tar-reġim introdott minn din id-Direttiva, b’mod partikolari f’kuntest transfruntier, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni fil-ħin mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
(17)Biex ikun żgurat li l-Annessi jibqgħu aġġornati, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta’ ċerti partijiet tal-Annessi I, II u III fil-każ ta’ tkabbir tal-Unjoni, fir-rigward ta’ elementi mhux obbligatorji fil-każ ta’ bidliet fil-kontenut taċ-ċertifikati tal-konformità fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, jew biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi. Importanti b’mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni indaqs fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.
(18)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika: il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà u l-miżuri tas-sigurtà applikabbli għall-kodiċijiet QR introdotti fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi; l-interoperabbiltà, is-sigurtà u l-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni tar-reġistrazzjoni mobbli; inkluż il-karatteristiċi tal-verifika u l-interfaċċa mas-sistemi nazzjonali; id-data rilevanti miċ-ċertifikat tal-konformità b’format elettroniku kif previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-funjonalitajiet tas-sistema elettronika MOVE-HUB; u l-format tad-data li trid tiġi kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma elettronika. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(19)Biex jiġu miġġielda l-frodi u l-kummerċ illegali tal-vetturi misruqa, l-Istati Membri jenħtieġ li jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jinkludi l-għoti ta’ aċċess għad-data tar-reġistrazzjoni rilevanti u għall-informazzjoni dwar l-affidabbiltà stradali, inkluż is-sospensjonijiet, lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ Stati Membri oħra.
(20)Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jorbtu r-reġistri tal-vetturi u s-sistemi elettroniċi tagħhom taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali mas-sistema MOVE-HUB tal-Kummissjoni, biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru ta’ Stat Membru ieħor fil-ħin reali.
(21)Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza s-sitwazzjoni attwali fl-Istati Membri u tipproponi inizjattivi fuq bażi fattwali soda, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw data lill-Kummissjoni dwar il-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom, inkluż l-għadd ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u mobbli maħruġa, l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet mill-ġdid ta’ vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor, u l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi sospiżi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibgħat id-data miġbura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
(22)L-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba ta’ qafas armonizzat tal-Unjoni għar-reġistrazzjoni tal-vetturi, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. Dan għax ir-regoli nazzjonali li jirregolaw id-dokumenti tar-reġistrazzjoni, id-data tar-reġistrazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra jwasslu għal rekwiżiti tant diversi li l-livell tas-sikurezza fit-toroq u l-moviment liberu tal-persuni maħsub minn dawk ir-regoli armonizzati ma jkunx jista’ jintlaħaq. Għalhekk, dawk l-objettivi jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(23)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, iżidu dokument wieħed jew aktar man-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom biex jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali tat-traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġġustifikata.
(24)Id-Direttiva 1999/37/KE jenħtieġ li titħassar,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni dwar dan li ġej:
(a)id-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi maħruġa mill-Istati Membri;
(b)ċerta data li trid tiġi rreġistrata fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi;
(c)l-iskambju ta’ din id-data bejn l-Istati Membri.
2.Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għad-dokumenti f’każ ta’ reġistrazzjoni temporanja tal-vetturi, sakemm dawn id-dokumenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, f’liema każ, għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“vettura” tfisser kwalunkwe vettura kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 15 tar-Regolament (UE) 2018/858 jew fl-Artikolu 3, il-punt 11 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalunkwe vettura msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(2)“reġistrazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-traffiku tat-triq ta’ vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni ta’ din tal-aħħar u l-ħruġ ta’ numru tas-serje għaliha, li għandu jkun magħruf bħala n-numru tar-reġistrazzjoni;
(3)“ċertifikat tar-reġistrazzjoni” tfisser id-dokument li jiċċertifika li l-vettura hi rreġistrata fi Stat Membru, kemm jekk b’format fiżiku, b’format diġitali, jew it-tnejn li huma;
(4)“ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku” tfisser ċertifikat tar-reġistrazzjoni bil-format stampat u fuq smartcard;
(5)“ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli” tfisser ċertifikat tar-reġistrazzjoni bil-format diġitali;
(6)“detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni” tfisser il-persuna ġuridika jew fiżika li f’isimha tkun irreġistrata vettura;
(7)“sospensjoni” tfisser perjodu limitat taż-żmien li matulu vettura ma tkunx awtorizzata minn Stat Membru biex tintuża fit-traffiku fit-toroq li warajh – diment li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux japplikaw – tista’ tiġi awtorizzata biex terġa’ tintuża mingħajr ma tinvolvi proċess ġdid tar-reġistrazzjoni.
Kapitolu II
Ċertifikati tar-Reġistrazzjoni
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati tar-reġistrazzjoni għall-vetturi li huma soġġetti għal reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Iċ-ċertifikati għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4, fir-rigward taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi, u l-Artikolu 5 fir-rigward taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli.
2.Vettura m’għandhiex tkun is-suġġett ta’ aktar minn ċertifikat tar-reġistrazzjoni wieħed, ħlief kif stabbilit fil-paragrafi 4 u 5. Iżda ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli jista’ jintwera fuq diversi apparati mobbli.
3.Sa [dħul fis-seħħ + 4 snin], l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi. Maċ-ċertifikati fiżiċi, jistgħu joħorġu wkoll ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli.
4.B’effett minn [dħul fis-seħħ + 4 snin + 1 jum], l-Istati Membri għandhom joħorġu biss ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli. Iżda meta jintalbu mill-applikant, l-Istati Membri għandhom joħorġu wkoll ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi u mobbli maħruġa għall-istess vettura jinħarġu lill-istess persuna u jkun fihom informazzjoni identika, kif stabbilit fl-Annessi I u II.
6.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull mudell ġdid taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku tal-vettura u d-deskrizzjoni tas-sett tad-data taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli tal-vetturi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk il-mudelli u d-deskrizzjonijiet tas-settijiet tad-data fuq il-paġna web iddedikata tagħha.
Artikolu 4
Ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi
1.Iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fiżiċi għandu jkun fihom parti waħda kif stabbilit fl-Anness I jew żewġ partijiet kif stabbilit fl-Annessi I u II. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lis-servizzi xierqa li jaħtru, b’mod partikolari dawk tal-manifatturi, biex jimlew il-partijiet tekniċi taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni.
2.Meta jinħareġ ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku ġdid għal vettura rreġistrata qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/37/KE, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dettalji murija fuqu għal dawk li għalihom tkun disponibbli d-data meħtieġa.
3.Id-data mogħtija fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku, kif stabbilit fl-Annessi I u II, għandha tkun rappreżentata mill-kodiċijiet armonizzati tal-Unjoni kif stabbilit f’dawk l-Annessi.
4.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistampaw kodiċi QR fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi maħruġa b’mod stampat. Il-kodiċi QR għandu jippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-informazzjoni rrapportata fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku.
5.Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi maħruġa fuq smartcard jista’ jkun fihom mikroċippa f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistampaw jew jinċiżaw kodiċi QR fl-ispazju riżervat għal dak l-għan fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni maħruġa minnhom.
6.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà tal-kodiċijiet QR stampati fuq ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi, u l-miżuri tas-sigurtà li dawk il-kodiċijiet għandhom jikkonformaw magħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
7.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull miżura maħsuba biex jintroduċu kodiċi QR fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tagħhom, jew b’kull bidla ta’ tali miżura, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħha.
Artikolu 5
Ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli
1.Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness III.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli jinħarġu mingħajr ħlas bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Il-kartieri għandhom jipprovdu l-possibbiltà lill-persuni awtorizzati biex jagħmlu mqar dan li ġej:
(a)li jirkupraw u jaħżnu data biex jivverifikaw l-awtorizzazzjoni tal-vettura li tintuża fit-traffiku;
(b)li juru u jittrasferixxu d-data msemmija fil-punt (a).
3.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lista lill-Kummissjoni tal-emittenti fdati taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli tal-vetturi. Dawn għandhom iżommu dik il-lista aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk il-listi disponibbli għall-pubbliku b’kanal sigur u b’forma ffirmata jew issiġillata elettronikament adattata għall-ipproċessar awtomatizzat.
4.Sa [dħul fis-seħħ + 2 snin], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli, inkluż il-karatteristiċi tal-verifika u l-interfaċċa mas-sistemi nazzjonali, u l-proċeduri għan-notifika tal-emittenti fdati taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Kapitolu III
Obbligi ġenerali
Artikolu 6
Data rreġistrata fir-reġistri tal-vetturi
1.L-Istati Membri għandhom jirreġistraw elettronikament, fir-reġistri tal-vetturi, id-data kollha elenkata fl-Anness I, il-punti 2(e), (f) u (g), tal-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom.
Barra minn hekk, ir-reġistri tal-vetturi għandhom jinkludu:
(a)data rilevanti miċ-ċertifikat tal-konformità b’format elettroniku kif previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2018/858.
(b)l-eżitu tat-testijiet perjodiċi obbligatorji tal-affidabbiltà stradali f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali, inkluż l-eżitu tat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali mwettqa fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, u l-validità taċ-ċertifikat maħruġ minnu, f’konformità mal-Artikolu 4(3) u (4) tad-Direttiva 2014/45/UE.
(c)informazzjoni dwar kull modifika sinifikanti fis-sistemi u l-komponenti tas-sikurezza jew ambjentali tal-vettura;
(d)informazzjoni dwar id-detentur preċedenti u, meta disponibbli, is-sid preċedenti tal-vettura;
(e)informazzjoni dwar kull bidla fis-sjieda tal-vetturi, inkluż tal-vetturi li mhumiex awtorizzati biex jintużaw fit-traffiku minħabba sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 8, jew minħabba tneħħija ta’ reġistrazzjoni temporanja tal-vettura;
(f)il-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura;
(g)informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, meta dik il-vettura tkun ġiet:
(i)ittrattata bħala vettura li m’għadhiex tintuża u jkun inħareġ ċertifikat ta’ qerda f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE;
(ii)irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru differenti, wara konferma mill-Istat Membru l-ġdid tar-reġistrazzjoni;
(iii)esportata barra mill-Unjoni, mal-preżentazzjoni ta’ dokumenti doganali;
(iv)misruqa jew meħuda b’xi mod ieħor illegalment, kif ikkonfermat minn rapport tal-pulizija maħruġ lill-aħħar sid tal-vettura;
(v)irreġistrata bi ksur tar-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali;
(vi)irreġistrata b’Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura skorrett; u
(vii)soġġetta għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha għal xi raġuni oħra.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tinżamm aġġornata.
2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-data rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 7
Verifika tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali meħtieġa għall-verifika tal-informazzjoni rrapportata fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku jew fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli ma tinżammx mill-verifikatur, sakemm dik iż-żamma ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali. Għandhom jiżguraw ukoll li l-awtorità emittenti taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ma tiġix notifikata dwar il-proċess tal-verifika taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi tal-vetturi, u li din tipproċessa l-informazzjoni riċevuta permezz tan-notifika biss għall-fini ta’ tweġiba għat-talba tal-verifika għaċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli tal-vetturi.
Artikolu 8
1.Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi notifika ta’ test perjodiku tal-affidabbiltà stradali li juri li l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ vettura partikolari fit-traffiku tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/45/UE, is-sospensjoni għandha tiġi rreġistrata elettronikament fir-reġistru tal-vetturi.
2.Is-sospensjoni għandha tkun effettiva sakemm il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabbiltà stradali. Malli jirnexxilha tgħaddi mit-test tal-affidabbiltà stradali, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku, u tmiem is-sospensjoni għandu jiġi rreġistrat elettronikament fir-reġistru tal-vetturi. M’għandux ikun meħtieġ proċess ġdid tar-reġistrazzjoni.
3.L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jiffaċilitaw l-ittestjar mill-ġdid ta’ vettura li l-awtorizzazzjoni tagħha għall-użu fit-traffiku tkun ġiet sospiża. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-għoti ta’ permess għall-ivvjaġġar fit-toroq pubbliċi bejn post tat-tiswija u ċentru tal-ittestjar għall-fini ta’ test tal-affidabbiltà stradali.
4.Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet trattata bħala vettura li m’għadhiex tintuża f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/53/KE, ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura għandha tiġi kkanċellata b’mod permanenti u għandha tiżdied informazzjoni għal dak l-għan fir-reġistru tal-vetturi.
Artikolu 9
Rikonoxximent reċiproku
1.Ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku maħruġ minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra għall-identifikazzjoni tal-vettura fit-traffiku internazzjonali jew għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fi Stat Membru ieħor.
2.Ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli maħruġ minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 5 għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra għall-identifikazzjoni tal-vettura fit-traffiku internazzjonali jew għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fi Stat Membru ieħor b’effett minn [dħul fis-seħħ + 4 snin + 1 jum].
Artikolu 10
Identifikazzjoni u reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi
1.Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 4 snin], l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li s-sewwieqa jġorru l-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku magħhom biex jidentifikaw vettura fit-traffiku. Wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi jew mobbli għal dak il-għan.
2.Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 4 snin], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu s-sottomissjoni tal-Parti I biss taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku meta tiġi rreġistrata mill-ġdid vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor. Sa dik id-data, dawn jistgħu jaċċettaw ukoll il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli, jekk ikun hemm.
3.Minn [dħul fis-seħħ + 4 snin + 1 jum], l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-Parti I taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku kif ukoll il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli għall-finijiet tar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor. L-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għandu jivverifika mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni b’liema format(i) kienu nħarġu ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni.
4.Meta jkun inħareġ biss ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għandhom jirtiraw il-parti(jiet) taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni sottomess u għandhom iżommu l-parti(jiet) irtirati għal 12-il xahar. Għandhom, mingħajr dewmien żejjed:
(a) jinformaw b’dan l-irtirar lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat;
(b) jirritornaw il-parti(jiet) rilevanti lil dawk l-awtoritajiet jekk jitolbu dan.
5.Meta jkun inħareġ biss ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għandhom jinformaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ dak iċ-ċertifikat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jirrevokaw minnufih iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni mobbli preċedenti u għandhom iżommu l-informazzjoni li hemm fir-reġistrazzjoni preċedenti fir-reġistru tal-vetturi għal 12-il xahar.
6.Meta jkun inħareġ ċertifikat tar-reġistrazzjoni fiżiku u mobbli, dawn għandhom jimxu mal-passi li hemm fil-paragrafi 4 u 5.
Artikolu 11
Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri
1.L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punt tal-kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża fi żmien xieraq.
2.L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-punt tal-kuntatt nazzjonali tagħhom sa [data tat-traspożizzjoni], u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien b’kull bidla fihom. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti tal-kuntatt kollha u tibgħatha lill-Istati Membri.
Kapitolu IV
Atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati
Artikolu 12
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex temenda:
(a)il-punt 2(d)(ii) u l-punt 3(a)(i)(2) tal-Anness I u l-punt 2(d)(ii) u l-punt 3(a)(i)(2) tal-Anness II, fil-każ ta’ tkabbir tal-Unjoni,
(b)il-punt 2(f) tal-Anness I u tal-Anness II fir-rigward ta’ elementi mhux obbligatorji, fil-każ ta’ bidla fil-kontenut jew fid-definizzjonijiet taċ-ċertifikati tal-konformità fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, u biex jitqiesu żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi,
(c)it-tabelli 2 u 3 fl-Anness I u fl-Anness II, biex jiġu elenkati t-tikketti li jidentifikaw l-oġġetti tad-data li jikkorrispondu mad-data tar-reġistrazzjoni obbligatorja u fakultattiva.
(d)l-Anness III, biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
Artikolu 13
Eżerċizzju ta’ delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat fi żmien sa disa’ xhur qabel jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni fi żmien sa tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.
3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn meta jintalab mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 14
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta jkun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat jekk, qabel l-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Kapitolu V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
Skambju tad-data
1.L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jiskambjaw informazzjoni relatata mad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, id-data tal-aħħar ċertifikat tal-affidabbiltà stradali, kwalunkwe rapport tekniku ta’ spezzjoni tul it-traġitt, u l-istorja tal-odometru tal-vettura maħżuna fil-bażijiet tad-data nazzjonali, b’mod partikolari biex jivverifikaw, qabel kull reġistrazzjoni ta’ vettura, l-istatus legali ta’ dik il-vettura, meta meħtieġ fl-Istat Membru li fih kienet irreġistrata qabel.
B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess għad-data rilevanti tar-reġistrazzjoni [f’konformità mal-Artikolu 6, inkluż l-informazzjoni li hemm fl-aħħar ċertifikat tal-affidabbiltà stradali maħruġ f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE, is-sospensjonijiet skont l-Artikolu 8, u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar ir-restrizzjonijiet li jaffettwaw ir-reġistrazzjoni mill-ġdid, maħżuna fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi, lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ Stati Membri oħra.
2.L-Istati Membri għandhom jagħmlu jorbtu r-reġistri nazzjonali tal-vetturi u s-sistemi elettroniċi tagħhom taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali permezz tas-sistema elettronika MOVE-HUB żviluppata mill-Kummissjoni b’mod li l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tkun tista’ tikkonsulta r-reġistru tal-vetturi ta’ kull Stat Membru ieħor fil-ħin reali. Dan l-irbit għandu jkun operazzjonali fi żmien sena mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
3.L-aċċess għan-network MOVE-HUB għandu jkun sigur. L-Istati Membri jistgħu jikkollegaw biss lill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
4.Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 2 snin], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 2, u li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi għall-format u l-kontenut tal-messaġġ li jridu jużaw l-Istati Membri. Għandha tispeċifika liema awtorità hija responsabbli għall-aċċess għad-data u għall-użu ulterjuri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 16
Komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni
1.Sal-31 ta’ Marzu 2030, u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull tielet sena minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma tar-rapportar online msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“pjattaforma elettronika”), id-data relatata mal-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom tul kull waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti. Id-data għandha tinkludi (għal kull sena kalendarja):
(a)l-għadd ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi maħruġa, għal kull kategorija ta’ vettura;
(b)l-għadd ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli maħruġa, għal kull kategorija ta’ vettura;
(c)l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet mill-ġdid ta’ vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor, għal kull kategorija ta’ vettura;
(d)l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-vetturi sospiżi, għal kull kategorija ta’ vettura;
L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin 2027, 2028, u 2029, separatament.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-data miġbura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li bih għandha tiġi kkomunikata d-data msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-pjattaforma elettronika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 17
Traspożizzjoni
1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sa [data tad-dħul fis-seħħ + sentejn (2)]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 18
Revoka
1.Id-Direttiva 1999/37/KE titħassar b’effett minn [id-data tad-dħul fis-seħħ + sentejn (2)].
2.Ir-referenzi għad-Direttiva 1999/37/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 20
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
[...]
[...]
DIKJARAZZJONI LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA U DIĠITALI
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE u li temenda d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE;
Proposta għal Direttiva li tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi (id-Direttiva VRD).
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
It-trasport, is-sikurezza fit-toroq
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Din l-inizjattiva għandha l-objettiv ġenerali li tkompli ttejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-UE, tikkontribwixxi għall-mobbiltà sostenibbli u tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti fl-UE billi taħtaf il-potenzjal kollu tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali (RWP).
1.3.2.Objettiv(i) speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
L-objettivi speċifiċi tal-inizjattiva huma li:
Tiżgura l-konsistenza, l-oġġettività, il-kwalità tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi tal-lum u ta’ għada;
Tnaqqas b’mod sinifikanti t-tbagħbis u ttejjeb id-detezzjoni tal-vetturi difettużi, biex tkun tista’ ssir id-detezzjoni ta’ sistemi tal-kontroll tas-sikurezza u tal-emissjonijiet difettużi/imbagħbsa (jiġifieri t-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet tal-istorbju), kif ukoll tal-frodi fl-odometri;
Ittejjeb il-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data rilevanti dwar l-identifikazzjoni u l-istatus tal-vetturi.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Il-proposta se tikkontribwixxi biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq fl-UE, bl-impatt stmat li ssalva l-ħajja ta’ 6,912 persuna u tevita 64,885 korriment serju. Se tikkontribwixxi wkoll għall-mobbiltà sostenibbli billi jnaqqas l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tal-istorbju, li se jwasslu għal iffrankar tal-kostijiet esterni, stmat għal EUR 83.4 biljun. Se tikkontribwixxi wkoll biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti fl-UE bi tneħħija tal-ostakli għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi fi Stat Membru ieħor u tar-rikonoxximent (limitat) fl-UE kollha taċ-ċertifikati tal-PTI. Mistennija wkoll tipprovdi benefiċċji sinifikanti bl-introduzzjoni ta’ metodi tal-ittestjar għall-ispezzjoni tal-vetturi elettriċi, titjib fl-ittestjar tal-emissjonijiet (bħall-kejl tan-NOx u tal-PN), u bl-introduzzjoni ta’ metodi tal-ittestjar tas-sistema avvanzata ta’ assistenza għas-sewwieqa (ADAS) u sistemi oħra tas-sikurezza. Huma mistennija benefiċċji wkoll bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ spezzjonijiet obbligatorji tal-irbit tal-merkanzija u metodi ġodda tal-ittestjar, bħall-insegwiment tad-dħaħen u t-telerilevament biex jiġu skrinjati l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa u tal-istorbju, kif ukoll il-miżuri ta’ governanza tad-data. L-inizjattiva mistennija twassal għal detezzjoni aħjar u għalhekk jonqsu l-vetturi difettużi u mbagħbsa, inkluż bl-estensjoni tal-ispezzjonijiet tul it-traġitt għall-vetturi kummerċjali ħfief. Mistennija twassal ukoll għal tnaqqis sinifikanti fit-tbagħbis tal-odometri bis-saħħa tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-qari tal-odometri u li r-rekords isiru disponibbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid. Għandha wkoll tipprovdi benefiċċji bis-saħħa taċ-ċertifikat elettroniku obbligatorju tal-affidabbiltà stradali, bl-introduzzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni tal-vetturi b’format diġitali, bl-aċċess għar-rapporti tal-PTI fil-bażijiet tad-data nazzjonali, u bl-estensjoni tad-data inkluża fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Il-benefiċċji totali huma stmati għal EUR 391.6 biljun, espressi bħala valur attwali tul il-perjodu 2026-2050, meta mqabbel max-xenarju bażi.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Fir-rigward tal-objettiv tas-sikurezza fit-toroq, il-Kummissjoni timmonitorja regolarment l-indikaturi ewlenin tas-sikurezza fit-toroq, inkluż l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ fatalitajiet, korrimenti serji u minuri għal kull Stat Membru u għal kull kategorija ta’ vetturi, kull età u ċerti karatteristiċi tal-vettura. Informazzjoni dettaljata dwar il-kawżi tal-ħabtiet, b’mod partikolari dwar id-difetti fil-vetturi aktarx li mhix se tkun disponibbli fuq skala kbira fiż-żmien qrib. Fil-futur, l-analiżi tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, kif jobbligat r-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali, tista’ tipprovdi għarfien aktar dettaljat dwar il-kawżi ta’ sehem sinifikanti ta’ ħabtiet. Sa dak iż-żmien, ir-rekwiżiti tar-rapportar eżistenti għandhom jiġu aġġornati biex ikunu jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet tal-monitoraġġ attwali.
Fir-rigward tat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju, l-evoluzzjoni tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju qed timmonitorjaha kontinwament l-EEA. Parti mit-tnaqqis mistenni fis-snin li ġejjin se jkun relatat ma’ din l-inizjattiva, b’manutenzjoni aħjar tal-vetturi u b’inqas tbagħbis fis-sistemi tal-kontroll tal-emissjonijiet. Il-progress favur l-objettiv li din tikkontribwixxi għal mobbiltà sostenibbli jista’ jitkejjel bl-evoluzzjoni tar-riżultati tal-PTI u tal-RSI, kif ukoll mid-data tat-telerilevament.
Fir-rigward tal-objettiv li din tiffaċilita l-moviment liberu, l-indikaturi ta’ suċċess se jkunu l-għadd ta’ Stati Membri li jirrikonoxxu l-PTIs imwettqa barra mill-pajjiż.
Biex jitkejjel is-suċċess tal-inizjattiva, ġew stabbiliti l-objettivi operazzjonali li ġejjin: 1) l-applikazzjoni ta’ metodi tal-ittestjar tas-sikurezza u tal-emissjonijiet li għadhom kemm saru disponibbli; 2) l-irbit tar-reġistri tal-vetturi u tal-bażijiet tad-data tal-odometri tal-Istati Membri fuq ċentru komuni; 3) id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-vetturi; 4) tnaqqis fl-għadd ta’ vetturi difettużi u mbagħbsa fit-toroq tal-UE.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva b’għadd ta’ azzjonijiet u b’sett ta’ indikaturi ewlenin li jkejlu l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi operazzjonali. Ħames snin wara l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni riveduta, is-servizzi tal-Kummissjoni se jwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.
1.4.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
☐azzjoni ġdida
☐azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
☐fużjoni jew ridezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali se jkollhom jistabbilixxu bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-istorja tal-odometri tal-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom, jorbtu r-reġistri nazzjonali eżistenti tal-vetturi fuq il-pjattaforma tal-messaġġi MOVE-HUB, iżidu elementi ġodda tad-data ma’ dawn ir-reġistri u jintroduċu t-telerilevament, u dan jeħtieġ ix-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid għall-ispezzjonijiet tul it-traġitt kif ukoll sistema tal-monitoraġġ.
Iċ-ċentri tal-PTI se jkollhom jaġġornaw ir-rekwiżiti tat-testijiet u jintroduċuoħra ġodda, u dan jeħtieġ investimenti addizzjonali fit-tagħmir, fil-kapaċità tal-ittestjar u fit-taħriġ tal-ispetturi. Iżda ċ-ċentri tal-PTI huma mistenija jkunu jistgħu jirkupraw imqar parti mill-kostijiet addizzjonali permezz tal-opportunitajiet addizzjonali tan-negozju (żieda fit-testijiet) u f’xi każijiet (skont l-Istat Membru) b’xi żidiet fit-tariffi tal-PTI.
Il-garaxxijiet tat-tiswija tal-vetturi, in-negozjanti tal-vetturi motorizzati u garaxxijiet oħra se jkollhom jaġġornaw is-software tagħhom biex ikunu jistgħu jittrasferixxu d-data tagħhom lill-bażi tad-data nazzjonali ċentrali, biex josservaw ir-rekwiżit li tiġi stabbilita sistema li tirreġistra l-qari tal-odometri mill-karozzi u l-vannijiet.
Il-manifatturi tal-karozzi se jkollhom jaġġustaw is-sistemi tagħhom għal qafas ta’ governanza biex jipprovdu aċċess għad-data ta’ ġol-vettura li hemm bżonn biex isiru iwettqu l-PTI u l-RSI, liċ-ċentri ta’ spezzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, u jagħmlu aġġustamenti fis-sistemi tal-informatika tagħhom biex jiżguraw l-aċċess għad-data rilevanti, u l-kostijiet tal-manutenzjoni.
Xi sidien tal-vetturi se jiffaċċjaw ukoll PTI u/jew spezzjonijiet tul it-traġitt addizzjonali. Minħabba r-rekwiżiti l-ġodda tal-ittestjar rigward is-sikurezza, l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-istorbju, xi sidien tal-vetturi jaf ikollhom bżonn isewwu l-vetturi tagħhom biex jiżguraw li jkunu jistgħu jgħaddu mill-ispezzjoni tal-PTI u jibqgħu jintużaw.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante) u l-valur miżjud tal-UE ġġenerat mistenni (ex post)
Filwaqt li l-iżvilupp teknoloġiku aktarx ikompli jtejjeb is-sikurezza tal-vetturi, l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-flotta tal-vetturi tal-UE tieħu ftit taż-żmien, u wħud mill-karatteristiċi l-ġodda jaf joħolqu wkoll riskji ġodda. Bl-istess mod, filwaqt li t-tbagħbis jista’ jsir aktar diffiċli minħabba soluzzjonijiet tekniċi, hu improbabbli li dan jisparixxi mingħajr ma l-ittestjar tal-vetturi jkun jista’ jidentifika modifiki illegali, b’mod partikolari tas-software tal-ġestjoni tal-magna eż., billi jiġi żgurat aċċess aħjar għad-data ta’ ġol-vettura. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ intervent fil-livell tal-UE, il-problema aktarx tippersisti. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri unilaterali, iżda dawn il-miżuri ma jistgħux jissostitwixxu l-effett ta’ koordinazzjoni u armonizzazzjoni tat-tliet Direttivi, u jkunu qed jissograw distorsjonijiet possibbli fis-suq intern u li l-problema tiġi indirizzata biss parzjalment.
Il-problema ta’ nuqqas ta’ kontroll biżżejjed tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja tal-vetturi tibqa’ sakemm fit-toroq jibqa’ jkollna vetturi mgħammra b’magni tal-kombustjoni interna (ICE). Għalkemm bi standards tal-emissjonijiet aktar stretti u b’elettrifikazzjoni gradwali, l-għadd ta’ vetturi li jiġġeneraw emissjonijiet mill-pajp tal-egżost se jonqos, dawn xorta se jkunu qed jinstaqu fl-UE għal deċennji mil-lum. Iżda mingħajr l-aġġornament tar-rekwiżiti attwali tat-testijiet tal-emissjonijiet fil-livell tal-UE, l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu l-aktar metodi ta’ ttestjar effettivi u effiċjenti diġà disponibbli. Bl-istess mod, filwaqt li aktar Stati Membri jistgħu jibdew jesperimentaw bl-ittestjar tal-istorbju tul it-traġitt, hu improbabbli li l-problema tal-vetturi storbjużi tonqos b’mod sinifikanti jekk ma jkunx hemm approċċ aktar sistematiku u kkoordinat.
Mingħajr intervent fil-livell tal-UE, ċerti Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri unilaterali jew bilaterali, bħal reġistrazzjoni sistematika (u possibbilment skambju) tal-qari tal-odometri jew jiżviluppaw ftehimiet biex jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali ta’ xulxin. Iżda xorta tibqa’ l-problema sistemika ta’ nuqqas ta’ skambju suffiċjenti u effiċjenti tad-data tal-vetturi relatata mal-affidabbiltà stradali, u din ixxekkel l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli eżistenti.
Peress li t-trasport bit-triq u l-industrija tal-karozzi huma setturi internazzjonali, hu ferm aktar effiċjenti u effettiv li l-kwistjonijiet jiġu indirizzati fil-livell tal-UE milli fil-livell tal-Istati Membri. Filwaqt li l-prattiki nazzjonali jvarjaw storikament, ċertu livell minimu ta’ armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-vetturi u soluzzjonijiet maqbula b’mod komuni għall-iskambju tad-data tal-vetturi bejn l-Istati Membri hu aktar effettiv milli jkollok diversi soluzzjonijiet nazzjonali mhux ikkoordinati. B’regoli komuni, applikati għall-ittestjar tat-teknoloġiji moderni tal-vetturi (EVs, ADAS, u l-aħħar tagħmir tal-kontroll tal-emissjonijiet), l-Istati Membri jiksbu ekonomiji ta’ skala u l-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar jistgħu joperaw f’suq aktar omoġenju. Il-funzjonament tas-suq intern jittejjeb ukoll billi l-vetturi jkunu soġġetti għal testijiet simili f’kundizzjonijiet simili, u l-operaturi tat-trasport iġarrbu kostijiet simili. Il-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess u l-iskambju tad-data dwar il-vetturi fil-livell tal-UE mhux biss se tkun aktar effiċjenti minn ftehimiet u negozjati bilaterali ma’ manifatturi individwali, iżda wkoll tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri u tqegħidhom, kollettivament, f’pożizzjoni aktar b’saħħitha fil-konfront tal-industrija awtomobilistika.
1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Mill-1977 ’l hawn iddaħħlu diversi miżuri fil-livell tal-UE, għax l-Istati Membri bdew jiżviluppaw ir-regolamenti nazzjonali tagħhom stess dwar l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi, u dan wassal għal nuqqas ta’ armonizzazzjoni. L-RWP tal-2014 bena fuq ir-rekwiżiti inklużi fid-Direttivi preċedenti relatati mat-testijiet tal-affidabbiltà stradali, l-ispezzjonijiet tul it-traġitt, u r-regoli dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Biex jintlaħaq l-objettiv li titjieb is-sikurezza tal-vetturi fit-triq, issaħħu l-istandards minimi tal-UE għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali (PTI) u ddaħħlu standards obbligatorji flimkien ma’ spezzjonijiet aleatorji tul it-traġitt (RSI). Dan tqies bħala essenzjali biex ikun evitat li titnaqqas l-effettività tal-infurzar tal-affidabbiltà stradali. Biex jintlaħaq l-objettiv li tkun disponibbli d-data meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali u dik li tirriżulta minnu, id-Direttiva PTI tħeġġeġ ukoll il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż ir-rekords tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali.
Ir-rilevanza tal-RWP tnaqqset fl-aħħar snin għax kiber id-distakk bejn ir-rekwiżiti eżistenti tal-affidabbiltà stradali u s-sistemi l-ġodda installati fil-vetturi moderni. Fir-rigward tas-sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa (ADAS), is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS), l-interfaċċa bejn il-bnedmin u l-magna (HMI) u l-karatteristiċi elettroniċi tas-sikurezza, jidher li t-tliet Direttivi ma jipprovdux qafas komprensiv biżżejjed. L-RWP bħalissa ma jkoprix protokolli speċifiċi tal-ittestjar biex jiżgura l-konformità u l-manutenzjoni tal-vetturi elettriċi u ibridi, inkluż aġġornamenti tas-software, b’mod sikur u effiċjenti.
Fir-rigward tal-objettiv tal-RWP li jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, uħud mit-testijiet użati fil-PTI m’għadhomx sensittivi biżżejjed biex jaqbdu d-difetti tal-emissjonijiet fil-vetturi li jaħdmu bil-kombustjoni interna. Il-magni moderni tal-vetturi u s-sistemi tal-gass tal-egżost għandhom kriterji kritiċi ta’ detezzjoni li mhumiex koperti mill-metodi tal-ittestjar preskritti bħalissa, u l-kontribut tal-RWP attwali biex jonqos l-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni b’emissjonijiet qawwijin sar inqas rilevanti. Barra minn hekk, bħalissa m’hemm l-ebda dispożizzjoni tal-UE dwar l-affidabbiltà stradali għall-ittestjar tal-vetturi għal manipulazzjoni/difetti tal-emissjonijiet jew għal manipulazzjoni/difetti fil-filtru tal-partikoli tad-diżil.
Rigward it-titjib fl-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-ittestjar bejn l-Istati Membri, il-qafas attwali għall-iskambju tal-informazzjoni ma kienx effettiv. Għalkemm il-leġiżlazzjoni ssemmi l-iskambji elettroniċi tad-data bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala possibbiltà, mhux il-pajjiżi kollha jużaw dan. Anki jekk l-armonizzazzjoni tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għamlitha aktar faċli biex iċ-ċittadini jirreġistraw vetturi minn Stati Membri oħra u miż-ŻEE, hemm lok għal titjib fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni, ħalli dan isir ferm aktar faċli.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta hi konsistenti mal-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tal-2020 (SSMS) u l-Patt Ekoloġiku tal-UE billi tiżgura li maż-żmien il-vetturi fit-toroq jibqa’ jkollhom livell adegwat ta’ sikurezza u prestazzjoni ambjentali. Din tikkonforma mal-objettivi stabbiliti fil-Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq u mistennija wkoll tagħti kontribut sinifikanti lill-objettivi ta’ politika tal-UE dwar l-arja nadifa, inkluż dawk tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent u tad-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet, billi tidentifika aħjar u tnaqqas il-preżenza tal-inkwinanti qawwija li jirrappreżentaw sehem kbir ħafna tal-emissjonijiet totali mit-trasport bit-triq. Il-proposta se tiffaċilita l-aċċess online għall-informazzjoni relatata mal-vetturi, għall-proċeduri amministrattivi rilevanti u għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, u dan jikkonforma mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika. L-iskambju tal-informazzjoni relatata mal-affidabbiltà stradali u tad-data r-reġistrazzjoni se jiġi allinjat mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR). Il-proposta hi allinjata wkoll mar-rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali kif stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni tat-Tip, inkluż mar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali. Din tinkludi miżuri li jiżguraw li s-sidien iżommu l-istandards minimi tul il-ħajja tal-vettura. Il-proposta tiżgura allinjament bejn l-ittestjar tal-PTI u tal-RSI u l-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż fir-rigward tal-użu tal-PTI elettronika (ePTI). Il-proposta hi koerenti wkoll mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-vetturi li m’għadhomx jintużaw (ELV), billi tipprovdi aċċess elettroniku għad-data lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ Stati Membri oħra tal-UE u żżid data ġdida, inkluż data relatata mal-ELV, fir-reġistru tal-vetturi. Għaldaqstant, il-proposta titqies konsistenti mal-istrateġiji u l-istrumenti legali rilevanti tal-UE u tikkontribwixxi għall-prijoritajiet ta’ politika tal-UE.
1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-kostijiet ta’ darba fl-2027 u l-kostijiet tal-aġġustament kontinwi tal-Kummissjoni huma relatati l-aktar mal-aġġornament tas-sistema tal-informatika li taġixxi bħala interfaċċa komuni biex tappoġġa l-interazzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet governattivi, b’mod partikolari b’rabta mal-iskambju tal-informazzjoni relatata mal-vetturi. Il-funzjonalità tal-informazzjoni se tibni fuq il-pjattaforma eżistenti (MOVE-HUB) żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni varja relatata mat-trasport bit-triq bejn l-Istati Membri. L-aġġornament ta’ din is-sistema jippreżenta l-aħjar użu tal-organizzazzjoni attwali u r-riżorsi investiti s’issa.
L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pakkett rivedut dwar l-Affidabbiltà Stradali teħtieġ ukoll riżorsi umani addizzjonali fil-livell ta’ 1 FTE/sena mill-2027 ’il quddiem, biex issir il-ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, inkluż biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu l-qafas tekniku u diġitali meħtieġ.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
☑durata limitata
☐fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
☐impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament
☐durata mhux limitata
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
☑Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
☑mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
☐mill-aġenziji eżekuttivi
☐Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☐Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil:
☐pajjiżi terzi jew lill-korpi maħtura minnhom;
☐organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
☐il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment;
☐il-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
☐korpi regolati bil-liġi pubblika;
☐korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;
☐korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;
☐korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti;
☐korpi stabbiliti fi Stat Membru, regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi regolati mil-liġi pubblika jew minn korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
L-implimentazzjoni tal-proposta teħtieġ l-aġġornament u l-manutenzjoni ta’ sistema tal-IT eżistenti. Din is-sistema għandha tgħaqqad networks eżistenti ta’ sistemi tal-IT nazzjonali u punti tal-aċċess interoperabbli, li joperaw fir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, biex ikun żgurat skambju sigur u affidabbli tal-informazzjoni relatata mal-vetturi. Il-Kummissjoni se tiddefinixxi soluzzjonijiet xierqa tal-IT fl-atti ta’ implimentazzjoni, inkluż id-disinn jew l-arkitettura u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal pjattaforma ta’ interfaċċa biex jiġu interkonnessi s-sistemi nazzjonali għall-iskambju tal-informazzjoni. Il-kostijiet tal-aġġustament għall-Kummissjoni mistennija jkunu żewġ elementi ewlenin tal-kost (ikkalkulati b’valur nett attwali), kif ġej: - il-kostijiet tal-aġġustament mhux rikorrenti (ta’ darba) fl-2027 imġarrba minħabba l-aġġornament tekniku meħtieġ tal-pjattaforma tal-IT, u l-ittestjar tagħha, għall-iskambju tal-informazzjoni relatata mal-vetturi bejn l-Istati Membri huma stmati għal EUR 200 000; kostijiet kontinwi tal-aġġustament (manutenzjoni u appoġġ tal-pjattaforma ddedikata) huma stmati għal madwar EUR 50 000 fis-sena maħsuba għall-iskambju interattiv tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-RWP, inkluż l-appoġġ sussegwenti lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-qafas tekniku u diġitali meħtieġ, teħtieġ żieda fir-riżorsi umani fil-livell ta’ 1 FTE/sena mill-2027 ’il quddiem, għal imqar tliet snin.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-kompiti implimentati direttament mid-DĠ MOVE se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ MOVE. Fir-rigward tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi, skont l-Artikolu 20a tad-Direttiva PTI, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz tal-pjattaforma tar-rapportar online (“pjattaforma elettronika”), id-data miġbura relatata ma’ kull waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti u li tikkonċerna lill-vetturi spezzjonati fit-territorju tagħhom. Dik id-data għandha tindika (għal kull sena kalendarja):
l-għadd ta’ ċentri tal-ittestjar għal kull Stat Membru; l-għadd totali ta’ vetturi spezzjonati; l-għadd ta’ vetturi spezzjonati għal kull kategorija; l-oqsma kkontrollati, u l-elementi li fallew, f’konformità mal-punt 3 tal-Anness I; meta jiġu ttestjati vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor, l-għadd, il-kategorija u r-riżultat tat-test ta’ dawk il-vetturi.
Fir-rigward tal-ispezzjonijiet tul it-traġitt, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva RSI, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma tar-rapportar online (“pjattaforma elettronika”, l-istess bħal t’hawn fuq), id-data miġbura relatata ma’ kull waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti u li tikkonċerna lill-vetturi spezzjonati fit-territorju tagħhom. Dik id-data għandha tindika (għal kull sena kalendarja):
l-għadd ta’ ċentri tal-ittestjar għal kull Stat Membru; l-għadd totali ta’ vetturi spezzjonati; il-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura spezzjonata; fil-każ ta’ spezzjonijiet aktar dettaljati, l-oqsma kkontrollati u l-elementi li fallew, f’konformità mal-punt 10 tal-Anness IV; ir-riżultati tal-kejl tat-telerilevament imwettaq f’konformità mal-Artikolu 4a.
Fir-rigward tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva VRD, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma tar-rapportar online, id-data miġbura b’rabta ma’ kull waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti u dwar il-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom. Dik id-data għandha tindika (għal kull sena kalendarja):
l-għadd ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi maħruġa, skont il-kategorija tal-vettura; l-għadd ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni mobbli maħruġa, għal kull kategorija ta’ vettura; l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet mill-ġdid ta’ vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor, għal kull kategorija ta’ vettura; l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-vetturi sospiżi, għal kull kategorija ta’ vettura; u lista tal-elementi tad-data rreġistrati fir-reġistri nazzjonali.
Il-perjodu tar-rapportar il-ġdid tal-Istati Membri hu estiż minn sentejn attwali għal tliet snin biex jgħin ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Il-pjattaforma elettronika hi maħsuba biex tiffaċilita l-kompilazzjoni awtomatika tad-data b’karatteristiċi speċifiċi tar-rapportar.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-unità fi ħdan id-DĠ MOVE responsabbli għall-qasam tal-politika se timmaniġġa l-implimentazzjoni tad-Direttiva.
In-nefqa se tiġi implimentata b’ġestjoni diretta, u b’applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-istrateġija tal-kontroll għall-akkwisti u għall-għotjiet fid-DĠ MOVE tinkludi kontrolli legali, operazzjonali u finanzjarji ex ante speċifiċi rigward il-proċeduri (inkluż, għall-akkwist, rieżami mill-kumitat konsultattiv għall-akkwist u l-kuntratti) u rigward l-iffirmar tal-kuntratti u l-ftehimiet. Barra minn hekk, in-nefqa li ssir għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi hi soġġetta għal kontrolli ex ante u, meta meħtieġ, għal kontrolli ex post u finanzjarji.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti relatati mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu, ir-riskji identifikati huma marbuta mal-użu ta’ proċeduri tal-akkwist: dewmien, disponibbiltà tad-data, informazzjoni fil-ħin lis-suq, eċċ. Dawn ir-riskji huma koperti mir-Regolament Finanzjarju u jittaffew bis-sett ta’ kontrolli interni użat mid-DĠ MOVE għall-akkwist ta’ dan il-valur.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament jew fl-għeluq)
Iż-żieda baġitarja mitluba tapplika għall-aġġornament u l-manutenzjoni tas-sistema tal-informatika. Fir-rigward tal-attivitajiet tal-kontroll relatati mas-sistemi tal-informatika żviluppati jew immexxija mid-Direttorat responsabbli għall-proposta, il-kumitat tal-ġestjoni tal-IT qed jimmonitorja regolarment il-bażijiet tad-data tad-Direttorat u l-progress li jkun sar, filwaqt li jqis is-simplifikazzjoni u l-kosteffiċjenza tar-riżorsi tal-IT tal-Kummissjoni.
Id-DĠ MOVE jirrapporta kull sena, fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, dwar il-kost tal-kontroll tal-attivitajiet tiegħu. Il-profil tar-riskju u l-kost tal-kontrolli għall-attivitajiet tal-akkwist huma konformi mar-rekwiżiti.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-miżuri regolari ta’ prevenzjoni u protezzjoni tal-Kummissjoni japplikaw, speċifikament:
il-pagamenti għas-servizzi huma kkontrollati mill-persunal tal-Kummissjoni qabel il-pagament, filwaqt li jitqies kull obbligu kuntrattwali, prinċipju ekonomiku u prattika finanzjarja jew maniġerjali tajba. Id-dispożizzjonijiet kontra l-frodi (superviżjoni, rekwiżiti tar-rapportar, eċċ.) se jiġu inklużi fil-ftehimiet u l-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u r-riċevituri tal-pagamenti; u
biex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, għandhom japplikaw mingħajr restrizzjonijiet id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Id-DĠ MOVE adotta Strateġija riveduta Kontra l-Frodi (AFS) fl-2020. Il-MOVE AFS hi bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi u fuq valutazzjoni tar-riskju speċifika mwettqa internament biex tidentifika l-aktar oqsma vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex titjieb il-kapaċità tad-DĠ MOVE li jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi l-frodi. Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-kontrolli fuq il-post ikunu jistgħu jagħmluhom is-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard rakkomandati mill-OLAF.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħrajn
|
dħul assenjat ieħor
|
|
01
|
02.20.04.01
|
Diff
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Linji tal-baġit ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħrajn
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
☐Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
☑Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru 01
|
Is-Suq Uniku, l-Innovazzjoni u d-Diġitali
|
|
DĠ: MOVE
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja 02 20 04 01
|
Impenji
|
(1a)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ MOVE
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sena2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP
2021-2027
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-Intestaturi 1 sa 6 tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+6
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
DĠ: MOVE
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP
2021-2027
|
|
Riżorsi umani
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
TOTAL DĠ MOVE
|
Approprjazzjonijiet
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP
2021-2027
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.438
|
0.438
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.438
|
0.438
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs ⇓
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1: [...]
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-Objettiv Speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-Objettiv Speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
☐Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
☑Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
3.2.3.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
|
|
TOTAL
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.188
|
0.188
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
☐Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
☑Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjata mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal fulltime (FTEs)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
1
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
1
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorja: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1-6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fuq programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li jrid jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (eż. liċenzji, studji, ħżin tad-data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL Approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fuq programmi operazzjonali
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
|
|
|
TOTAL
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.250
|
0.250
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
☑tista’ tiġi ffinanzjata għalkollox b’riallokazzjoni fi ħdan l-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
☐teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat fl-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament dwar il-QFP.
☐teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
☑ma tipprevedix kofinanzjament ta’ partijiet terzi
☐tipprevedi l-kofinanzjament ta’ partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL Approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
☑Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
☐Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
☐fuq ir-riżorsi proprji
☐fuq dħul ieħor
☐indika jekk id-dħul hu assenjat għal linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu ..........
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata.
[...]
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kull informazzjoni oħra).
[...]
4.DIMENSJONIJIET DIĠITALI
4.1.Rekwiżit 1 (R1): Rekwiżit taċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali b’format elettroniku
(a)Id-Direttiva 2014/45/UE (PTI), l-Artikolu 8(2)
(b)Filwaqt li d-Direttiva PTI attwali tippermetti l-użu ta’ ċertifikati tal-affidabbiltà stradali prodotti elettronikament, din teżiġi li kopja stampata ċċertifikata tingħata lill-persuna li tippreżenta l-vettura għall-PTI. Il-miżura se tillimita r-rekwiżit għall-ħruġ ta’ dokument elettroniku biss, filwaqt li tingħata kopja stampata biss jekk il-persuna li tippreżenta l-vettura titlob dan.
(c)Bl-iskambju tad-data relatata mal-PTI skont R1, l-awtoritajiet tal-infurzar se jkunu jistgħu jivverifikaw l-istatus ta’ kull vettura rreġistrata fl-UE fil-każ ta’ kontroll tul it-traġitt jew għall-fini ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid, mingħajr il-bżonn li s-sid tal-vettura jippreżenta ċertifikat stampat.
(d)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: L-Istati Membri, is-sidien tal-vetturi.
(e)Il-ġestjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti tal-vetturi u tal-bażijiet tad-data tal-PTI.
Rekwiżit 2 (R2): Provvista ta’ aċċess elettroniku għad-data rilevanti, inkluż dwar ir-rapporti tal-PTI maħżuna fil-bażijiet tad-data nazzjonali, lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ Stati Membri oħra tal-UE fuq interfaċċa komuni
(a)Id-Direttiva 1999/37/KE riveduta (VRD), l-Artikolu 15, u d-Direttiva 2014/45/UE (PTI) l-Artikolu 16, u d-Direttiva 2014/45/UE (PTI), l-Artikolu 18a tad-Direttiva 2014/47/UE (RSI).
(b)Din il-miżura se teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aċċess lil Stati Membri oħra li jitolbu reġistrazzjoni jew data tal-vetturi relatata mal-PTI, u l-istorja tal-odometri għall-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom.
(c)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: L-Istati Membri, il-Kummissjoni.
(d)Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data, il-miżura teħtieġ li l-Istati Membri jorbtu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom (ir-reġistri tal-vetturi u l-bażijiet tad-data tal-PTI relatati skont il-każ) mal-pjattaforma eżistenti MOVE-HUB żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni varja relatata mat-trasport bit-triq bejn l-Istati Membri.
Rekwiżit 3 (R3): Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni jibdew jinħarġu b’format diġitali biex gradwalment jiġu sostitwiti d-dokumenti stampati (u tal-ismartcard) attwali
(a)Id-Direttiva 1999/37/KE riveduta (VRD), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Anness III
(b)Il-miżura se tintroduċi r-rekwiżit li ċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni l-ġodda jibdew jinħarġu b’format diġitali b’mod awtomatiku. Id-dettalji tekniċi taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni diġitali/mobbli se jiġu definiti f’att ta’ implimentazzjoni u jirreferu għall-istandards rilevanti tal-ISO bħal fil-każ tal-liċenzja tas-sewqan diġitali. Simili għal-liċenzja mobbli tas-sewqan, iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni diġitali se jiddependi fuq l-inizjattiva eIDAS.
(c)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: L-Istati Membri, is-sidien tal-vetturi.
(d)Il-miżura tapplika għall-kategoriji kollha tal-vetturi li huma soġġetti għal reġistrazzjoni fl-Istati Membri. Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-vetturi fit-traffiku tat-triq kif ukoll għar-reġistrazzjoni mill-ġdid, l-Istati Membri se jkollhom jirrikonoxxu l-verżjoni diġitali taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni. Bħala d-dokumenti fiżiċi, iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni diġitali tal-vetturi jintuża biex tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tal-vettura, biex tiġi verifikata ċerta data teknika dwarha (fil-verżjoni diġitali tista’ taħżen aktar data mill-verżjoni stampata), u biex tkun tista’ ssir verifika mill-awtoritajiet.
Rekwiżit 4 (R4): Aktar data fir-reġistru tal-vetturi – sett obbligatorju minimu (inkluż fost affarijiet oħra: il-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni, l-istatus tar-reġistrazzjoni, l-istatus tal-PTI, bidliet minħabba t-trasformazzjoni)
(a)Id-Direttiva 1999/37/KE riveduta (VRD), l-Artikolu 6, l-Annessi I u II
(b)Dan se jipprevedi sett minimu tad-data obbligatorja li jridu jirreġistraw l-Istati Membri. Elementi ġodda tad-data jistgħu jinkludu fost l-oħrajn: (a) il-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura; (b) l-istatus tal-vettura (eż. tneħħiet mir-reġistru b’mod permanenti, tneħħiet mir-reġistru b’mod temporanju, ġiet sospiża, ġiet esportata, m’għadhiex tintuża, inqerdet); (c) l-istatus tal-PTI (għaddiet mingħajr difetti jew b’difetti minuri, validità limitata b’difetti maġġuri, m’għaddietx – difetti kritiċi) u l-validità taċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali (inkluż id-data tal-iskadenza), kif ukoll l-istatus tal-batterija (għall-EVs): in-numru ta’ identifikazzjoni tal-batterija; u informazzjoni dwar jekk il-batterija ssewwietx jew inbidlitx; (d) bidliet fid-dokumentazzjoni jew trasformazzjoni – kull rinnovazzjoni tal-vettura trid tiġi approvata u rreġistrata; (e) għal vettura li tneħħiet mir-reġistrazzjoni b’mod permanenti, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija mir-reġistrazzjoni.
(c)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: L-Istati Membri, is-sidien tal-vetturi.
(d)Il-ġestjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti tal-vetturi u tal-bażijiet tad-data tal-PTI.
Rekwiżit 5 (R5): Reġistrazzjoni tal-qari tal-odometri fil-bażijiet tad-data nazzjonali
(a)L-Artikolu 4a tad-Direttiva 2014/45/UE (PTI).
(b)Il-miżura teżiġi li l-fornituri tas-servizzi li jwettqu tiswijiet jew xogħol ta’ manutenzjoni fuq vettura jirreġistraw il-qari tal-odometru f’bażi tad-data nazzjonali apposta jew fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi. Il-manifatturi tal-vetturi jridu jibagħtu wkoll qari regolari tal-odometri mill-vetturi konnessi tagħhom. L-Artikolu jeżiġi wkoll li l-Istati Membri jikkondividu l-istorja tal-odometri mal-ispetturi, mad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni u mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri (ara R2).
(c)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: L-Istati Membri, is-sewwejja tal-vetturi, il-garaxxijiet, il-manifatturi tal-vetturi, is-sidien tal-vetturi u x-xerrejja potenzjali.
Rekwiżit 6 (R6): Komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
(a)L-Artikolu 20a tad-Direttiva 2014/45/UE (PTI), l-Artikolu 16 tad-Direttiva 1999/37/KE riveduta (VRD), l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/47/UE (RSI).
(b)Simili iżda aktar sempliċi u inqas frekwenti mir-rekwiżit tar-rapportar attwali skont id-Direttiva RSI, l-Istati Membri jeħtieġ jikkomunikaw sett minimu ta’ informazzjoni relatata mal-PTIs, l-RSIs, u r-reġistrazzjonijiet mill-ġdid tal-vetturi kull tliet snin. L-Istati Membri se jużaw pjattaforma komuni tar-rapportar flok ma’ jibagħtu emails b’Excel mehmuża. Il-format tar-rapportar se jiġi stabbilit f’att ta’ implimentazzjoni li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni.
(c)Il-partijiet ikkonċernati affettwati: l-Istati Membri.
4.2.Data
Mhu se tinġabar l-ebda data fil-livell tal-Kummissjoni, apparti d-data kumulattiva kif provduta fir-rapportar tal-Istati Membri (ara R6 hawn fuq u l-punt 2.1 ta’ din id-dikjarazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għal aktar dettalji). Dik id-data hija relatata mal-għadd ta’ vetturi ttestjati waqt l-ispezzjonijiet perjodiċi u l-ispezzjonijiet tul it-traġitt, il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tagħhom u l-għadd u t-tipi ta’ nuqqasijiet.
Ir-rekwiżiti rilevanti l-oħra kollha (R1, R2, R3, R4, R5 ara hawn fuq) huma konsistenti mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika billi jiffaċilitaw l-aċċess online għal informazzjoni relatata mal-vetturi, proċeduri amministrattivi rilevanti u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi.
Dawn qed jaqdu wkoll l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għad-Data għall-iżvilupp ta’ Spazji Ewropej tad-Data għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jappoġġaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, inkluż is-sikurezza fit-toroq u l-leġiżlazzjoni ambjentali.
L-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-affidabbiltà stradali u ta’ data tar-reġistrazzjoni jrid jiġi allinjat mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR).
Tħaddem il-prinċipju ta’ darba biss, u ġiet esplorata l-possibbiltà li d-data eżistenti terġa’ tintuża.
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data, l-R2 ikun jeħtieġ li l-Istati Membri jorbtu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom (ir-reġistri tal-vetturi u l-bażijiet tad-data tal-PTI relatati skont il-każ) mal-pjattaforma eżistenti MOVE-HUB żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni diversa relatata mat-trasport bit-triq bejn l-Istati Membri. Mhux se jkun hemm bżonn li jiġi żviluppat software addizzjonali biex tinġabar statistika dwar il-messaġġi. Il-MOVE-HUB jista’ jintuża wkoll biex jikkomunika l-istorja tal-odometri tal-vetturi rreġistrati skont l-R5, fil-ħin tar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ vettura fi Stat Membru ieħor.
Ir-rekwiżiti l-oħra (R1, R3, R4) ma jeħtiġux soluzzjoni ċentrali u se jiddependu fuq is-soluzzjonijiet diġitali nazzjonali eżistenti. L-R5 se jirrikjedi l-istabbiliment ta’ bażijiet tad-data nazzjonali (simili għas-sistema Belġjana Car-Pass), jew juża r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom għar-reġistrazzjoni tal-qari tal-odometri.
Ir-rekwiżiti proposti kollha (R1, R2, R3, R4, R5, R6) huma koerenti mal-politiki diġitali (il-Gateway Diġitali Unika, l-Att dwar id-Data) kif ukoll mar-rekwiżiti tal-qafas taċ-ċibersigurtà tal-UE. Mhu previst l-ebda użu tat-teknoloġiji tal-AI għar-rekwiżiti ddikjarati.
L-R6 jiddependi fuq il-pjattaforma online stabbilita mill-Kummissjoni (“pjattaforma elettronika”) biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Fir-rigward tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi kif ukoll tal-ispezzjonijiet tul it-traġitt, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma tar-rapportar online (“pjattaforma elettronika”) id-data relatata ma’ kull waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti u dwar il-vetturi spezzjonati fit-territorju tagħhom.
Il-perjodu tar-rapportar tal-Istati Membri hu kull tliet snin, u l-pjattaforma elettronika hi maħsuba biex tiffaċilita l-kompilazzjoni awtomatika tad-data li jkollha karatteristiċi speċifiċi ta’ rapportar.
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
L-R2 jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu aċċess lil Stati Membri oħra li jitolbu reġistrazzjoni jew data tal-vetturi relatata mal-PTI għall-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom. Biex jiffaċilita l-iskambju tad-data, l-R2 jeħtieġ li l-Istati Membri jorbtu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom (ir-reġistri tal-vetturi u l-bażijiet tad-data tal-PTI relatati skont il-każ) mal-pjattaforma eżistenti MOVE-HUB żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni varja relatata mat-trasport bit-triq bejn l-Istati Membri.
Għall-interoperabbiltà, R1, R2, R3, R4 u R5 aktarx se jkollhom:
1. Effett pożittiv fuq l-interoperabbiltà transfruntiera legali għax jipprovdu qafas legali koerenti għall-użu u l-aċċess taċ-ċertifikati u d-dokumenti msemmija bejn il-fruntieri.
2. Effett pożittiv fuq l-interoperabbiltà transfruntiera semantika għax jipprovdu qafas ċar li jikkjarifika format u tifsir komuni tad-data skambjata.
3. Effett pożittiv fuq l-interoperabbiltà teknika transfruntiera għax l-istruttura tal-messaġġ tagħmlu adattat biex jintuża bejn il-fruntieri. Dan ikompli jissaħħaħ jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw is-soluzzjoni MOVE-HUB, li diġà tipprovdi l-Kummissjoni u li qed tintuża mill-Istati Membri għall-iskambju tal-messaġġi. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jiżviluppaw is-sistemi tagħhom stess, jeħtieġ jiżguraw li ma joħolqux ostakli għall-interoperabbiltà.
4. Impatt pożittiv fuq l-interoperabbiltà organizzazzjonali għax dawn jeżiġu li l-Istati Membri jallinjaw il-proċessi tagħhom biex jippermettu l-użu u l-aċċess taċ-ċertifikati u d-dokumenti msemmija bejn il-fruntieri.
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni bla intoppi tar-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali identifikati fit-Taqsima 4.1., l-atti ta’ implimentazzjoni/delegati se jkollhom jiġu adottati għall-finijiet li ġejjin:
(a)L-ispeċifikazzjoni ta’ sett minimu ta’ data teknika meħtieġa biex isiru l-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi li jridu jsiru disponibbli mingħajr ħlas u mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti, li mbagħad iridu jiżguraw li ċ-ċentri tal-ittestjar awtorizzati minnhom ikollhom l-aċċess meħtieġ għalih. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi addizzjonali f’att ta’ implimentazzjoni li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/621;
(b)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni diġitali tal-vetturi, l-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-karatteristiċi tal-interoperabbiltà u l-miżuri tas-sigurtà applikabbli għall-kodiċijiet QR introdotti fuq iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi;
(c)Biex ikunu indirizzati kwistjonijiet transfruntieri, l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għal dak l-għan, hemm bżonn regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni u tad-data dwar il-vetturi biex jiġi kkontrollat l-istatus legali u tekniku u l-istorja tal-odometru tal-vetturi.
(d)Il-funzjonalitajiet tal-MOVE-HUB għandhom jiġu estiżi aktar biex ikun jista’ jsir l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni u/jew tad-data tal-vetturi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jispeċifikaw il-format u l-kontenut tal-informazzjoni jew tad-data li trid tiġi skambjata. L-Istati Membri għandhom jikkollegaw ir-reġistri tal-vetturi tagħhom, u s-sistemi elettroniċi li jkun fihom informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali u l-istorja tal-odometri mas-sistema MOVE-HUB.
(e)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar mill-Istati Membri, li għandhom jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva kull tliet snin.