IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.12.2025
COM(2025) 735 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2024
{SWD(2025) 388 final}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025DC0735
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the functioning of the European carbon market in 2024
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2024
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2024
COM/2025/735 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.12.2025
COM(2025) 735 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2024
{SWD(2025) 388 final}
Werrej
1. Introduzzjoni
2. Sitwazzjoni attwali tal-EU ETS
2.1. Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura
2.2. ETS2 - is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali
2.3. Fond Soċjali għall-Klima
2.3.1. Pjanijiet soċjali għall-klima
3. Limitu massimu fuq l-emissjonijiet
4. Rkantar ta’ kwoti
4.1. Irkantar u kanċellazzjoni ta’ kwoti minħabba l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni marittimu tal-EU ETS
4.2. Flessibbiltà fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
4.3. Kanċellazzjoni volontarja ta’ kwoti
5. Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti
5.1. Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri
6. Suq tal-karbonju tal-UE
6.1. Bilanċ bejn il-provvista u d-domanda
6.2. Sorveljanza tas-suq
7. Xejriet tal-emissjonijiet
7.1. Emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-installazzjonijiet
8. Dħul mill-EU ETS
8.1. Għajnuna għal kostijiet indiretti
8.2. Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS
8.3. Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS
8.4. Fond ta’ Dekarbonizzazzjoni tal-ETS għall-Greċja
9. Avjazzjoni
10. Trasport marittimu
11. Qafas ta’ implimentazzjoni tal-EU ETS
11.1. Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet
11.1.1. Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet mill-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali
11.1.2. Monitoraġġ u rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2
11.2. Verifika u akkreditament
11.3. Dokumenti ta’ gwida
11.4. Awtoritajiet nazzjonali kompetenti
11.5. Konformità mal-EU ETS
11.6. Qafas ta’ implimentazzjoni għat-trasport marittimu
11.6.1. Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet
11.6.2. Verifika u akkreditament
11.6.3. Awtoritajiet amministrattivi
11.6.4. Konformità mal-EU ETS għat-trasport marittimu
11.6.5. Implimentazzjoni tal-ETS2
12. L-EU ETS fil-kuntest tal-governanza tal-UE dwar il-klima u l-enerġija
13. Konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera
14. Sommarju
1.Introduzzjoni
Is-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS, European Union’s Emissions Trading System) hija l-pedament tal-politika tagħha dwar it-tibdil fil-klima, imfassla sabiex tnaqqas l-emissjonijiet b’mod kosteffettiv. F’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, din tpoġġi limitu massimu u prezz fuq l-emissjonijiet mis-setturi tal-enerġija, tal-industrija u tat-trasport marittimu u minn parti mis-settur tal-avjazzjoni fl-Ewropa. L-emissjonijiet koperti mill-EU ETS jammontaw għal madwar 40 % tal-emissjonijiet totali tal-UE.
Il-limitu massimu jiżgura li l-emissjonijiet jonqsu maż-żmien, u l-prezz tal-karbonju, iddeterminatby
mis-suq, jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji biex ivaraw soluzzjonijiet u jagħmlu investimenti biex inaqqsu l-emissjonijiet - fejn jiswa l-inqas biex jagħmlu dan u b’mod teknoloġikament newtrali. Il-prezz tal-karbonju jiddetermina wkoll id-dħul li tiġġenera l-EU ETS.
Sa mit-tnedija tagħha fl-2005, l-EU ETS għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-produzzjoni industrijali b’50 % 1 u tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha għall-2030 ta’ tnaqqis ta’ 62 % (meta mqabbla mal-2005). Sal-lum, is-sistema ġġenerat madwar EUR 248 biljun fi dħul mill-irkanti, imqassma primarjament lill-baġits nazzjonali u li għandhom jintużaw għall-azzjoni klimatika u għat-tranżizzjoni tal-enerġija.
Dan ir-rapport jieħu rendikont tal-funzjonament tal-EU ETS fl-2024 filwaqt li jqis ukoll l-iżviluppi rilevanti fl-ewwel nofs tal-2025. Jipprovdi ħarsa ġenerali aġġornata lejn l-aspetti ewlenin tal-qafas tas-sistema u jenfasizza l-iżviluppi annwali.
Fuq kollox, ir-rapport ifakkar ix-xejriet tal-EU ETS fl-emissjonijiet u fid-dħul mill-irkanti. Fl-2024, l-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija skont l-EU ETS komplew jonqsu, u naqsu 5,8 % mil-livelli tal-2023. Fl-avjazzjoni, l-emissjonijiet intra-Ewropej żdiedu bi 15 % meta mqabblin mal-2023, parzjalment minħabba t-twessigħ tal-ambitu ġeografiku (l-inklużjoni mill-ġdid ta’ titjiriet mhux domestiċi li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi). Fl-istess ħin, l-2024 immarkat l-ewwel sena li l-emissjonijiet mit-trasport marittimu ġew inklużi fl-EU ETS.
Id-dħul totali ġġenerat mill-EU ETS fl-2024 ammonta għal EUR 38,8 biljun. Dan mar primarjament għall-baġits tal-Istati Membri, iżda wkoll għall-Fondi għall-Innovazzjoni u għall-Modernizzazzjoni kif ukoll għall-baġit tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-pjan REPowerEU 2 . Ir-rapport jiddeskrivi kif l-Istati Membri użaw id-dħul tagħhom mill-ETS fl-2024 u jiġbor fil-qosor l-iżviluppi fil-kuntest tal-Fondi għall-Innovazzjoni u għall-Modernizzazzjoni.
Ir-rapport jistabbilixxi l-aġġustamenti għal-limitu massimu tal-EU ETS li se jidħlu fis-seħħ fl-2026 minħabba l-bażi ġdida u l-espansjoni ippjanati tal-kamp ta’ applikazzjoni biex jiġu koperti emissjonijiet ta’ aktar gassijiet serra (GHG, Greenhouse Gases) għat-trasport marittimu u lista aġġornata ta’ emittenti żgħar esklużi mis-sistema.
Ir-rapport huwa adottat f’konformità mal-Artikoli 10(5) u 21(2) tad-Direttiva ETS (id-Direttiva 2003/87/KE) 3 . Huwa bbażat l-aktar fuq data mir-Reġistru tal-Unjoni u mir-rapportar nazzjonali. Ir-rapport huwa akkumpanjat minn dokument ta’ ħidma tal-persunal (Informazzjoni teknika). Ir-rapport ġie abbozzat qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Ambjent) fl-4 u fil-5 ta’ Novembru 2025.
2.Sitwazzjoni attwali tal-EU ETS
Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura
L-EU ETS tapplika fis-27 Stat Membru kollha tal-UE flimkien mal-Iżlanda, mal-Liechtenstein u man-Norveġja, kif ukoll għall-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq 4 . Minn Jannar 2020, l-EU ETS tqabbdet ukoll mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Iżvizzera (ETS Żvizzera).
Mill-2024, il-kamp ta’ applikazzjoni settorjali tal-EU ETS ikopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn aktar minn 12 000 entità minn:
·impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u installazzjonijiet tal-manifattura fl-Ewropa;
·operaturi ta’ inġenji tal-ajru li jtiru bejn ajruporti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit;
·trasport marittimu li jseħħ bejn żewġ portijiet taż-ŻEE u meta l-bastimenti jkunu fil-portijiet taż-ŻEE, kif ukoll nofs l-emissjonijiet mill-vjaġġi lejn jew minn portijiet taż-ŻEE li jibdew jew jintemmu barra miż-ŻEE.
Minbarra l-emissjonijiet tas-CO2, l-EU ETS tkopri emissjonijiet ta’ gassijiet serra oħra mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-installazzjonijiet tal-manifattura. Dawn jinkludu:
·N2O (ossidu nitruż) minn aċidi nitriċi, adipiċi u gliossiliċi u mill-produzzjoni gliossali;
·PFCs (perfluworokarburi) mill-produzzjoni primarja tal-aluminju.
L-emissjonijiet ta’ CH4 (metan) u ta’ N2O (ossidu nitruż) minn attivitajiet tat-trasport marittimu huma koperti minn Jannar 2026.
Fl-2024, 23 pajjiż irrapportaw permessi għal attivitajiet tal-ETS li jirrilaxxaw emissjonijiet għajr is-CO2. Erba’ pajjiżi ddikjaraw li inkludew attivitajiet ta’ qbid u ta’ ħżin tal-karbonju fil-permessi tal-installazzjoni 5 .
Mill-2024, l-installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom skont l-EU ETS. Madankollu, dawn ma humiex meħtieġa jċedu kwoti għall-emissjonijiet tagħhom. L-emissjonijiet mit-trattament tal-iskart huma soġġetti għal miri nazzjonali ta’ tnaqqis skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ir-Regolament 2018/842) 6 .
L-informazzjoni dwar l-installazzjonijiet, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-kumpaniji tat-tbaħħir, kif ukoll dwar il-gassijiet serra rrapportati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS (kif kienet fl-2024) tista’ tinstab fit-Taqsima 1 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
ETS2 - is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali
Bħala parti mir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS, inħolqot sistema ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS2) biex tkopri l-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil fis-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali (prinċipalment industrija żgħira mhux koperta mill-EU ETS eżistenti).
L-ETS2 hija separata mill-EU ETS eżistenti. Għalkemm it-tnejn huma sistemi ta’ “limitu massimu u skambju”, l-ETS2 tkopri l-emissjonijiet upstream. Dan ifisser li l-fornituri tal-fjuwil (entitajiet regolati) huma meħtieġa jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kombustjoni tal-fjuwils li jirrilaxxaw għall-konsum fis-setturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS2, u jixtru u jċedu l-kwoti li jikkorrispondu għal dawn l-emissjonijiet. Minn Jannar 2025, l-entitajiet regolati li jaqgħu taħt l-ETS2 huma meħtieġa jkollhom permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u pjan ta’ monitoraġġ approvat għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet annwali tagħhom.
Ir-rapportar annwali tal-emissjonijiet verifikati se jkun obbligatorju għall-emissjonijiet rilaxxati mill-2025, b’rapporti dovuti sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, u għalhekk l-emissjonijiet għall-2025 għandhom jiġu rrapportati fl-2026. L-entitajiet regolati se jkollhom iċedu n-numru ta’ kwoti għall-emissjonijiet korrispondenti tagħhom sal-31 ta’ Mejju fis-sena tar-rapportar. Dan l-obbligu jista’ jiġi pospost għal sena fil-każ ta’ prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-gass jew taż-żejt fl-ewwel nofs tal-2026. Ara l-Kapitolu 11 għall-qafas ta’ implimentazzjoni tal-ETS2 u għad-dokumenti ta’ sostenn.
F’Diċembru 2024, il-Kummissjoni ppubblikat il-kwantità ta’ kwoti għall-ETS2 madwar l-UE kollha fl-2027. Dan il-limitu massimu huwa stabbilit għal 1 036 288 784 kwota għall-2027, għall-EU-27 u għat-tliet Stati taż-ŻEE-EFTA. Il-limitu massimu tal-ETS2 għall-2027 ġie kkalkolat abbażi tal-emissjonijiet medji tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-attivitajiet tal-ETS2 mill-2016 sal-2018. F’konformità mad-Direttiva ETS, dik il-medja titnaqqas sas-sena 2027 permezz ta’ dawn li ġejjin: (i) sal-2024, il-medja titnaqqas bi trajettorja ta’ tnaqqis lineari konsistenti ma’ dik għall-emissjonijiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u (ii) għas-snin 2025-2027, b’fattur ta’ tnaqqis lineari annwali ta’ 5,1 %.
Il-limitu massimu tal-ETS2 applikabbli mill-2028 se jiġi ddeterminat sa Ġunju 2027, abbażi tal-emissjonijiet medji tas-CO2 irrapportati mill-entitajiet regolati tal-ETS2 għas-snin 2024 sa 2026. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkludu b’mod unilaterali l-emissjonijiet tas-CO2 tal-ETS2 minn attivitajiet li ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ETS, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Sal-lum, il-Kummissjoni approvat l-inklużjoni fakultattiva ta’ attivitajiet addizzjonali mill-Awstrija, mill-Finlandja, min-Netherlands u mill-Iżvezja. Il-limitu massimu tal-ETS2 għall-2027 se jiġi emendat biex jirrifletti l-emissjonijiet addizzjonali mill-inklużjonijiet fakultattivi nazzjonali.
L-ETS2 tikkomplementa l-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR, Effort Sharing Regulation). L-Istati Membri jeħtiġilhom jimplimentaw politiki komplementari fis-setturi tal-ETS2 mhux biss biex jilħqu l-miri tagħhom, iżda wkoll biex iżommu l-prezzijiet tal-ETS2 taħt kontroll. F’Settembru 2025, il-Kummissjoni ppubblikat ħarsa ġenerali lejn politiki u miżuri effettivi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini 7 .
Fond Soċjali għall-Klima
Il-Fond Soċjali għall-Klima (SCF, Social Climate Fund) inħoloq flimkien mal-ETS2 biex jipprovdi lill-Istati Membri b’finanzjament biex jindirizzaw l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-inklużjoni tas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq fis-sistema l-ġdida u biex jappoġġa l-aktar gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew fit-trasport.
Il-Fond se jagħmel EUR 65 biljun (fi prezzijiet kurrenti) disponibbli matul il-perjodu 2026-2032, iffinanzjati permezz ta’ dħul assenjat esternament iġġenerat primarjament mill-irkantar tal-kwoti tal-ETS2 kif ukoll mill-irkantar ta’ 50 miljun kwota mill-EU ETS eżistenti (diġà beda fl-2025). L-allokazzjoni finanzjarja tal-Fond għal kull Stat Membru ġiet stabbilita abbażi tal-emissjonijiet, tal-profil tal-popolazzjoni u tal-indikaturi tal-faqar enerġetiku u fit-trasport, u tal-prosperità relattiva. L-Istati Membri kellhom jippreżentaw il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima nazzjonali lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025, u fihom kellhom jistabbilixxu kif beħsiebhom jonfqu r-riżorsi tagħhom tal-SCF. Bl-inklużjoni ta’ kontribuzzjoni minima obbligatorja ta’ 25 % mill-Istati Membri għall-pjanijiet tagħhom, l-SCF se jimmobilizza mill-inqas EUR 86,7 biljun.
Pjanijiet soċjali għall-klima
Il-pjanijiet soċjali għall-klima għandhom jinkludu analiżi tal-effetti probabbli tal-ETS2 fuq gruppi vulnerabbli, kif ukoll miżuri u investimenti strutturali biex jittaffew dawk l-effetti, immirati lejn il-gruppi vulnerabbli identifikati. Il-miżuri u l-investimenti jistgħu jkopru t-titjib tal-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjoni tal-bini, l-iżvilupp ta’ tisħin u ta’ tkessiħ nodfa u l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-varar ta’ emissjonijiet żero u, f’każijiet debitament ġustifikati, is-soluzzjonijiet ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi, inkluż it-trasport pubbliku.
Il-miżuri u l-investimenti kollha jridu jirrispettaw il-prinċipju “ la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH, Do No Significant Harm) fir-rigward tas-sitt objettivi ambjentali deskritti fir-Regolament dwar it-Tassonomija (ir-Regolament 2020/852). L-Istati Membri għandhom ukoll l-għażla li jonfqu parti limitata mill-allokazzjoni tagħhom tal-SCF fuq appoġġ temporanju dirett għall-introjtu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw koerenza fil-politika mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs, National Energy and Climate Plans), u l-Pjanijiet Soċjali għall-Klima jistgħu jinkludu miżuri ta’ akkumpanjament biex tittejjeb il-koerenza u jissaħħu l-inċentivi għal alternattivi nodfa.
Diġà fl-2023, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ esperti dedikat b’rappreżentanti tal-Istati Membri, li fih tiġi diskussa u skambjata l-aħjar prattika u li jiltaqa’ fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll diversi noti tematiċi u dokumenti ta’ gwida. F’Ġunju 2024 ġew ippubblikati żewġ noti dwar l-aħjar prattika għal miżuri u għal investimenti kosteffettivi u għal konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa. F’Marzu 2025, ġew ippubblikati żewġ dokumenti ta’ gwida dwar it-tħejjija tal-pjanijiet soċjali għall-klima u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tad-DNSH. L-aktar d-dokument ta’ gwida riċenti dwar il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ġie ppubblikat f’Ottubru 2025 8 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet pjattaforma għall-Istati Membri għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet li jinqalgħu fuq bażi kontinwa.
Il-Kummissjoni appoġġat direttament lil 10 Stat Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet soċjali tagħhom dwar il-klima permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. L-appoġġ kopra valutazzjoni inizjali tal-impatti tal-ETS2 u tal-gruppi vulnerabbli, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u t-tqegħid f’lista qasira u l-karatterizzazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti rilevanti.
Fl-aħħar tal-2024 u fil-bidu tal-2025, l-Istati Membri nedew konsultazzjonijiet obbligatorji mal-partijiet ikkonċernati dwar il-pjanijiet soċjali tagħhom għall-klima. Il-konsultazzjonijiet se jkomplu sakemm il-pjanijiet jiġu sottomessi uffiċjalment. B’mod parallel, il-Kummissarju Hoekstra ppreseda l-ewwel Djalogu ta’ Implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ETS2 u tal-SCF f’Ġunju 2025, li laqqa’ grupp divers ta’ partijiet ikkonċernati minn setturi li jinkludu l-pompi tas-sħana, il-karozzi, ir-rinnovazzjoni tal-bini, il-mikromobbiltà, il-provvista tal-fjuwil u s-soċjetà ċivili.
Sa nofs Ottubru 2025, żewġ Stati Membri kienu ssottomettew uffiċjalment il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni (il-Latvja u l-Iżvezja). Il-Kummissjoni rrieżaminat ukoll l-abbozzi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima (SCPs, Social Climate Plans) ta’ madwar 15-il pajjiż. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem mill-qrib mal-Istati Membri kollha matul il-proċess kollu ta’ (qabel) tas-sottomissjoni u ta’ valutazzjoni, filwaqt li tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jimplimentaw malajr l-SCF u jvaraw appoġġ għal gruppi vulnerabbli.
Il-Kummissjoni għandha 5 xhur biex tivvaluta l-pjanijiet li ġew sottomessi formalment. Hija tista’ tipprovdi osservazzjonijiet jew titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċivihom.
3.Limitu massimu fuq l-emissjonijiet
Il-limitu massimu fl-EU ETS jistabbilixxi l-volum massimu assolut ta’ emissjonijiet li l-entitajiet regolati jistgħu jemettu matul fażi ta’ skambju. Dan jikkorrispondi għan-numru ta’ kwoti maħruġa għal dak il-perjodu, fejn kwota waħda tikkorrispondi għal tunnellata waħda ta’ emissjonijiet ta’ CO2eq (ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju). Il-limitu massimu jonqos kull sena biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-mira ġenerali tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan jagħti ċertezza lill-kumpaniji fl-ETS dwar l-iskarsezza mistennija tal-provvista tal-kwoti.
Il-limitu massimu bħalissa huwa stabbilit biex l-emissjonijiet tal-EU ETS jitnaqqsu bi 62 % sal-2030, meta mqabblin mal-2005. Mill-2024 sal-2027, il-limitu massimu jonqos kull sena bir-rata ta’ 4,3 % tal-emissjonijiet ta’ referenza fl-Artikoli 3c u 9 tad-Direttiva ETS 9 . Mill-2028, ir-rata ta’ tnaqqis annwali se tkun ta’ 4,4 % fis-sena.
Il-kalkoli tal-limitu massimu separati japplikaw għall-emissjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, mill-produzzjoni industrijali u mit-trasport marittimu (skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva ETS) u mill-avjazzjoni (skont l-Artikolu 3c tad-Direttiva ETS).
·Fl-2024, inħarġu 1 386 051 745 kwota għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu 10 , filwaqt li nħarġu 27 563 529 kwota għall-avjazzjoni 11 .
·Fl-2025 inħarġu 1 298 127 514-il kwota għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu, filwaqt li nħarġu 26 233 302 kwoti għall-avjazzjoni.
Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva ETS, il-limitu massimu tal-2026 għandu jitnaqqas b’27 miljun kwota (f’konformità mal-mira globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 għall-EU ETS).
Fl-istess ħin, il-limitu massimu għandu jiżdied biex jirrifletti l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-emissjonijiet ta’ N2O u ta’ CH4 mit-trasport marittimu.
Abbażi tal-emissjonijiet għall-aktar sena riċenti li għaliha hija disponibbli d-data 12 , din iż-żieda tammonta għal 2 375 680 kwota. Dawn il-kwoti addizzjonali se jiġu rkantati u se jżidu mal-Fond għall-Innovazzjoni, fornit kompletament mill-EU ETS (ara l-Kapitolu 8.2).
Barra minn hekk, il-lista ta’ installazzjonijiet esklużi minn ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva ETS ġiet aġġornata għall-perjodu 2026-2030, u dan irriżulta f’aġġustamenti żgħar għal-limitu massimu u għall-fattur ta’ tnaqqis lineari mill-2026.
B’kollox fl-2026, se jinħarġu 1 185 420 090 kwota għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu, filwaqt li se jinħarġu 24 903 076 kwota għall-avjazzjoni 13 .
It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet totali ta’ kwoti maħruġa għas-setturi differenti taħt il-limitu massimu tal-EU ETS.
Tabella 1. Limitu massimu tal-EU ETS (2021-2026). Il-kalkoli tal-limiti massimi separati japplikaw għal (i) l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, mill-produzzjoni industrijali u, mill-2024 ’il quddiem, mit-trasport marittimu, u (ii) l-emissjonijiet mill-avjazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-avjazzjoni jestendi għall-emissjonijiet mill-biċċa l-kbira tat-titjiriet bejn iż-ŻEE u d-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE kif ukoll titjiriet li jitilqu mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit (ara l-Kapitolu 9). Il-kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni mill-2024 tirrifletti l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-EU ETS għall-avjazzjoni.
|
Sena |
Kwantità totali ta’ kwoti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu |
Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni |
|
2021 |
1 571 583 007 |
28 306 545 |
|
2022 |
1 528 579 492 |
27 268 379 |
|
2023 |
1 485 575 977 |
26 341 779 |
|
2024 |
1 386 051 745 |
27 563 529 |
|
2025 |
1 298 127 514 |
26 233 302 |
|
2026 |
1 185 420 090 |
24 903 076 |
L-Illustrazzjoni 1 turi l-bidliet fil-limitu massimu tul il-fażijiet kollha tal-EU ETS, inklużi l-aġġustamenti li ġejjin.
Illustrazzjoni 1. Il-limitu massimu tal-emissjonijiet fl-EU ETS meta mqabbel mal-emissjonijiet verifikati. Iċ-ċifra tqis ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS, jiġifieri l-bażi ġdida tal-limitu massimu fl-2024 u fl-2026, inkluż is-settur tat-trasport marittimu fl-EU ETS mill-2024 u l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 4,3 % fl-2024-2027 u ta’ 4,4 % mill-2028. L-avjazzjoni ma hijiex inkluża. Minħabba bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni, iċ-ċifri tal-2005-2007 ma humiex direttament komparabbli mal-aħħar ċifri. Mill-2021, l-EU ETS ma baqgħetx tkopri l-installazzjonijiet fir-Renju Unit, iżda il-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq biss. Mill-2024, l-emissjonijiet verifikati fiċ-ċifra jinkludu wkoll is-settur marittimu, u għalhekk l-emissjonijiet tal-2024 u tal-2023 ma humiex komparabbli. Didaskalija: kolonni (limitu massimu), kolonni ċari fl-2014-2016 (kwoti posposti lejn tmiem il-perjodu mill-irkantijiet), kolonni ċari mill-2019 (għotjiet tal-kwoti għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq), kolonni skuri mill-2024 (estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni marittimu), linja miksura (emissjonijiet verifikati).
4.Rkantar ta’ kwoti
L-irkantar huwa l-metodu ewlieni tad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, u jirrappreżenta sa 57 % tal-limitu massimu 14 . Ir-Regolament dwar l-Irkantar (ir-Regolament 2023/2830) 15 jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li l-irkantijiet jsiru b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Jispeċifika t-twaqqit, l-amministrazzjoni u aspetti oħrajn tal-irkantar ta’ kwoti tal-emissjonijiet.
Fl-2024, l-irkantijiet komplew isiru permezz tal-European Energy Exchange AG (EEX):
·bħala l-pjattaforma tal-irkant komuni għall-25 Stat Membru li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist konġunt;
·għall-Polonja, li għażlet li ma tipparteċipax fil-proċedura ta’ akkwist konġunt iżda li ma ħatritx il-pjattaforma tal-irkant tagħha stess;
·għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja, wara li l-Ftehim ŻEE ġie emendat fl-2019 sabiex jippermettilhom jipparteċipaw fil-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-pjattaforma tal-irkant komuni;
·għar-Renju Unit sabiex jirkanta kwoti għall-ġeneraturi tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq;
·l-EEX irkantat ukoll kwoti għall-Ġermanja bħala l-pjattaforma tal-irkant ta’ pajjiż “nonparteċipanti” tagħha.
It-Tabella 2 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-volumi annwali ta’ kwoti rkantati mill-EEX sa mill-2021.
Tabella 2. Volumi totali ta’ kwoti rkantati (2021-2024).
|
Sena |
Kwoti ġenerali |
Kwoti tal-avjazzjoni |
|
2021 |
582 952 500 |
3 785 500 |
|
2022 |
482 389 000 |
3 698 000 |
|
2023 |
517 587 000 |
5 720 500 |
|
2024 |
592 801 500 |
6 688 500 |
B’kollox, fl-2024 saru 221 irkant. Ma ġie kkanċellat l-ebda rkant. Minn Jannar 2025, il-kwoti maħruġa għas-settur tal-avjazzjoni huma kwoti ġenerali u ma humiex aktar kategorija separata ta’ kwoti.
Minn Lulju 2023, il-volumi tal-irkant inkludew il-kwoti allokati għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) skont ir-Regolament REPowerEU (ir-Regolament 2023/435) 16 . Il-kwoti rkantati skont ir-Regolament REPowerEU se jiġbru EUR 20 biljun għall-RRF sal-31 ta’ Awwissu 2026. L-Istati Membri se jużaw dawn ir-riżorsi addizzjonali tal-RRF biex iwettqu aktar riformi u jagħmlu investimenti biex javvanzaw it-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa u jagħtu spinta lis-sigurtà tal-enerġija. Sat-30 ta’ Ġunju 2025, żdiedu EUR 11,5 biljun għall-RRF - REPowerEU b’164 710 000 kwota rkantata.
L-Illustrazzjoni 2 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet mill-ikklerjar fi rkanti fis-suq tal-karbonju tal-UE fl-2024 u fl-ewwel nofs tal-2025. L-ogħla prezz tal-irkant fl-2024 ta’ EUR 75,35 intlaħaq fit-3 ta’ Ġunju. L-aktar prezz baxx ta’ EUR 49,50 ġie rreġistrat fit-23 ta’ Frar. Il-prezz medju fl-2024 kien ta’ EUR 64,74, li juri tnaqqis minn EUR 83,60 fl-2023. Il-prezzijiet tal-irkant kienu pjuttost miżmuma f’medda stabbli fl-2024, b’182 minn 221 (82 %) valur bejn EUR 60 u EUR 75.
Il-pjattaforma tal-irkant tippubblika regolarment riżultati dettaljati ta’ kull irkant fuq is-sit web tagħha 17 . Aktar informazzjoni dwar it-twettiq tal-irkantijiet, inkluż dwar il-parteċipazzjoni, il-proporzjon ta’ kopertura u l-prezzijiet, tista’ tinkiseb mir-rapporti dwar l-irkantijiet tal-pajjiżi tal-ETS 18 .
Illustrazzjoni 2. Prezzijiet mill-ikklerjar fi rkanti ta’ kwoti ġenerali (mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025) [EUR/tunnellata CO2]
Irkantar u kanċellazzjoni ta’ kwoti minħabba l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni marittimu tal-EU ETS
It-trasport marittimu huwa inkluż fl-EU ETS b’perjodu inizjali ta’ dħul gradwali għall-2024 u għall-2025, meta l-kumpaniji tat-trasport marittimu jkunu obbligati jċedu l-kwoti għal porzjon biss tal-emissjonijiet tagħhom (40 % u 70 % rispettivament). Meta jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabblin mal-emissjonijiet verifikati mit-trasport marittimu fl-2024 u fl-2025, l-Istati Membri jikkanċellaw in-numru ta’ kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza. Skont l-Artikolu 3gb u l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva ETS, id-differenza għandha tiġi kkanċellata mill-irkantar. Il-kanċellazzjoni għall-2024, li tammonta għal total ta’ 54 243 768 kwota, se sseħħ fl-2026 permezz ta’ emenda għall-kalendarju tal-irkant.
L-Artikolu 9 tad-Direttiva ETS jipprevedi li minn Jannar 2026, il-kwantità ta’ kwoti għandha tiżdied biex titqies il-kopertura tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li mhux CO2 mit-trasport marittimu. Il-kwoti li jirriżultaw minn dik iż-żieda għandhom jiġu rkantati fl-2026 u jiżdiedu mal-Fond għall-Innovazzjoni permezz ta’ emenda fil-kalendarju tal-irkant.
Flessibbiltà fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) jistabbilixxi miri nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-Istati Membri għall-perjodu 2021-2030. Dawn il-miri jkopru setturi barra mill-EU ETS eżistenti – it-trasport domestiku (minbarra l-avjazzjoni), il-bini, l-agrikoltura, l-iskart u l-industrija żgħira.
Ir-Regolament jinkludi dispożizzjoni ta’ flessibbiltà ta’ darba li biha disa’ Stati Membri 19 għandhom il-possibbiltà li jikkanċellaw sa massimu ta’ 100 miljun kwota tal-EU ETS kollettivament għall-konformità mal-mira tagħhom, li għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkant rispettivi tagħhom.
Mill-2021 sal-2024, sitta 20 minn dawn it-tmien Stati Membri użaw il-“flessibbiltà tal-ESR” u naqqsu b’mod kollettiv 28,8 miljun kwota mill-volumi tal-irkant tagħhom. ’Il quddiem, l-Iżvezja se tibda tuża l-“flessibbiltà tal-ESR” mill-2025, filwaqt li d-Danimarka u l-Lussemburgu se jieqfu jużaw il-flessibbiltà mill-2026 ’il quddiem.
Kanċellazzjoni volontarja ta’ kwoti
Skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva ETS, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkanċellaw il-kwoti jekk jagħlqu l-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali addizzjonali. B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jipprevjenu t-tnaqqis li jirriżulta fl-emissjonijiet milli jsir xi mkien ieħor fis-sistema.
L-Istat Membru kkonċernat jrid jinforma lill-Kummissjoni jekk ikollu l-ħsieb li jikkanċella xi kwoti. Il-kanċellazzjoni titwettaq billi titnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istat Membru u l-kwantità tiġi limitata għal massimu tas-somma tal-emissjonijiet verifikati rilevanti matul il-5 snin ta’ qabel l-għeluq. Il-proċedura għall-kanċellazzjoni tal-kwoti hija stabbilita fl-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Irkantar.
F’Diċembru 2023, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tikkanċella l-kwoti assoċjati mal-għeluq ta’ żewġ impjanti tal-enerġija fl-2022 bħala parti mill-politika tal-pajjiż għall-eliminazzjoni gradwali tal-faħam 21 . Il-kanċellazzjonijiet huma ppjanati li jseħħu bejn l-2025 u l-2030. In-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati fir-rigward tan-notifika jista’ jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni kull sena.
Il-metodoloġija għall-kalkolu tan-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati kienet parti
min-notifika. Din tqis l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ sostituzzjoni fis-suq tal-elettriku kif ukoll it-tħaddim tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.
F’April 2025, il-Ġermanja ssottomettiet lill-Kummissjoni n-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati għas-sena 2023, mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2025 22 . Abbażi tal-metodoloġija notifikata, in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati jiddependi fuq l-indikatur tas-surplus tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-EU ETS (in-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, TNAC, (Total Number of Allowances in Circulation)) fl-2024 23 .
Il-Kummissjoni ppubblikat it-TNAC tal-2024 fit-28 ta’ Mejju 2025 (ara l-Kapitolu 6.1). Dan ammonta għal 1,15 biljun kwota. Konsegwentement, ġew ikkanċellati 514 000 kwota mill-volum tal-irkant tal-Ġermanja. Dan diġà huwa rifless fil-kalendariji tal-irkant riveduti tal-2025 adottati fit-28 ta’ Lulju 2025.
5.Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti
L-allokazzjoni bla ħlas hija miżura tranżizzjonali indirizzata primarjament lejn is-settur tal-industrija. Filwaqt li l-irkantar huwa l-metodu primarju għad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, jiġi allokat bla ħlas volum sinifikanti ta’ kwoti lill-installazzjonijiet biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju 24 .
Lista ddedikata għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tidentifika s-setturi meqjusa li huma f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li huma eliġibbli biex jirċievu allokazzjoni bla ħlas f’100 % tal-livelli ta’ referenza rilevanti. Il-lista tidentifika 63 settur u sottosettur li jkopru l-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet industrijali fl-EU ETS. Is-setturi inqas esposti jirċievu allokazzjoni bla ħlas li tikkorrispondi għal massimu ta’ 30 % tal-valur tal-parametru referenzjarju.
L-allokazzjoni bla ħlas hija bbażata fuq parametri referenzjarji tal-prestazzjoni, li jirriflettu intensità medja tal-emissjonijiet għal kull unità ta’ prodott tal-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti f’kull settur. Peress li l-kwoti jridu jiġu ċeduti għall-emissjonijiet kollha, il-kwoti jridu jinxtraw fis-suq għall-emissjonijiet lil hinn minn dawk il-valuri tal-parametri referenzjarji. Il-parametri referenzjarji jitnaqqsu wkoll b’mod inkrementali biex jissaħħaħ l-inċentiv għas-settur biex jiddekarbonizza u javvanza l-innovazzjoni.
Fl-2021, il-Kummissjoni aġġornat il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-perjodu ta’ allokazzjoni tal-2021-2025 25 . Il-parametri referenzjarji se jiġu aġġornati għall-perjodu ta’ allokazzjoni tal-2026-2030, proċess li għadu għaddej fiż-żmien tal-kitba ta’ dan ir-rapport. Skont id-Direttiva ETS riveduta, ir-rati annwali ta’ tnaqqis tal-parametri referenzjarji żdiedu biex tiġi stimulata trasformazzjoni industrijali ulterjuri. Ir-rata minima se tiżdied minn 0,2 % għal 0,3 % fis-sena u r-rata massima minn 1,6 % għal 2,5 % fis-sena mill-2026. Ir-rata annwali ta’ tnaqqis applikabbli se tiġi ddeterminata speċifikament għal kull parametru referenzjarju.
Mill-2021, il-volumi tal-allokazzjoni bla ħlas qegħdin jiġu aġġustati meta jseħħu bidliet sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni industrijali abbażi ta’ tqabbil bejn il-volumi inizjali u medja tas-sentejn preċedenti 26 . Il-livell limitu għall-aġġustamenti huwa stabbilit għal żieda jew għal tnaqqis fil-produzzjoni ta’ 15 %, u l-aġġustamenti sussegwenti jistgħu jseħħu bejn intervalli iżgħar ta’ 5 %. L-operaturi huma meħtieġa jissottomettu rapporti annwali dwar id-data tal-produzzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li abbażi tagħhom jistgħu jsiru aġġustamenti fil-volumi tal-allokazzjoni bla ħlas maħruġa. Din iż-żieda fl-istrettezza wasslet għal żieda fin-numru ta’ aġġustamenti annwali għall-allokazzjoni bla ħlas. In-numru medju ta’ applikazzjonijiet sottomessi fl-2021-2024 kien ta’ madwar 3 900, madwar tliet darbiet aktar mill-medja annwali sal-2020. Hemm żieda fin-numri minn sena għal sena minħabba l-intervalli iżgħar ta’ 5 % meħtieġa għal bidliet sussegwenti għall-allokazzjoni bla ħlas.
Għall-ewwel, l-allokazzjoni bla ħlas għall-2021-2025 kienet ġiet ikkalkolata għal 2 791 miljun kwota għal 7 430 installazzjoni. Jekk wieħed jassumi prezz tal-karbonju ta’ EUR 70/tCO2, il-valur ta’ din l-allokazzjoni jammonta għal madwar EUR 39 biljun kull sena matul dan il-perjodu. Sa nofs l-2025, il-Kummissjoni kienet adottat 16-il deċiżjoni biex taġġusta l-allokazzjoni bla ħlas minħabba bidliet fil-volumi tal-produzzjoni industrijali, u dan irriżulta fi tnaqqis nett ta’ 173,7 miljun kwota 27 . Madankollu, b’mod parallel, il-Kummissjoni adottat seba’ deċiżjonijiet li kkoreġew il-livell inizjali ta’ allokazzjoni bla ħlas, li żdiedet b’2,3 miljun kwota 28 . Dan kien neċessarju minħabba żbalji li nstabu fid-data sottomessa mill-installazzjonijiet meta applikaw għal allokazzjoni bla ħlas. B’mod ġenerali, l-allokazzjoni bla ħlas għall-2021-2025 tnaqqset b’171,5 miljun kwota meta mqabbla mal-allokazzjoni bla ħlas totali inizjali.
L-aġġustamenti għal-livell ta’ allokazzjoni bla ħlas isiru mir-Riżerva għal Entranti Ġodda (NER, New Entrants’ Reserve). Dawn l-aġġustamenti jinkludu wkoll bidliet fl-allokazzjoni minħabba l-ftuħ jew l-għeluq tal-installazzjonijiet. Il-volum inizjali tal-NER fil-bidu tal-2021 ammonta għal 331,3 miljun kwota. Dan kien jinkludi kwoti mhux allokati mill-fażi 3 (2013-2020) u 200 miljun kwota mir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.
It-Tabella 3 tiġbor fil-qosor il-livelli annwali ta’ allokazzjoni bla ħlas fil-perjodu ta’ allokazzjoni tal-2021-2025 (kemm il-livelli inizjali kif ukoll dawk aġġustati), u turi tnaqqis ta’ “Allokazzjoni bla ħlas attwali” għas-snin 2024 u 2025. Ir-raġunijiet ewlenin għal dawn il-volumi mnaqqsa huma l-impatti negattivi fuq il-livelli tal-produzzjoni għal ċerti setturi minħabba l-pandemija u l-kriżi tal-enerġija primarjament fl-2022 u fl-2023. Minħabba li l-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas huma bbażati fuq tqabbil li jqis il-livelli medji tal-produzzjoni fuq sentejn, l-effett sħiħ ta’ tnaqqis kontinwu fil-produzzjoni jiddewwem b’sentejn.
Tabella 3. Allokazzjoni bla ħlas skont l-EU ETS (2021-2025) [f’miljuni ta’ kwoti]. Data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fit-30 ta’ Ġunju 2025.
|
Sena |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
Total |
|
Allokazzjoni bla ħlas inizjali (EU-27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein
|
559,6 |
558,9 |
558,2 |
557,5 |
556,8 |
2 791,1 |
|
Allokazzjoni bla ħlas attwali |
545,7 |
542,4 |
537,0 |
499,7 |
494,8 |
2 619,6 |
|
Allokazzjoni bla ħlas aġġustata u kkoreġuta |
-13,9 |
-16,5 |
-21,2 |
-57,8 |
-62,0 |
-171,5 |
Mill-2013, l-EU ETS inbniet fuq il-kunċett ta’ approċċ armonizzat madwar l-UE kollha għal sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti bbażata fuq il-parametri referenzjarji. Dan id-disinn, u l-użu ta’ parametri referenzjarji, jippermettu sitwazzjonijiet li fihom l-allokazzjoni bla ħlas riċevuta minn installazzjonijiet individwali tista’ u hija permessa li taqbeż l-emissjonijiet verifikati għal sena jew aktar. Madankollu, is-surplus ta’ ftit installazzjonijiet ma jipprevjenix l-emissjonijiet kumplessivi milli jonqsu u l-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet ikollhom kost tal-karbonju biex jiksbu l-ammont meħtieġ ta’ kwoti addizzjonali biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom. Ir-raġunijiet ewlenin għaliex surplus ta’ kwoti jista’ jiġi riċevut minn installazzjoni bla ħlas huma spjegati hawn taħt.
Il-valuri tal-parametri referenzjarji huma stabbiliti u aġġornati regolarment abbażi tal-prestazzjoni medja tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti (l-inqas intensi fl-emissjonijiet) ta’ 10 % bl-użu ta’ dak il-parametru referenzjarju. Dan ifisser li f’kull parametru referenzjarju jkun hemm numru ta’ installazzjonijiet li jmorru ferm aħjar mid-90 % l-oħra u li jirċievu biżżejjed kwoti biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom jew saħansitra surplus ta’ kwoti. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Allokazzjoni Bla Ħlas jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-attribuzzjoni ta’ allokazzjoni bla ħlas fil-każ tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni ta’ sħana jew ta’ gassijiet ta’ skart, li jistgħu jvarjaw minn kif jiġu rrapportati l-emissjonijiet. L-emissjonijiet u l-allokazzjoni bla ħlas għal każijiet bħal dawn jistgħu jiġu assenjati lil installazzjonijiet separati, bir-riżultat li jidher li waħda tirċievi aktar kwoti mill-emissjonijiet tagħha. Pereżempju, impjant kimiku li jimporta s-sħana minn installazzjoni oħra jirċievi allokazzjoni bla ħlas biex inaqqas ir-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li l-emissjonijiet jiġu rrapportati mill-impjant li jipproduċi s-sħana.
Rilevanti wkoll għal eċċess potenzjali ta’ kwoti huma r-regoli għall-aġġustamenti annwali tal-allokazzjoni biex jiġu riflessi l-bidliet sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni industrijali (ara aktar ’il fuq). Il-medja ta’ sentejn toħloq “riżerva”, li jfisser li l-effett sħiħ ta’ tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni ma jkunx japplika bis-sħiħ fuq il-livelli tal-allokazzjoni bla ħlas qabel sentejn wara, jiġifieri l-emissjonijiet irrapportati jonqsu immedjatament iżda l-allokazzjoni bla ħlas ma tagħmilx l-istess.
Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri
Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira 55 %”, ġie adottat ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism) (ir-Regolament 2023/956) 29 biex jittaffa r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mill-eliminazzjoni gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas tal-ETS filwaqt li l-UE ssaħħaħ l-azzjoni klimatika tagħha.
F’ċerti setturi tal-industrija koperti mill-EU ETS (siment, aluminju, fertilizzanti, idroġenu, ħadid u azzar), mill-2026 ’il quddiem is-CBAM gradwalment se jieħu post l-allokazzjoni bla ħlas. Dawn is-setturi kienu jammontaw għal madwar 54 % tal-allokazzjoni bla ħlas totali fl-2021-2025.
Billi jiżgura li jitħallas prezz ekwivalenti għall-emissjonijiet tal-karbonju integrati ġġenerati fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti importati fl-UE, is-CBAM jiżgura li l-prezz tal-karbonju tal-importazzjonijiet ikun ekwivalenti għall-prezz tal-karbonju tal-produzzjoni domestika (skont l-EU ETS), u li ma jiġux imminati l-objettivi klimatiċi tal-UE. Is-CBAM ikopri l-emissjonijiet diretti għas-setturi koperti u għall-emissjonijiet indiretti kollha (mill-elettriku kkunsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni) għas-siment u għall-fertilizzanti. Inizjalment, l-emissjonijiet indiretti mhux se jitqiesu għas-setturi eliġibbli għall-għajnuna marbuta mal-kostijiet indiretti tal-karbonju (jiġifieri l-aluminju, l-idroġenu, il-ħadid u l-azzar – ara l-Kapitolu 8.1).
F’Ottubru 2023 beda perjodu ta’ tranżizzjoni, li matulu l-importaturi jirrapportaw l-emissjonijiet iżda għadhom ma humiex meħtieġa jagħmlu l-pagamenti. Dan ikompli sal-aħħar tal-2025, meta l-implimentazzjoni sħiħa se tiġi introdotta gradwalment.
L-importaturi ta’ oġġetti fis-setturi tas-CBAM lejn l-UE se jkollhom bżonn jixtru u jċedu ċ-ċertifikati li jkopru l-emissjonijiet integrati mill-2026. Biex tappoġġa lill-industrija fl-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tagħha, id-Direttiva ETS tidderieġi r-rikavati mill-irkantar tal-kwoti bla ħlas li ġew eliminati gradwalment lejn il-Fond għall-Innovazzjoni (ara l-Kapitolu 8.2), filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-proġetti fis-setturi tas-CBAM.
L-UE qiegħda tieħu wkoll passi biex tissimplifika u ssaħħaħ is-CBAM għall-fażi definittiva tiegħu. F’Ġunju 2025, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku proviżorju dwar proposta għas-simplifikazzjoni tas-CBAM. Dan ġie adottat formalment f’Settembru 2025 30 . Aspett ewlieni tal-proposta huwa li jiżdied il-livell limitu ta’ eżenzjoni biex sa 50 tunnellata ta’ oġġetti importati għal kull importatur fis-sena jkunu eżentati mis-CBAM. Dan huwa mistenni li jeżenta 90 % tal-kumpaniji filwaqt li xorta jkopri 99 % tal-emissjonijiet. Fiż-żmien tal-kitba ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni qiegħda tħejji wkoll diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni sekondarji (atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni) biex tiżgura l-implimentazzjoni fil-ħin u effettiva tas-CBAM meta tibda l-fażi definittiva fl-2026.
Il-Kummissjoni qiegħda tħejji wkoll proposti leġiżlattivi biex testendi s-CBAM għal ċerti oġġetti downstream biex tipprevjeni r-rilokazzjoni downstream tal-emissjonijiet tal-karbonju 31 kif ukoll biex tindirizza r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni 32 u biex taġġusta r-regoli applikabbli għall-importazzjonijiet tal-elettriku.
Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se tippubblika proposta biex tindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju relatat mal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti tas-CBAM prodotti fl-UE, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar It-Twettiq tal-Patt għal Industrija Nadifa 33 . Kif diskuss fir-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju tas-sena l-oħra, l-eliminazzjoni gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas tfisser li l-produtturi tal-UE tal-oġġetti tas-CBAM se jkollhom iħallsu għall-emissjonijiet tal-karbonju integrati tagħhom, filwaqt li r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija indirizzata mis-CBAM li jqiegħed prezz tal-karbonju ekwivalenti fuq oġġetti importati.
Il-Kummissjoni qiegħda tħejji wkoll rieżami komprensiv tas-CBAM għall-pubblikazzjoni qabel tmiem l-2025, kif previst fir-Regolament CBAM. Dan ir-rieżami se jivvaluta l-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM, il-kriterji użati biex jiġu identifikati l-oġġetti tas-CBAM, u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti. Se jivvaluta wkoll is-sistema ta’ governanza, il-kostijiet amministrattivi, il-progress li sar fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar l-azzjoni klimatika, u l-impatt tas-CBAM fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati.
6.Suq tal-karbonju tal-UE
Bilanċ bejn il-provvista u d-domanda
Ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (MSR, Market Stability Reserve) trawwem il-bilanċ u r-reżiljenza tas-suq tal-karbonju billi taġġusta l-provvista tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati fl-EU ETS sena wara sena. Hija strument ibbażat fuq ir-regoli li ġie introdotta għall-ewwel darba biex jindirizza l-iżbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda għall-kwoti fis-suq tal-karbonju tal-UE fil-bidu tal-fażi 3. Fl-2013, is-suq kellu surplus ta’ 2,1 biljun kwota, li l-MSR minn dak iż-żmien għenet tnaqqas. Fl-immedjat, l-MSR tirreaġixxi għal xokkijiet f’daqqa fil-provvista u fid-domanda, pereżempju minħabba r-reċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fl-2020.
L-MSR taġġusta l-provvista tal-kwoti għas-suq tal-karbonju tal-UE skont il-livelli limitu stabbiliti minn qabel tan-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC). Abbażi tal-livell tat-TNAC, il-kwoti jew jiġu rtirati mill-irkantijiet u jitqiegħdu fir-Riżerva jew jiġu rrilaxxati mir-Riżerva u jiġu rkantati. B’dan il-mod, l-MSR trawwem il-bilanċ u r-reżiljenza għax-xokkijiet fil-provvista u fid-domanda, filwaqt li tippermetti lis-suq tal-karbonju tal-UE jiffunzjona mingħajr xkiel. Ir-Riżerva bdiet topera fl-2019 u minn dak iż-żmien irtirat kwoti miċ-ċirkolazzjoni kull sena.
Il-Kummissjoni tippubblika t-TNAC kull sena. Dan jiġi kkalkolat għas-sena preċedenti, filwaqt li l-aġġustamenti tal-provvista jsiru matul it-12-il xahar wara l-pubblikazzjoni u skont koeffiċjent speċifiku. Fit-28 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni dwar it-TNAC għall-2024 34 .
It-TNAC għall-2024 ammonta għal 1,15 biljun kwota – żieda żgħira meta mqabbel mal-2023. B’riżultat ta’ dan, bejn Settembru 2025 u Awwissu 2026 se jkunu ġew irtirati 276 miljun kwota (24 % tat-TNAC) mill-irkantijiet.
Fil-bidu ta’ kull sena, l-MSR tinvalida dawk il-kwoti fost il-kwoti miżmuma tagħha li jaqbżu l-livell limitu ta’ 400 miljun. Fl-1 ta’ Jannar 2025, l-MSR invalidat 271 miljun kwota, u ħalliet 400 miljun fir-Riżerva. Mill-2023, l-MSR invalidat total ta’ 3,2 biljun kwota.
L-Illustrazzjoni 3 turi x-xejra fis-surplus tal-kwoti fis-suq tal-karbonju tal-UE mill-2013. Il-kontributi nazzjonali għall-MSR huma ppreżentati fit-Taqsima 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Illustrazzjoni 3. Surplus ta’ kwoti fl-EU ETS (2013-2024).
Sorveljanza tas-suq
Is-suq tal-karbonju tal-UE huwa soġġett għal regoli robusti ta’ sorveljanza tas-suq stabbiliti fis-swieq finanzjarji tal-UE. Dan jikkonsisti f’suq primarju, fejn il-kwoti tal-emissjonijiet jiġu rkantati lill-parteċipanti fis-suq u suq sekondarju fejn il-kuntratti spot u tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet jiġu skambjati bejn il-parteċipanti fis-suq. Kemm dawk spot kif ukoll id-derivattivi fil-kwoti tal-emissjonijiet huma klassifikati bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFID II, Markets in Financial Instruments Directive II) (id-Direttiva 2014/65/UE) 35 . Din il-klassifikazzjoni hija riflessa wkoll fil-leġiżlazzjoni sekondarja, inkluż ir-Regolament dwar l-Irkantar, li jissorvelja s-suq primarju (irkantijiet tal-kwoti).
Is-superviżjoni tas-suq tal-karbonju tal-UE hija kondiviża bejn l-awtoritajiet finanzjarji tal-Istati Membri kollha 36 , taħt il-koordinazzjoni tar-regolatur Ewropew, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority). L-ESMA timmonitorja l-imġiba tal-parteċipanti fis-swieq permezz ta’ rekwiżiti estensivi ta’ rapportar u ta’ trasparenza. Barra minn hekk, regoli oħra tas-swieq finanzjarji japplikaw għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet bħal regoli li jipprevjenu l-abbuż tas-suq u l-abbuż minn informazzjoni privileġġata (ir-Regolament 596/2014) 37 li jobbligaw lill-parteċipanti fis-suq jirrapportaw minnufih ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom is-setgħa li jwieġbu b’azzjoni ta’ rimedju jew b’penali jekk jidentifikaw abbuż tas-suq.
Wara r-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS, diversi emendi ġew implimentati biex tkompli tittejjeb it-trasparenza tas-suq tal-karbonju tal-UE. L-ESMA ngħatat il-kompitu li timmonitorja u tivvaluta regolarment il-funzjonament tal-EU ETS li tkopri s-suq primarju tal-irkantijiet u l-iskambji fis-swieq sekondarji. Fl-ewwel Rapport annwali tagħha dwar il-monitoraġġ tas-swieq tal-karbonju tal-UE, ippubblikat fis-7 ta’ Ottubru 2024 38 , u abbażi tad-data tal-2023, l-ESMA ma sabet l-ebda kwistjoni sinifikanti fil-funzjonament tas-suq. L-ESMA identifikat id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u l-attività industrijali bħala xprunaturi ewlenin għall-iżviluppi tal-prezzijiet fis-swieq tal-karbonju tal-UE.
Fl-aktar rapport riċenti tagħha 39 , ippubblikat fit-22 ta’ Ottubru 2025 u bbażat fuq id-data tas-suq tal-2024, l-ESMA kkonfermat mill-ġdid li s-swieq tal-karbonju evolvew f’konformità mal-aspettattivi tas-suq. L-analiżi tafferma mill-ġdid it-tendenzi u x-xejriet enfasizzati fir-rapport preċedenti. Ir-rapport tal-2025 juri tnaqqis gradwali inizjali fil-prezzijiet tal-ETS fl-2024, segwit minn stabbilizzazzjoni xprunata minn domanda dgħajfa mis-settur tal-enerġija, li kompla jiddekarbonizza, u minn volumi ogħla ta’ rkant. L-ESMA kkonfermat mill-ġdid ukoll il-persistenza tal-konċentrazzjoni relattiva tal-irkantijiet, li hija dovuta għall-preferenza tal-operaturi li jiksbu kwoti permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.
L-ESMA osservat li l-attività ta’ skambju żdiedet b’35 % fl-2024, u laħqet total ta’ 13,7 biljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 skambjati f’4,7 miljun tranżazzjoni. It-tkabbir tas-suq kien primarjament xprunat minn skambju fuq il-post, filwaqt li l-attività ta’ skambju barra l-borża baqgħet stabbli. Id-ditti ta’ investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għad għandhom rwol importanti kemm fis-swieq ta’ skambju fuq il-post kif ukoll f’dawk barra l-borża, li jirrappreżentaw 63 % tal-volumi totali tal-iskambji.
L-ESMA spjegat li l-kuntratti tal-futuri huma ċentrali għas-swieq tad-derivattivi, u ammontaw għal tliet kwarti tal-volumi skambjati fl-2024. B’mod ġenerali, is-suq sekondarju jikkontribwixxi għall-funzjoni tajba tal-EU ETS billi jiffaċilita l-akkwiżizzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet minn entitajiet ta’ konformità permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.
L-ESMA tenniet ukoll l-importanza li l-identifikaturi ta’ entità legali (LEIs, Legal Entity Identifiers) jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-entitajiet fir-Reġistru tal-Unjoni u tappella għal sforz addizzjonali mill-amministraturi nazzjonali biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-LEI għad-detenturi ta’ kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni. Dan se jibqa’ partikolarment rilevanti fl-2025, peress li n-numru ta’ detenturi tal-kontijiet qiegħed ikompli jiżdied minħabba l-espansjoni tal-EU ETS għas-settur marittimu u t-tnedija tal-ETS2 għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi oħra. L-ESMA tqis li analiżi u monitoraġġ ulterjuri tas-suq tal-karbonju huma ġġustifikati f’dan ir-rigward.
Filwaqt li mhuwiex obbligatorju li jkun hemm LEI biex jinfetaħ kont fir-Reġistru tal-Unjoni, l-entitajiet li għandhom LEI huma meħtieġa jirrapportaw din l-informazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni meta jiftħug
kont. Barra minn hekk, l-emenda tal-2023 tar-Regolament dwar ir-Reġistru (ir-Regolament 2019/1122)
40
tirrikjedi li l-amministraturi nazzjonali jirrieżaminaw, sa tmiem l-2024, il-kontijiet li ma fihomx informazzjoni dwar l-LEI jew l-istatus taċ-ċentru tan-negozjar jew tal-kontroparti ċentrali msemmija fit-Tabella III-I tal-Anness III tar-Regolament. Minkejja l-obbligu li tiġi rrieżaminata l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-LEIs, id-disponibbiltà tal-LEIs għadha ma hijiex qed tilħaq l-aspettattivi.
Fit-28 ta’ Marzu 2024, daħlu fis-seħħ il-verżjonijiet riveduti tal-MIFID II 41 u tar-Regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji (MIFIR, Markets In Financial Instruments Regulation) (ir-Regolament 2024/791) 42 , li komplew isaħħu r-regoli dwar is-swieq finanzjarji, it-trasparenza u s-sorveljanza. L-Artikolu 57 tal-MIFIR jestendi l-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjoni għal ċentri tan-negozjar, li jiskambjaw id-derivattivi fuq kwoti tal-emissjonijiet. L-Artikolu 58 tal-MIFIR jemenda l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar dwar il-pożizzjoni taċ-ċentri tan-negozjar u tad-ditti ta’ investiment billi jeskludi l-kwoti tal-emissjonijiet u jintroduċi obbligu ġdid li jiġu sottomessi rapporti dwar il-pożizzjoni darbtejn fil-ġimgħa 43 , filwaqt li jtejjeb it-trasparenza għall-iskambju fil-kwoti tal-emissjonijiet u fid-derivattivi tagħhom.
Bħala segwitu għal dawn ir-regoli l-ġodda, il-Kummissjoni qiegħda tirrieżamina l-qafas regolatorju għas-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet, inklużi l-kwoti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta jekk il-limiti ta’ pożizzjoni u l-kontrolli tal-ġestjoni jistgħux jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq u għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ordnati ta’ pprezzar u ta’ saldu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tevalwa l-kriterji għad-definizzjoni ta’ attivitajiet anċillari fil-livell ta’ grupp u tesplora l-possibbiltà li jiġi ċċentralizzat u armonizzat il-ġbir tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fost l-MIFIR u r-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR, European Market Infrastructure Regulation) (ir-Regolament 648/2012) 44 , u tivvaluta liema data għandha tkun pubblika u kif l-aħjar tinxtered. Bħala parti minn din il-ħidma, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni mmirata 45 dwar ir-rieżami tal-funzjonament tas-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet u ċerti aspetti relatati mas-swieq spot tal-enerġija, li jkopru wkoll ir-regoli tas-suq finanzjarju applikabbli għall-kwoti tal-emissjonijiet.
Is-sejbiet tal-konsultazzjoni mmirata dwar il-qafas tad-derivattivi tal-komoditajiet se jikkontribwixxu għall-ħidma tat-Task Force dwar is-Swieq tal-Gass (GMTF, Gas Market Task Force), stabbilita fil-bidu tal-2025 bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni għall-enerġija affordabbli 46 , biex tiskrutinizza l-operat tas-swieq tal-gass tal-UE u tintervjeni meta jkun neċessarju u xieraq. Peress li r-regoli dwar il-prodotti derivattivi tal-enerġija japplikaw b’mod wiesa’ wkoll għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u ta’ prodotti derivattivi assoċjati, kwalunkwe sejba tat-task force, li mistennija tiffinalizza l-ħidma tagħha sal-aħħar tal-2025, tista’ tkun rilevanti għas-swieq tal-karbonju tal-UE.
7.Xejriet tal-emissjonijiet
Fl-2024, l-emissjonijiet kumplessivi fl-EU ETS ammontaw għal 1 187 miljun tunnellata (Mt) 47 . Din iċ-ċifra hija ogħla milli fl-2023 (1 150,3 Mt CO2eq) parzjalment minħabba l-inklużjoni tas-settur marittimu fl-EU ETS. Meta jitqiesu biss l-installazzjonijiet u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-emissjonijiet tal-ETS fl-2024 kienu 4,4 % taħt il-livell tal-2023.
L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija ammontaw għal 1 033,3 Mt CO2eq, li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 5,8 % mil-livelli tal-2023. B’dan il-progress, l-emissjonijiet tal-ETS minn dawn l-installazzjonijiet issa huma madwar 50 % taħt il-livelli tal-2005 u jinsabu fit-triq it-tajba biex tintlaħaq il-mira tal-2030 ta’ tnaqqis ta’ 62 %. It-Tabella 4 turi d-data annwali dwar l-emissjonijiet mill-installazzjonijiet. L-emissjonijiet mill-avjazzjoni u dawk marittimi huma diskussi fil-Kapitoli 9 u 10 rispettivament.
Il-kontributuri primarji għat-tnaqqis kumplessiv fl-emissjonijiet tal-EU ETS kienu s-setturi tas-sħana u tal-enerġija. L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana naqsu b’10,7 % meta mqabbla mal-2023 48 , l-aktar minħabba żieda sostanzjali fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli u nukleari fit-taħlita tal-elettriku, flimkien ma’ dipendenza mnaqqsa ta’ fjuwils fossili ewlenin bħall-gass naturali u l-faħam (ara l-Kapitolu 7.1). Din ix-xejra ħarġet minkejja prezzijiet medji aktar baxxi tal-karbonju fl-2024 (l-aktar fil-medda ta’ EUR 60-75), u żieda kumplessiva fil-produzzjoni tal-elettriku.
Fl-2024, is-sorsi rinnovabbli u l-bijofjuwils kienu s-sors ewlieni tal-elettriku fl-UE, u b’hekk laħqu 47,2 % tas-sehem. Il-produzzjoni kumplessiva tal-elettriku rinnovabbli żdiedet b’7,6 % fl-2024, bl-enerġija solari li rat żieda notevoli ta’ 19,3 % u l-enerġija idroelettrika kibret bi 12 %, għalkemm l-użu tal-bijofjuwils naqas b’5,2 % 49 .
L-enerġija nukleari u l-kombustjoni tal-fjuwils fossili kkontribwew 23,5 % u 28,1 % għall-produzzjoni tal-elettriku, rispettivament. Dan jinkludi tnaqqis ta’ 11,9 % fl-elettriku bbażat fuq il-faħam, tnaqqis ta’ 8,1 % fl-użu tal-gass naturali, żieda ta’ 5,2 % fl-elettriku bbażat fuq iż-żejt, u żieda ta’ 5,1 % fil-produzzjoni tal-enerġija nukleari.
Fl-2024, l-UE esperjenzat sena rekord oħra għall-installazzjonijiet tal-kapaċità tal-enerġija solari, b’żieda ta’ 65,5 GW, li tammonta għal 338 GW, kif irrapportat minn SolarPower Europe. Il-kapaċità tal-enerġija mir-riħ laħqet il-234 GW, bi 12,9 GW li ġew installati fl-istess sena, skont WindEurope.
L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet industrijali naqsu ftit b’0,8 % fl-2024 meta mqabblin mal-2023. Minkejja t-tnaqqis kumplessiv tal-output fil-produzzjoni industrijali 50 , ġie osservat irkupru modest f’xi setturi intensivi fl-enerġija bħall-azzar, il-fertilizzanti u s-sustanzi kimiċi. Dan jissuġġerixxi li dawn is-setturi gradwalment qegħdin iżidu l-attività wara l-kriżi tal-enerġija kkawżata miż-żieda fil-prezzijiet tal-gass naturali fl-2022 minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. L-output tal-produzzjoni li jvarja f’setturi differenti jista’ jiġġustifika x-xejra fissa kumplessiva fl-emissjonijiet, anke jekk ġie osservat ukoll titjib żgħir fl-effiċjenza enerġetika f’ċerti setturi fl-2024.
Tabella 4. Emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet fl-EU ETS (2019-2024) [miljuni ta’ tunnellati ta’ CO2eq]. Data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fl-1 ta’ Ottubru 2025.
|
Sena |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
|
Emissjonijiet verifikati - installazzjonijiet |
1 530 |
1 356 (1 253 eskluż ir-Renju Unit) |
1 337 |
1 313 |
1 096 |
1 033 |
|
Bidla sena wara sena |
-9,1 % |
-11,4 % |
-1,4 % (6,6 % eskluż ir-Renju Unit) |
-1,8 % |
-16,5 % |
-5,7 % |
|
Emissjonijiet verifikati - ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana |
822 |
696 (653 eskluż ir-Renju Unit) |
708 |
725 |
552 |
493 |
|
Bidla sena wara sena |
-14,7 % |
-15,3 % |
1,6 % (8,5 % eskluż ir-Renju Unit) |
2,4 % |
-23,9 % |
-10,7 % |
|
Emissjonijiet verifikati - produzzjoni industrijali |
708 |
660 (601 eskluż ir-Renju Unit) |
629 |
589 |
544 |
540 |
|
Bidla sena wara sena |
-1,6 % |
-6,9 % |
-4,7 % (4,7 % eskluż ir-Renju Unit) |
-6,4 % |
-7,5 % |
-0,8 % |
Emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-installazzjonijiet
Figures 4 u 5 juru x-xejriet fl-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS – bħala sehem mill-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet u skont it-tip ta’ fjuwil, rispettivament 51 . Mhux l-emissjonijiet kollha taħt l-ETS joriġinaw mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili. Xi emissjonijiet joriġinaw direttament minn proċessi industrijali. L-Illustrazzjoni 4 turi s-sehem tal-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet, u l-Illustrazzjoni 5 turi d-diżaggregazzjoni tal-emissjonijiet mill-kombustjoni skont it-tip ta’ fjuwil.
B’kollox, l-emissjonijiet qabdu xejra ta’ tnaqqis xprunata mid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija – il-varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, is-sostituzzjoni tal-faħam bil-gass naturali u l-użu dejjem akbar tal-bijomassa 52 . Kif muri fl- Figure 5, ix-xejra ta’ żieda fl-użu ta’ faħam iebes osservata fl-2022 (marbuta maż-żieda fil-prezzijiet tal-gass naturali minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna) treġġgħet lura fl-2024 bl-aktar sehem baxx ta’ antraċit mill-2013 ’l hawn.
Illustrazzjoni 4. Ix-xejra fl-emissjonijiet totali mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS (2013-2024). It-tikketti juru s-sehem perċentwali tal-emissjonijiet totali tal-installazzjonijiet.
Illustrazzjoni 5. Ix-xejra fis-sehem tal-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwils differenti f’installazzjonijiet koperti mill-EU ETS (2013-2024). It-tikketti juru s-sehem perċentwali tal-emissjonijiet totali tal-kombustjoni tal-installazzjonijiet. It-tikketti ma jintwerewx jekk l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil partikolari qatt ma jaqbżu sehem ta’ 3 %. Fjuwils fossili oħrajn* jirreferu għal fjuwils li ma humiex diġà elenkati fid-didaskalija. L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-bijomassa huma ugwali għal żero skont l-EU ETS, u għalhekk jidhru fuq l-emissjonijiet totali mill-kombustjoni tal-installazzjonijiet.
8.Dħul mill-EU ETS
Il-bejgħ ta’ kwoti fl-irkantijiet tal-EU ETS jiġġenera dħul sostanzjali għall-Istati Membri biex jappoġġaw l-azzjoni klimatika u t-tranżizzjoni tal-enerġija. Fl-2024, id-dħul totali mill-irkanti kien jammonta għal EUR 38,8 biljun.
·EUR 24,4 biljun marru direttament għall-Istati Membri u EUR 0,3 biljun marru għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein, għan-Norveġja u għall-Irlanda ta’ fuq.
·EUR 6,3 biljun fornew il-Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS, EUR 2,3 biljun fornew lill-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS u l-EUR 5,6 biljun li jifdal fornew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex tiffinanzja l-Pjan REPowerEU, li l-Istati Membri jużaw biex javvanzaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jagħtu spinta lis-sigurtà tal-enerġija – billi jimplimentaw ir-riformi u l-investimenti inklużi fil-kapitoli REPowerEU tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.
L-Illustrazzjoni 6 turi d-distribuzzjoni tad-dħul mill-irkanti tal-2024. Data dettaljata dwar id-dħul għal kull pajjiż u għal kull fond hija inkluża fit-Taqsima 3 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Illustrazzjoni 6. Distribuzzjoni tad-dħul mill-irkanti tal-ETS tal-2024 bejn il-baġits nazzjonali, il-Fondi għall-Innovazzjoni u għall-Modernizzazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva ETS, l-Istati Membri huma obbligati jużaw 100 % tad-dħul miġbur (jew valur finanzjarju ekwivalenti) biex jappoġġaw l-azzjoni klimatika u t-tranżizzjoni tal-enerġija, ħlief għal kwalunkwe dħul li l-Istati Membri jonfqu f’għajnuna għall-industriji intensivi fl-elettriku għall-kostijiet indiretti tal-karbonju (ara l-Kapitolu 8.1). L-iskopijiet speċifiċi huma elenkati fl-Artikolu 10(3) u jinkludu d-dekarbonizzazzjoni industrijali, it-tranżizzjoni tal-enerġija, it-teknoloġiji tat-teknoloġija nadifa, l-adattament għat-tibdil fil-klima, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u azzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta. Il-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-konformità ma’ dan l-obbligu l-ġdid biex tiżgura li d-dħul kollu tal-ETS jintefaq verament għal dawn l-iskopijiet.
L-obbligu jkopri d-dħul mill-irkantar ta’ kwoti addizzjonali minħabba
l-inklużjoni tat-trasport marittimu fl-EU ETS, fejn l-Istati Membri huma mħeġġa jżidu l-kontribut tagħhom għall-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni aħjar tal-ekosistemi bbażati fuq il-baħar, b’mod partikolari ż-żoni tal-baħar protetti. Barra minn hekk, l-Istati Membri li jirċievu volumi ogħla ta’ kwoti addizzjonali minħabba l-proporzjon għoli tagħhom ta’ kumpaniji tat-tbaħħir meta mqabbla mal-popolazzjoni, għandhom jużaw is-sehem korrispondenti għal finijiet relatati mas-settur marittimu.
L-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena skont ir-Regolament dwar il-Governanza (ir-Regolament 2018/1999) 53 dwar kif jużaw id-dħul tagħhom mill-ETS. Dawn ir-rapporti huma bbażati fuq mudelli u sottomessi permezz tar-Reportnet 3 ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent 54 . Dawn huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-aġenzija. Ir-rapportar irid ikun dettaljat biżżejjed biex tiġi vvalutata l-konformità mal-mira tal-infiq. Inkella, il-Kummissjoni tista’ tinkariga lil Stat Membru biex jerġa’ jissottometti l-informazzjoni u jneħħi kwalunkwe lakuna.
Mill-EUR 24,4 biljun fi dħul mill-ETS li l-Istati Membri ġabru fl-2024, EUR 21,2 biljun huma soġġetti għall-obbligu skont l-Artikolu 10(3) 55 . Dan għaliex ġie rrapportat li EUR 3,2 biljun mid-dħul tal-2024 (13 %) iffinanzja l-għajnuna għall-industriji intensivi fl-elettriku għall-kostijiet indiretti tal-karbonju. Filwaqt li d-dħul rilevanti kollu tal-ETS irid imur għall-investimenti relatati mal-klima u mal-enerġija, dan il-baġit ma għandux għalfejn jintefaq kollu fl-istess sena li jiġi ġġenerat id-dħul. Mid-dħul tal-2024 li għandu jintuża għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), 77 % kien diġà żborżat fl-2024 u 3 % oħra ġew impenjati għal azzjonijiet speċifiċi. Ir-rapporti futuri se jiddeskrivu kif l-Istati Membri użaw il-bqija.
Mill-EUR 21,2 biljun, l-Istati Membri rrapportaw 56 li kienu diġà żborżaw EUR 16,4 biljun u impenjaw EUR 0,5 biljun oħra għall-finijiet tal-Artikolu 10(3). Dan iħalli madwar EUR 4,3 biljun li għad iridu jiġu allokati, żborżati u rrapportati.
It-Tabella 5 tinkludi tqassim tal-EUR 24,4 biljun miġbura mill-Istati Membri fid-dħul tal-ETS fl-2024.
Tabella 5. Tqassim tal-EUR 24,4 biljun fi dħul tal-ETS miġbur mill-Istati Membri fl-2024.
|
Dħul,
|
|
|
Dħul irrapportat kif użat għall-finanzjament tal-għajnuna għall-kostijiet indiretti tal-karbonju |
3,2 |
|
Dħul soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 10(3) u żborżat fl-2024 |
16,4 |
|
Dħul miġbur mill-Istati Membri fl-2024, soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 10(3) u impenjat |
0,5 |
|
Dħul miġbur mill-Istati Membri fl-2024, li għad irid jiġi allokat, żborżat
|
4,3 |
Mis-EUR 16,4 biljun fi dħul irrapportat bħala ġġenerat u żborżat fl-2024 għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), EUR 3,2 biljun intużaw għal proġetti fil-“Provvista tal-enerġija - sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, grilji u ħżin”, EUR 3,3 biljun għall-“Effiċjenza enerġetika, tisħin u tkessiħ fil-bini” u EUR 3,6 biljun għat-“Trasport pubbliku u mobbiltà”. L-eżempji jinkludu għotjiet għal titjib tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fil-bijogass fid-Danimarka, proġetti ta’ modifika retroattiva profonda bi tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % fil-konsum tas-sħana f’bini residenzjali fil-Litwanja u investimenti fit-trasport bil-ferrovija u fil-mogħdijiet għaċ-ċiklisti fis-Slovenja.
Barra minn hekk, l-Istati Membri rrapportaw li użaw EUR 0,8 biljun għal proġetti fid-“Dekarbonizzazzjoni tal-industrija (teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, qbid, użu u ħżin tal-karbonju (CCUS, Carbon Capture, Utilisation and Storage) u l-effiċjenza enerġetika fis-settur industrijali minbarra s-settur tal-enerġija)”, inkluż finanzjament għal proġetti tal-idroġenu għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija fil-Ġermanja.
L-Istati Membri rrapportaw ukoll li użaw EUR 1,4 biljun għal miżuri u għal proġetti f’“Appoġġ soċjali u tranżizzjoni ġusta”, inkluż il-“Fond Ekoloġiku” Grieg li jiffinanzja azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ reġjuni fi tranżizzjoni tal-ekonomiji tagħhom lil hinn mill-fjuwils fossili kif ukoll proġetti għall-protezzjoni u għall-ġestjoni tal-foresti.
L-Istati Membri rrapportaw ukoll li użaw EUR 0,5 biljun għal miżuri fit-“Trasport bit-triq (karozzi, trakkijiet)”, inkluż appoġġ finanzjarju għax-xiri ta’ vetturi elettriċi u/jew ibridi fl-Iżvezja, fil-Latvja, fir-Rumanija u f’Malta.
Għal EUR 2,8 biljun fl-2024, l-Istati Membri rrapportaw azzjonijiet, li jew ma kienu jaqgħu taħt l-ebda kategorija fil-mudelli jew kienu jaqgħu f’diversi kategoriji (f’dawn il-każijiet, l-Istati Membri rrapportaw “Oħrajn” bħala l-kategorija). Eżempji jinkludu l-fond għall-bijodiversità fi Spanja li jippermetti r-restawr tal-ekosistemi, il-varar tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali, u prattiki sostenibbli ta’ użu tal-art li flimkien iżidu l-bijodiversità u jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet li jista’ jitkejjel fil-livell tal-pajsaġġ, biex jiġu estiżi fuq skala akbar.
L-Illustrazzjoni 7 tiġbor fil-qosor l-użu mill-Istati Membri tad-dħul mill-ETS fil-kategoriji differenti.
Illustrazzjoni 7. It-tqassim għal kull kategorija tas-EUR 16,4 biljun tad-dħul mill-irkanti tal-ETS tal-2024 irrapportat bħala żborżat. Il-kategoriji kkombinati taħt il-EUR 500 miljun jinkludu (f’miljuni ta’ EUR), l-adattament (105), il-finijiet internazzjonali u l-finanzjament internazzjonali għall-klima (94), l-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF, land-use, land-use change and forestry), l-agrikoltura u l-assorbimenti bbażati fuq l-art (349), l-ispejjeż amministrattivi (50), l-immaniġġjar tal-iskart (28), it-trasport marittimu (29), l-avjazzjoni (14) l-assorbimenti permanenti (3).
Id-dħul mill-irkanti tal-EU ETS ta kontribut essenzjali lil dawn il-proġetti u lil ħafna proġetti oħra ta’ azzjoni klimatika u ta’ tranżizzjoni tal-enerġija li jħallu impatt fl-Istati Membri. Dawn il-proġetti mhux biss għenu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, iżda żguraw ukoll li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun ġusta. Importanti li wieħed jinnota li l-Istati Membri jridu jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-viżibbiltà tas-sors tal-finanzjament għall-azzjonijiet jew għall-proġetti ffinanzjati mid-dħul mill-ETS biex juru l-kontribut tal-EU ETS għad-dekarbonizzazzjoni progressiva u għat-tranżizzjoni ġusta. Għall-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet irrapportati għall-2024, ma huwiex ċar jekk l-EU ETS hijiex indikata u ppubbliċizzata b’mod espliċitu bħala s-sors ta’ finanzjament, xi ħaġa li l-Kummissjoni beħsiebha ssegwi.
Ħarsa ġenerali lejn kif kull Stat Membru uża d-dħul tiegħu mill-ETS hija inkluża fir-Rapport ta’ progress tal-2025 dwar l-azzjoni klimatika, fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament 57 .
Għajnuna għal kostijiet indiretti
Skont l-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva ETS, l-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw miżuri finanzjarji favur setturi jew sottosetturi f’riskju ġenwin ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba kostijiet indiretti sinifikanti tal-karbonju. Dan jirreferi għall-kost tal-karbonju mgħoddi lill-industriji elettrointensivi permezz tal-kontijiet tal-elettriku tagħhom, bħala riżultat tax-xiri tal-kwoti tal-ETS mill-kumpaniji tal-enerġija.
Il-Kummissjoni adottat linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat tal-EU ETS biex tarmonizza l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jipprovdu din l-għajnuna u timminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern 58 . Dawn il-linji gwida jistabbilixxu s-setturi f’riskju ġenwin ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet u jistipulaw li l-benefiċjarji għandhom jinvestu mill-ġdid parti mill-għajnuna fi proġetti li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju diretta jew indiretta tagħhom, u b’dan il-mod anke l-iskopertura tagħhom għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
Kull Stat Membru li jipprovdi għajnuna mill-Istat biex jikkumpensa l-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet innotifika l-iskema tiegħu lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat u rċieva rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-iskema mas-suq intern. L-Istati Membri li jipprovdu kumpens bħal dan huma meħtieġa jippubblikaw l-ammont totali ta’ kumpens imħallas, inkluża diżaggregazzjoni għal kull settur jew sottosettur benefiċjarju.
Fl-2024, 15-il Stat Membru pprovdew għajnuna għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2023. Dan huwa l-istess bħas-sena l-oħra. Madankollu, il-kompożizzjoni nbidlet wara l-iskadenza ta’ skema ta’ appoġġ temporanju fl-Awstrija u l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ pagamenti min-Netherlands.
It-Tabella 6 tiġbor fil-qosor il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri u tqabbilhom mad-dħul mill-irkanti tal-2023. Il-pagamenti tal-kostijiet indiretti totali mħallsa fl-2024 ammontaw għal madwar EUR 5,52 biljun. Din hija żieda ta’ 40 % meta mqabbla mat-EUR 3,95 biljun żborżati fl-2023, filwaqt li n-numru ta’ installazzjonijiet li rċivew l-għajnuna kien fil-biċċa l-kbira l-istess, jiġifieri madwar 1 850.
Tabella 6. Ammonti ta’ għajnuna mħallsa fl-2024 mid-dħul mill-irkanti tal-ETS għall-kostijiet indiretti mġarrba fl-2023.
|
Stat Membru |
Ammont imħallas
|
Numru
|
Dħul
|
Id-daqs relattiv tal-għajnuna għall-kostijiet indiretti meta mqabbel mad-dħul mill-irkant |
|
Il-Belġju |
249,9 |
56 |
739,9 |
33,8 % |
|
Iċ-Ċekja |
60,4 |
23 |
771,3 |
7,8 % |
|
Il-Finlandja |
143,2 |
55 |
571,5 |
25,1 % |
|
Franza |
908,8 |
293 |
2 060,1 |
44,1 % |
|
Il-Ġermanja |
2 395,0 |
707 |
7 582,5 |
31,6 % |
|
Il-Greċja |
287,0 |
57 |
1 441,8 |
19,9 % |
|
L-Italja |
165,5 |
252 |
3 547,4 |
4,7 % |
|
Il-Lussemburgu |
37,6 |
4 |
7,6 |
492,0 % |
|
In-Netherlands |
147,3 |
48 |
1 261,1 |
11,7 % |
|
Il-Polonja |
614,6 |
97 |
5 406,7 |
11,4 % |
|
Il-Portugall |
25,0 |
23 |
726,7 |
3,4 % |
|
Ir-Rumanija |
116,7 |
31 |
571,8 |
20,4 % |
|
Is-Slovakkja |
58,3 |
9 |
377,5 |
15,4 % |
|
Is-Slovenja |
25,4 |
16 |
186,5 |
13,6 % |
|
Spanja |
282,8 |
191 |
3 514,0 |
8,0 % |
Iż-żieda fl-għajnuna totali hija primarjament dovuta għal prezzijiet ogħla tal-kwoti. L-għajnuna f’sena partikolari hija bbażata fuq il-prezz forward tal-kwoti fis-sena preċedenti. Għalhekk, l-għajnuna żborżata fl-2024 għall-kostijiet imġarrbin fl-2023 kienet ibbażata fuq il-prezz forward medju fl-2022. Dan il-prezz kien ta’ EUR 83,59, li huwa żieda ta’ madwar 50 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel 59 . Il-pagamenti totali tal-għajnuna ma jiżdidux awtomatikament bl-istess proporzjon bħall-prezz tal-kwoti peress li l-iskemi ta’ kumpens tal-Istati Membri spiss ikollhom baġit massimu kkalkolat għall-perjodu kollu ta’ applikazzjoni (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, 2021-2030).
Il-pagamenti tal-għajnuna għall-kumpens tal-kostijiet indiretti żdiedu wkoll fl-2024 meta ġew espressi bħala sehem mid-dħul mill-irkanti nazzjonali. L-ammont imħallas kien ekwivalenti għal 19 % tad-dħul mill-irkanti tal-2023 miġbur mill-Istati Membri parteċipanti, meta mqabbel ma’ 16 % fl-2022. Għalhekk, dan is-sehem żdied, iżda aktar bil-mod kemm mill-prezz tal-kwoti kif ukoll mill-ammont assolut ta’ kumpens imħallas. Dan huwa l-aktar minħabba li i) l-effett ta’ prezzijiet ogħla tal-kwoti huwa parzjalment kontrobilanċjat mit-tnaqqis fil-volum assolut ta’ kwoti rkantati; u ii) il-kumpens totali jista’ jkun limitat mill-baġits allokati għal kull skema nazzjonali.
L-Istati Membri li jonfqu aktar minn 25 % tad-dħul mill-irkanti tagħhom fuq il-kostijiet indiretti fi kwalunke sena huma meħtieġa wkoll jippubblikaw rapport li jispjega għaliex ikunu qabżu dan il-livell limitu. Fl-2023, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri baqgħu ferm taħt dan il-livell, iżda ħames Stati Membri nefqu aktar. Il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti minn dawn l-Istati Membri huma miġbura fil-qosor hawn taħt.
Il-pagamenti tal-għajnuna mill-Belġju, minn Franza u mil-Lussemburgu qabżu dan il-livell limitu għall-biċċa l-kbira tal-aħħar 5 snin. Bħal fis-snin preċedenti, il-proporzjon għoli tad-dħul mill-irkanti mħallas fil-Belġju u fi Franza kien attribwit għas-sehem għoli tal-pajjiżi ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li wassal għal dħul mill-irkanti relattivament baxx meta mqabbel mas-sehem tagħhom ta’ industriji elettrointensivi.
Fil-każ tal-Lussemburgu, in-nefqa kompliet tisboq bil-kbir id-dħul totali tiegħu mill-irkanti. Dan huwa parzjalment dovut għall-użu tiegħu tal-kwoti tal-ETS biex jikkumpensa għall-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 60 . Din il-prattika tissejjaħ flessibbiltà tal-ESR (ara l-Kapitolu 4.2 ).
Fil-Finlandja u fil-Ġermanja, is-sehem tad-dħul żdied ukoll għal aktar minn 25 %. F’kull każ, l-awtoritajiet attribwew dan għaż-żieda fil-prezzijiet tal-kwoti li jintużaw bħala l-bażi għall-kumpens. L-analiżi storika mill-awtorità Ġermaniża għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet uriet li l-limitu ta’ 25 % inqabeż erba’ darbiet mill-2013 u identifikat il-prezzijiet għoljin tal-kwoti bħala l-motiv ewlieni f’dawn il-każijiet 61 .
Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS
Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa wieħed mill-akbar programmi ta’ finanzjament fid-dinja għall-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet u ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx u żero ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-industrija, fl-enerġija, fil-mobbiltà u fil-bini, iffinanzjat kompletament mill-EU ETS. Il-Fond jipprovdi għotjiet għal proġetti li għandhom l-għan li jikkumerċjalizzaw it-teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li jġibu soluzzjonijiet industrijali fis-suq għad-dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa u li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. B’baġit totali stmat ta’ EUR 40 biljun disponibbli (ibbażat fuq prezz tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2), il-Fond għall-Innovazzjoni nieda 11-il sejħa għal proposti mill-2020, inklużi tnejn għall-irkantijiet taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu.
Il-Kummissjoni tirrapporta f’aktar dettall dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni separatament. It-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni huwa mistenni fir-raba’ trimestru tal-2025 62 .
Fis-serje ta’ sejħiet tal-2023, li għalqet fi Frar 2024 (Irkant) u f’April 2024 (Teknoloġiji b’Emissjonijiet Żero Netti), 83 proġett issieħbu fil-portafoll tal-Fond li jirrappreżentaw EUR 4,9 biljun f’appoġġ għad-dekarbonizzazzjoni fl-industriji intensivi fl-enerġija, fil-produzzjoni tal-idroġenu, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, fis-settur tal-mobbiltà (inklużi dawk marittimi u tal-avjazzjoni) u fil-manifattura ta’ teknoloġiji ewlenin b’emissjonijiet żero netti. L-appoġġ huwa mifrux fuq 18-il pajjiż tal-UE u taż-ŻEE, inklużi proġetti ffirmati għall-ewwel darba fl-Estonja u fis-Slovakkja. Dawn il-proġetti huma mistennija jiffrankaw 408 miljun tunnellata ta’ CO2e fl-ewwel 10 snin ta’ tħaddim tagħhom.
Għall-ewwel darba, fl-2023 sar irkant għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli (fjuwil rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, (RFNBO, Renewable Fuel of Non-Biological Origin)) taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu. Intgħażlu sitt proġetti, b’appoġġ ta’ EUR 694 miljun biex jipproduċu 1,52 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fl-ewwel 10 snin ta’ tħaddim tagħhom. Dan il-proċess kompetittiv ta’ offerti żgura appoġġ kosteffettiv għall-provvista tal-idroġenu ekoloġiku għas-setturi tal-agrikoltura, tat-trasport marittimu u tat-trasport heavy duty, kif ukoll għall-produzzjoni tal-e-metan u tal-e-metanol. Il-karatteristika “Rkantijiet bħala Servizz” intużat u għaliha l-Ġermanja kkontribwiet EUR 350 miljun għal perjodu ta’ finanzjament nazzjonali.
Fis-sejħa għall-għotjiet ippubblikata fl-2023, ġie organizzat suġġett dwar il-manifattura għall-ewwel darba b’20 proġett appoġġati b’EUR 1,0 biljun biex jiġu prodotti teknoloġiji ewlenin fit-tranżizzjoni għal emissjonijiet żero netti bħall-elettrolizzaturi, il-pannelli solari, il-batteriji, il-pompi tas-sħana u t-turbini eoliċi. B’mod simili, is-suġġett pilota, li ffoka fuq proġetti innovattivi ħafna b’potenzjal ta’ dekarbonizzazzjoni profonda, sar għall-ewwel darba u ta appoġġ għal 19-il proġett b’EUR 489 miljun f’firxa ta’ setturi li jinkludu l-idroelettriku ppumpjat, il-ħażna tal-enerġija termali, is-settur marittimu, l-enerġija mill-marea u oħrajn.
Il-proġetti li jifdal kienu fis-suġġett ta’ skala kbira (23 proġett b’appoġġ ta’ EUR 2,8 biljun), ta’ skala medja (14-il proġett b’EUR 434 miljun) u ta’ skala żgħira (seba’ proġetti bi EUR 30 miljun).
Sa Lulju 2025, il-portafoll tal-Fond kien jinkludi 194 proġett li għadhom għaddejjin li huma ppjanati li jirċievu appoġġ ta’ EUR 11,3 biljun 63 . Dawn il-proġetti jinsabu f’27 pajjiż tal-UE/taż-ŻEE u huma mistennija li jiksbu madwar 860 miljun fl-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2e fl-ewwel 10 snin ta’ tħaddim tagħhom.
L-inċentiv ipprovdut mill-prezz tal-karbonju tal-EU ETS huwa ħafna ogħla għal dawn il-proġetti mill-ammont ta’ finanzjament miksub mill-EU ETS. Pereżempju, il-benefiċċju tal-kost tal-karbonju għall-argumenti għall-vijabbiltà tal-kumpaniji mill-proġetti appoġġati mill-Fond għall-Innovazzjoni sa issa huwa ta’ madwar EUR 65 biljun (kostijiet tal-karbonju evitati minħabba emissjonijiet aktar baxxi bi prezz medju tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2). Dan jirrifletti l-loġika tal-EU ETS fejn il-prezz tal-karbonju huwa l-inċentiv ewlieni fit-tul, filwaqt li l-Fond għall-Innovazzjoni jissupplimenta dan l-inċentiv biex titħaffef il-bidla 64 .
Fi tmiem l-2024, il-Kummissjoni nediet tliet sejħiet ġodda b’baġit totali ta’ EUR 4,6 biljun:
·Teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti: Is-sejħa għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti kellha baġit ta’ EUR 2,4 biljun u rċeviet total ta’ 359 proposta minn 28 pajjiż meta għalqet f’April 2025. Flimkien, dawn il-proġetti talbu EUR 21,7 biljun f’appoġġ, aktar minn disa’ darbiet il-baġit disponibbli. Riżultati preliminari juru li s-sejħa kopriet oqsma ewlenin ta’ dekarbonizzazzjoni f’diversi kategoriji: industriji intensivi fl-enerġija (169 proposta), il-ġestjoni tal-karbonju industrijali (24), l-enerġija rinnovabbli (67), u l-ħżin tal-enerġija (43). Introdotta fl-2023, il-kategorija tal-Mobbiltà, li tkopri t-trasport marittimu, tal-avjazzjoni u tat-triq, attirat 50 proposta, filwaqt li s-settur tal-bini rċieva sitt proposti. B’mod partikolari, kien hemm interess qawwi minn setturi bħas-sustanzi kimiċi, is-siment u l-ġir, ir-raffineriji, u l-idroġenu. Il-Kummissjoni se tippubblika r-riżultati ta’ din is-sejħa fit-tieni nofs tal-2025.
·Batteriji: Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni nediet l-appoġġ għall-manifattura ta’ ċelloli tal-batteriji tal-vetturi elettriċi. Is-sejħa kellha baġit ta’ EUR 1 biljun u rċeviet 14-il proposta minn tmien pajjiżi f’April 2025. F’Lulju 2025, tħabbar li ntgħażlu sitt proġetti għall-finanzjament taħt din is-sejħa minn Franza (tnejn), mill-Ġermanja (tnejn), mill-Iżvezja u mill-Polonja biex jingħataw appoġġ kombinat ta’ EUR 852 miljun. Dawn il-proġetti se jkollhom kapaċità kkombinata tal-manifattura tal-batteriji ta’ madwar 56 gigawatt-sigħat (GWh, Gigawatt-Hours) ta’ ċelloli tal-batteriji tal-vetturi elettriċi (EV, Electric Vehicle) fis-sena.
·Irkant tal-idroġenu: It-tielet sejħa għall-proposti kienet għat-tieni sessjoni tal-irkant tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli. L-irkant fetaħ b’baġit totali ta’ EUR 1,2 biljun, inkluż baġit ġdid dedikat ta’ EUR 200 miljun għal proġetti b’akkwirenti mis-settur marittimu. L-irkant għalaq fi Frar 2025 b’66 offerta minn 11-il pajjiż. Intgħażlu 15-il proġett f’ħames pajjiżi differenti għat-tħejjija tal-ftehim ta’ għotja. L-iskema kienet tinkludi wkoll pakketti nazzjonali taħt l-iskema “Rkantijiet bħala Servizz” u l-Awstrija pprovdiet EUR 400 miljun, Spanja EUR 280–400 miljun u l-Litwanja EUR 36 miljun. Il-15-il proġett magħżula jridu jippreżentaw garanzija ta’ tlestija qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ għotja. Uħud minnhom jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux dan billi jirtiraw mill-proċess tal-għażla u joħolqu opportunitajiet għal proġetti mil-lista ta’ riżerva biex jiġu mistiedna jibdew iħejju l-ftehim ta’ għotja. Il-lista finali ta’ proġetti mogħtija se tiġi ppubblikata sa tmiem l-2025.
Sabiex tiżdied il-maturità teknika, finanzjarja u operazzjonali ta’ proġetti innovattivi, l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti (PDA, Project Development Assistance) hija amministrata permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Fl-2024, il-BEI iffirma 23 ftehim ta’ PDA u pproċeda bl-eżekuzzjoni tagħhom. Mill-bidu tal-programm, 62 proġett iffirmaw ftehim ta’ appoġġ u tlestew. L-impatt tal-PDA qiegħed isir dejjem aktar viżibbli, b’disa’ proġetti li qabel ma kinux irnexxew li kisbu għotja skont is-sejħa għall-Fond għall-Innovazzjoni tal-2023. Il-PDA issa ġiet estiża wkoll biex tkun miftuħa għall-iżviluppaturi tal-proġetti li għadhom ma applikawx għall-Fond, b’applikazzjonijiet direttament lill-BEI 65 .
Mill-2023, il-proġetti kollha li jissodisfaw il-livell minimu għall-kriterji għall-aġġudikazzjoni kollha fis-sejħiet għal għotjiet regolari (kemm jekk magħżula għall-Fond għall-Innovazzjoni kif ukoll jekk le) irċevew is-Siġill tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform) 66 . Is-Siġill huwa t-tikketta ta’ kwalità tal-UE mogħtija lil proġetti ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP u jgħin biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament mill-Istati Membri jew minn investituri privati.
Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa programm ta’ solidarjetà ffinanzjat mill-EU ETS. Filwaqt li inizjalment kien jappoġġa 10 Stati Membri b’introjtu aktar baxx 67 , mill-2024, il-fond beda jappoġġa tliet Stati Membri addizzjonali b’introjtu aktar baxx 68 , sabiex jilħqu l-miri klimatiċi u tal-enerġija tal-2030 billi jgħinhom ivaraw proġetti li jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija u jtejbu l-effiċjenza enerġetika. Il-baġit tal-Fond ġej mill-irkantar ta’ sehem tal-limitu massimu tal-EU ETS (li jikkorrispondi għal 438 miljun kwota), allokat fost l-Istati Membri benefiċjarji skont koeffiċjent fiss 69 . Barra minn hekk, sitt Stati Membri benefiċjarji ttrasferew 320 miljun kwota mill-fażi 3 tal-EU ETS (2013-2020) għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. Dan iġib id-daqs totali tiegħu għal aktar minn 750 miljun kwota, jew EUR 56 biljun mill-2021 sal-2030 jekk wieħed jassumi prezz medju tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2.
Għalkemm l-Istati Membri jagħżlu l-investimenti li jixtiequ jappoġġaw, huma meħtieġa jużaw il-biċċa l-kbira tar-riżorsi tagħhom taħt il-Fond għal investimenti ta’ prijorità. Dawn jinkludu l-ġenerazzjoni u l-użu tal-elettriku rinnovabbli, it-tisħin u t-tkessiħ, l-effiċjenza enerġetika, il-ħżin u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u azzjonijiet għal tranżizzjoni ġusta f’reġjuni dipendenti mill-fjuwils fossili. Il-BEI jirrieżamina l-proposti ta’ investiment. Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ta’ żborż ladarba l-BEI jikkonferma investiment bħala prijorità jew jirrakkomanda finanzjament mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond bħala wieħed mhux ta’ prijorità. Id-deċiżjonijiet ta’ żborż jinħarġu f’żewġ ċikli, kull sena, u jkopru l-investimenti fl-Istati Membri benefiċjarji kollha.
Minn Jannar 2021, ġew ikkonfermati madwar 200 skema u proġett individwali għal ammont totali ta’ EUR 19,1 biljun, li ġew żborżati lill-Istati Membri benefiċjarji. Dawn l-inizjattivi huma relatati l-aktar mal-enerġija rinnovabbli, mal-effiċjenza enerġetika, mal-ħżin tal-enerġija u mal-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija.
F’Ġunju 2025, il-Kummissjoni adottat it-tmien deċiżjoni ta’ żborż 70 taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni, l-akbar waħda mill-2021 ’l hawn. Abbażi ta’ dan, il-BEI għamel pagamenti għal total ta’ EUR 3,7 biljun lil disa’ Stati Membri benefiċjarji 71 sabiex jiffinanzja 34 proposta ta’ investiment. Il-proġetti jinkludu l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ programm għal arja nadifa li jappoġġa t-titjib fl-effiċjenza enerġetika u s-sostituzzjoni tas-sorsi tas-sħana fi djar b’familja waħda fil-Polonja u ż-żieda fil-kapaċità tal-grilja tal-elettriku fil-Latvja.
Is-sottomissjonijiet għal serje oħra ta’ proposti taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni ngħalqu fit-12 ta’ Awwissu 2025 għal proġetti mhux ta’ prijorità u fid-9 ta’ Settembru 2025 għal proġetti ta’ prijorità.
Mill-2025, l-investimenti jridu jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija (ħlief għal investimenti ffinanzjati bl-użu tal-kwoti ttrasferiti).
Fond ta’ Dekarbonizzazzjoni tal-ETS għall-Greċja
L-Artikolu 10a(9) tad-Direttiva ETS ta lill-Greċja d-dritt, skont ċerti kundizzjonijiet, li titlob sa 25 miljun kwota għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tagħha 72 . L-irkantar ta’ dawn il-kwoti se jiffinanzja l-Fond, li huwa stmat li jiswa madwar EUR 2 biljun. Il-Greċja, il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI qegħdin jaħdmu biex joperazzjonalizzaw dan il-provvediment. F’Novembru 2024, il-Viċi President Eżekuttiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, Maroš Šefčovič, flimkien mal-Ministru għall-Ambjent u għall-Enerġija tal-Greċja, Theodoros Skylakakis, u l-Viċi President tal-BEI, Ioannis Tsakiris, iffirmaw ftehim trilaterali f’Naxos, il-Greċja, biex jistabbilixxu l-Fond Nazzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni tal-ETS għall-gżejjer Griegi 73 .
Il-BEI se jkun responsabbli għall-valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja u tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proposta tal-proġett Grieg għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tagħha. Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, il-kwoti jiġu rkantati u d-dħul jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-kofinanzjament sa 60 % tal-komponenti tal-proġett approvati. F’termini konkreti, il-finanzjament għandu jappoġġa proġetti ta’ provvista tal-enerġija rinnovabbli fil-gżejjer, bħal sistemi fotovoltajċi, parks eoliċi lil hinn mill-kosta u bħas-sistemi awtonomi ta’ ħżin, kif ukoll inizjattivi għall-konnessjoni tal-gżejjer mal-grilja tal-elettriku fuq l-art kontinentali. Il-Fond se jikkontribwixxi wkoll għal miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u jtejjeb ir-reżiljenza kontra eventi ta’ temp estrem.
9.Avjazzjoni
L-EU ETS ilha tirregola l-emissjonijiet mis-settur tal-avjazzjoni mill-2012. Legalment, is-sistema tkopri t-titjiriet kollha li joħorġu miż-ŻEE, u t-titjiriet kollha li jidħlu fiha, jekk ma jkunux eżentati.
Madankollu, fl-2013, l-UE llimitat l-obbligi tal-ETS għas-settur tal-avjazzjoni għat-titjiriet fi ħdan iż-ŻEE sabiex tappoġġa l-iżvilupp ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-avjazzjoni mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) 74 . Minn dak iż-żmien, il-limitazzjoni tal-kopertura tad-Direttiva ETS ġiet estiża tliet darbiet u r-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS tenfasizza li din għandha tkun l-aħħar deroga marbuta biż-żmien għall-EU ETS 75 . It-titjiriet lejn u minn madwar 75 pajjiż l-inqas żviluppati u lejn Stati Gżejjer Żgħar Li Qed Jiżviluppaw huma eżentati fuq bażi kontinwa.
L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2020 tkopri l-emissjonijiet mit-titjiriet li jitilqu lejn l-Iżvizzera, filwaqt li l-ETS Żvizzera tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE. Dan jiżgura inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet ekwi fiż-żewġ direzzjonijiet. L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2021 tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ir-Renju Unit, filwaqt li l-ETS tar-Renju Unit tapplika għat-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE. Dan iżomm il-kopertura tal-ipprezzar tal-karbonju tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni minkejja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
L-EU ETS ilha mill-1 ta’ Jannar 2024 tkopri l-emissjonijiet mill-biċċa l-kbira tat-titjiriet 76 lejn u mid-disa’ reġjuni ultraperiferiċi tal-UE kif ukoll l-emissjonijiet minn titjiriet li jitilqu mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit. B’kollox, dan jammonta għal estensjoni ta’ madwar 7 % tal-kopertura tal-ipprezzar tal-karbonju tal-ETS. Mill-2024, l-Iżvizzera bdiet tinkludi wkoll fl-ETS tagħha l-emissjonijiet mit-titjiriet li jitilqu lejn ir-reġjuni ultraperifiċi 77 .
B’mod parallel, biex jiġi ffaċilitat il-progress fl-ICAO, il-kamp ta’ applikazzjoni intra-Ewropew limitat tal-EU ETS għall-avjazzjoni ġie estiż sa tmiem l-2026 peress li, mill-2027, il-pajjiżi terzi ewlenin kollha għandhom ikunu qegħdin japplikaw l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation). Bħala parti mir-rieżami tal-ETS ta’ nofs l-2026, il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta jekk l-Istati mhux tal-UE meqjusin li qegħdin jipparteċipaw fil-CORSIA jirrappreżentawx aktar jew anqas minn 70 % tal-emissjonijiet internazzjonali mill-avjazzjoni, abbażi taċ-ċifri tal-emissjonijiet l-aktar reċenti (l-Artikolu 28b, il-punt 3(b), tad-Direttiva ETS). Dan l-approċċ għandu l-għan li jinċentiva lill-pajjiżi kollha li għandhom jipparteċipaw fil-CORSIA meta jsir “obbligatorju” biex jimplimentaw l-iskema 78 . B’mod ġenerali, l-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha biex jipparteċipaw.
Il-valutazzjoni mogħtija mandat mid-Direttiva ETS tistabbilixxi parametri ċari għall-kalkolu tal-livell limitu ta’ 70 %. In-numeratur jgħodd l-emissjonijiet internazzjonali mill-avjazzjoni rrappreżentati minn “Stati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3)”, jiġifieri Stati għajr pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Għalhekk, in-numeratur jinkludi emissjonijiet minn rotot bejn l-Istati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rotot bejn Stat Membru taż-ŻEE jew l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u dawn l-Istati. Il-valutazzjoni ssegwi l-prinċipju bbażat fuq ir-rotot, jiġifieri jekk wieħed jassumi li kwalunkwe titjira fuq dawn ir-rotot tkun soġġetta għall-kumpens CORSIA, anke jekk tkun operata minn trasportatur li jkun ġej minn Stat mhux parteċipanti 79 . Dan jipprevjeni s-sottovalutazzjoni. Id-denominatur ta’ dan il-kalkolu huwa l-“emissjonijiet internazzjonali mill-avjazzjoni” kollha, jiġifieri l-emissjonijiet kollha fuq ir-rotot bejn żewġ pajjiżi tal-ICAO. Iċ-ċifri ppubblikati 80 mis-Segretarjat tal-ICAO se jintużaw għal dan il-kalkolu, li jew jiġu rrapportati direttament mill-pajjiżi, jew inkella ċ-ċifri niqsin jimtlew mis-Segretarjat tal-ICAO skont metodoloġija miftiehma. Il-kalkolu huwa kif ġej:
Fl-2024, inħarġu madwar 27,6 miljun kwota tal-avjazzjoni f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni applikabbli tal-EU ETS. L-allokazzjoni bla ħlas ammontat għal 17,5 miljun kwota. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minn amministraturi nazzjonali fiż-ŻEE rċevew ftit anqas minn 0,3 miljun kwota tal-avjazzjoni Żvizzera bla ħlas taħt l-ETS Żvizzera. Fl-2024 ġew irkantati madwar 6,7 miljun kwota tal-avjazzjoni.
L-emissjonijiet mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru komplew jiżdiedu b’mod sinifikanti fl-2024 meta mqabblin mal-2023. Fl-2024, l-emissjonijiet ammontaw għal 62,6 Mt CO2eq (inklużi 1,1 Mt ta’ operaturi amministrati mill-Iżvizzera), żieda minn 54,3 Mt fl-2023. Dan huwa parzjalment dovut għat-twessigħ tal-ambitu ġeografiku għar-reġjuni ultraperiferiċi. It-Tabella 7 tistabbilixxi l-emissjonijiet verifikati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, flimkien mal-volumi ta’ kwoti allokati bla ħlas u rkantati fis-settur tal-avjazzjoni mill-2019. L-EU ETS ilha mill-2021 li waqfet tkopri titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit.
Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, fl-2023 ġew adottati żewġ riformi li jikkonċernaw l-EU ETS għall-avjazzjoni – biex jiġi avvanzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur 81 u biex tiġi implimentata l-CORSIA għal titjiriet barra mill-Ewropa ta’ linji tal-ajru bbażati fl-UE fid-dritt tal-UE 82 . Bħalissa qegħdin jiġu implimentati.
Biex timplimenta l-CORSIA fid-dritt tal-UE, f’Lulju 2025 il-Kummissjoni adottat il-lista ta’ Stati meqjusa li qegħdin japplikaw il-CORSIA għall-emissjonijiet fl-2025 83 . Din il-lista tiġi aġġornata kull sena. F’Lulju 2024, il-Kummissjoni ppubblikat ir-regoli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens skont il-CORSIA 84 . L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri se jużaw dawn ir-regoli għall-emissjonijiet sa tmiem l-2026.
F’pass sinifikanti biex tittejjeb it-trasparenza, il-Kummissjoni qiegħda tippubblika aktar data dwar l-emissjonijiet mill-avjazzjoni, filwaqt li tipproteġi data kummerċjalment sensittiva. F’Ġunju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat data annwali aggregata dwar l-emissjonijiet minn pari ta’ ajrudromi fiż-ŻEE fl-2023 85 . Dan kien l-ewwel pass fil-pubblikazzjoni tad-data kollha għall-2023.
Tabella 7. L-avjazzjoni fl-EU ETS (2019-2024) – emissjonijiet verifikati [miljun tunnellata ta’ CO2eq], allokazzjoni bla ħlas u kwoti rkantati [f’miljuni ta’ kwoti]. Data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fl-1 ta’ Ottubru 2025.
|
Sena |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
|
Emissjonijiet verifikati - avjazzjoni |
68,2 |
25,2 |
27,9 |
49,5 |
54,3 |
62,6 |
|
Bidla sena wara sena 86 |
+1 % |
−63 % |
+30 % |
+77 % |
+9,7 % |
+15,3 % |
|
Allokazzjoni bla ħlas (EU27 + l-Iżlanda, il-Liechtenstein,
|
31,3 88 |
32,5 |
24,0 |
23,1 |
22,5 |
17,5 |
|
Kwoti allokati għall-appoġġ tal-ippumpjar tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF, Sustainable Aviation Fuel) (FEETS, Fuels Eligible under ETS)) |
/ |
/ |
/ |
/ |
/ |
1,3 |
|
Allokazzjoni bla ħlas mir-riżerva speċjali għal entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr |
1,0 |
0,8 |
0,3 |
0,25 |
0,23 |
/ |
|
Volumi ta’ kwoti rkantati |
5,5 |
9,2 |
3,8 |
3,7 |
5,7 |
6,7 |
Ir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS avvanzat l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas fis-settur tal-avjazzjoni. Il-kwoti bla ħlas għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru se jiġu eliminati gradwalment sal-aħħar tal-2025. Fl-2025, ġew allokati 50 % inqas kwoti bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru.
Id-dekarbonizzazzjoni tal-avjazzjoni hija meħtieġa b’mod urġenti. Il-prezz tal-karbonju tal-ETS diġà jipprovdi inċentiv ta’ madwar EUR 200 għal kull tunnellata ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli użat, meta mqabbel mal-kerosin fossili. Fl-2025, il-Kummissjoni implimentat mekkaniżmu ta’ appoġġ addizzjonali skont l-EU ETS għall-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Għal kull tunnellata ta’ fjuwil eliġibbli użat fuq rotta tal-ETS, il-linji tal-ajru jistgħu jitolbu appoġġ ta’ madwar EUR 500 sa EUR 7 000 89 għal kull tunnellata ta’ fjuwil. Dan l-inċentiv ilu disponibbli għall-fjuwils eliġibbli ppumpjati fuq ir-rotot tal-ETS mill-1 ta’ Jannar 2024. Għall-2024, l-inċentiv mill-EU ETS (peress li l-operaturi ma humiex meħtieġa jċedu kwoti) kien jiswa madwar EUR 25 miljun. Dan ġie ssupplimentat bl-appoġġ tal-ETS ta’ madwar 1,3 miljun kwota li jiswew madwar EUR 100 miljun 90 .
Filwaqt li tirrikonoxxi li l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati 91 , l-UE hija l-ewwel ġuriżdizzjoni li tintroduċi qafas ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar u ta’ verifika għal dawn l-effetti (ara l-Kapitolu 11.1.2 ).
10. Trasport marittimu
It-trasport marittimu huwa emittent kbir ta’ gassijiet serra. L-emissjonijiet mill-attivitajiet tat-trasport marittimu huma inklużi fl-EU ETS bħala parti mill-istrateġija kumplessiva tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu. Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS jinkludi emissjonijiet minn attivitajiet tat-trasport marittimu għal 50 % tal-emissjonijiet minn vjaġġi li jibdew jew jintemmu barra miż-ŻEE u 100 % tal-emissjonijiet li jseħħu bejn żewġ portijiet taż-ŻEE u meta l-bastimenti jkunu f’port taż-ŻEE.
Din l-estensjoni tal-EU ETS tibni fuq id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għal setturi oħra koperti mis-sistema tal-EU ETS kif ukoll mir-Regolament dwar il-Monitoraġġ, ir-Rapportar u l-Verifika (MRV, Monitoring, Reporting and Verification) Marittimi 92 . Għall-2024 u għall-2025, is-settur marittimu tal-EU ETS ikopri biss l-emissjonijiet tas-CO2, iżda se jiġi estiż għas-CH4 u għall-N2O mill-2026. Il-kumpaniji tat-tbaħħir irrapportaw 89,8 miljun tunnellata CO₂ ta’ emissjonijiet verifikati għall-2024 93 .
L-obbligu tal-kumpaniji tat-tbaħħir li jċedu l-kwoti jiġi introdott gradwalment, permezz ta’ perjodu ta’ introduzzjoni gradwali li jdum sal-2026. Matul dan il-perjodu, il-kumpaniji tat-tbaħħir huma meħtieġa li jċedu l-kwoti fl-2025, għal 40 % tal-emissjonijiet irrapportati fl-2024, u fl-2026 għal 70 % tal-emissjonijiet irrapportati fl-2025. Isir tnaqqis ulterjuri għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ.
Il-kumpaniji tat-tbaħħir kienu meħtieġa jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom tal-2024 sal-31 ta’ Marzu 2025 u jċedu n-numru korrispondenti ta’ kwoti tal-emissjonijiet sat-30 ta’ Settembru 2025.
Ir-rekwiżiti ta’ ċediment, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-koeffiċjent ta’ introduzzjoni gradwali għall-2024, kienu jikkorrispondu għal 35,6 miljun kwota tal-UE. Biex jitnaqqas id-distakk bejn l-emissjonijiet verifikati u l-kwoti ċeduti mit-trasport marittimu, qegħdin jiġu kkanċellati 54 243 768 kwota għall-2024.
Id-Direttiva ETS tinkludi klawżola ta’ rapportar u ta’ rieżami biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex tiġi identifikata u indirizzata kwalunkwe mġiba evażiva fi stadju bikri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-EU ETS għat-trasport marittimu fl-2026, inkluż billi tesplora estensjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal bastimenti ta’ inqas minn 5 000 tunnellaġġ gross iżda mhux inqas minn 400 tunnellaġġ gross, u tivvaluta l-iżviluppi rilevanti fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI). F’April 2025, l-OMI approvat il-Qafas ta’ Emissjonijiet Żero Netti (NZF, Net-Zero Framework, tal-OMI), inkluż standard globali għat-tnaqqis gradwali tal-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils marini u element ta’ pprezzar għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-tbaħħir internazzjonali, li l-UE laqgħet bi pjaċir. Il-ftehim, li għad irid jiġi adottat, huwa pass sinifikattiv lejn l-għan ta’ emissjonijiet żero netti mit-trasport marittimu sal-2050 jew qrib dik is-sena, kif stabbilit fl-istrateġija tal-2023 tal-OMI dwar il-gassijiet serra. Id-diskussjonijiet dwar l-adozzjoni tal-ftehim ġew posposti sa Ottubru 2026.
11. Qafas ta’ implimentazzjoni tal-EU ETS
EU ETS li tiffunzjona bla xkiel u li hija ambjentalment kredibbli tiddependi minn qafas robust ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar, ta’ verifika u ta’ akkreditament (MRVA, Monitoring, Reporting, Verification and Accreditation). Dawn ir-rekwiżiti huma armonizzati fir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar u r-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika (ir-Regolament 2018/2067) 94 . Il-pajjiżi huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dawn ir-Regolamenti u tad-Direttiva ETS kull sena.
Dan il-kapitolu jiġbor id-data ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS li l-pajjiżi rrapportaw skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-ETS għall-2024. L-aspetti tal-qafas ta’ implimentazzjoni għas-settur marittimu huma spjegati fid-dettall fil-Kapitolu 11.6.
Sas-27 ta’ Ottubru 2025, il-jum li fih ġie ffinalizzat dan ir-rapport, Ċipru kien għadu ma ssottomettiex ir-rapport tiegħu għall-2024. Fin-nuqqas tal-aktar data riċenti għal Ċipru, dan il-kapitolu juża d-data rrapportata minn Ċipru għall-2023 bħala indikatur biex jagħmel possibbli t-tqabbil minn sena għal oħra. Għall-pajjiżi l-oħra kollha, tintuża d-data tal-2024.
Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet
Ir-reġim għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-EU ETS jiddependi minn approċċ modulari. Dan jagħti lill-operaturi grad għoli ta’ flessibbiltà, u b’hekk jiżgura kemm il-kosteffiċjenza kif ukoll l-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet. L-operaturi jistgħu jużaw diversi approċċi ta’ monitoraġġ (“ibbażati fuq il-kalkolu” jew “ibbażati fuq il-kejl” u b’eċċezzjoni l-“approċċ ta’ riżerva”), inkluża taħlita ta’ metodi għal partijiet individwali ta’ installazzjoni. Għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, huma permessi biss approċċi bbażati fuq il-kalkolu, fejn il-konsum tal-fjuwil huwa l-parametru ċentrali tat-titjira.
Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar jirrikjedi li kemm l-installazzjonijiet kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Dan ma jħallihomx jagħmlu għażla arbitrarja ta’ metodoloġiji ta’ monitoraġġ u ta’ varjazzjonijiet temporali. Fl-2024, erba’ pajjiżi 95 (ħamsa fl-2023) komplew jippermettu lill-installazzjonijiet jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ simplifikati f’każijiet ta’ riskju baxx 96 . Għall-avjazzjoni, din id-dispożizzjoni tintuża biss għal emittenti żgħar fil-Belġju.
L-installazzjonijiet komplew isegwu r-rekwiżiti legali għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet. Il-biċċa l-kbira użaw il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu 97 biex jikkalkolaw l-emissjonijiet tagħhom. 274 installazzjoni biss (3,2 %) fi 23 pajjiż irrapportaw li użaw sistemi ta’ kejl ta’ emissjonijiet kontinwu (CEMS, Continuous Emissions Measurement Systems). Minn dawn, 221 installazzjoni użaw is-CEMS biex ikejlu l-emissjonijiet tas-CO2, 40 biex ikejlu l-N2O u 13 biex ikejlu ż-żewġ gassijiet. Is-CEMS jintużaw l-aktar spiss fi Franza. F’163 installazzjoni, l-emissjonijiet imkejlin kien fihom ukoll CO2 bijoġeniku. Mill-installazzjonijiet li jużaw is-CEMS, 189 użaw il-metodoloġija għal aktar minn 95 % tal-emissjonijiet tagħhom, filwaqt li l-85 l-oħrajn użaw taħlita ta’ CEMS u ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.
Kienu biss 12-il pajjiż li rrapportaw li użaw l-approċċ ta’ riżerva. Dan l-approċċ intuża għal 31 installazzjoni li jkopru madwar 2,0 Mt CO2eq (sitt installazzjonijiet aktar milli fl-2023 iżda 0,6 Mt CO2eq inqas f’termini ta’ emissjonijiet). Installazzjoni waħda fin-Netherlands hija responsabbli għal 52 % tal-emissjonijiet kumplessivi rrapportati bl-użu tal-metodoloġija ta’ riżerva minħabba l-istruttura kumplessa tagħha.
Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet issodisfaw ir-rekwiżiti tal-gradi minimi 98 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar fl-2024. Kienu biss 97 installazzjoni tal-kategorija Ċ (98 fl-2023) li ġew irrapportati li ddevjaw f’tal-inqas parametru wieħed mir-rekwiżit li jiġu applikati l-ogħla grad għall-flussi minn sorsi maġġuri. Dawn kienu jinsabu fi 18-il pajjiż differenti (17 fl-2023) u kienu jirrappreżentaw 17,1 % tal-installazzjonijiet tal-kategorija Ċ. Dawn id-devjazzjonijiet ikunu awtorizzati biss meta l-operatur juri li l-ilħuq tal-ogħla grad ma huwiex teknikament fattibbli jew inkella jġarrab kostijiet irraġonevoli. Ladarba dawn il-kundizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw, l-operatur jrid itejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ kif xieraq.
Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet mill-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali
Sal-31 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni jeħtiġilha tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni ta’ emissjonijiet mill-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali (u possibbilment minn proċessi oħra ta’ mmaniġġjar tal-iskart) fl-EU ETS. Din il-valutazzjoni hija parti minn rieżami usa’ tal-EU ETS, li għaliha hija mistennija l-proposta fl-2026.
Minn l-1 ta’ Jannar 2024, l-installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali (ogħla mil-livell limitu ta’ 20 MW ta’ input termiku nominali) huma meħtieġa jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom skont l-EU ETS. Madankollu, bħalissa dawn ma humiex meħtieġa jċedu kwoti għall-emissjonijiet tagħhom. 18-il pajjiż (17-il Stat Membru u n-Norveġja) irrapportaw emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwils f’installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali għall-2024 99 .
Monitoraġġ u rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2
Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jridu jimmonitorjaw u jirrapportaw l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2. L-obbligu jkopri s-sulfat u l-materja partikolata tan-nugrufun, il-fwar tal-ilma, l-ossidi nitrużi u d-diossidu tal-kubrit, li l-ajruplani jemettu matul it-titjira. Sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu, sal-2026, l-obbligu obbligatorju ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-effetti mhux marbuta mas-CO2 japplika biss għal titjiriet intra-ŻEE (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi), kif ukoll titjiriet miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Ir-rapportar volontarju fuq ir-rotot kollha huwa mħeġġeġ. Mill-2027, l-obbligu ta’ rapportar japplika awtomatikament għat-titjiriet kollha.
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jagħżlu wieħed minn żewġ metodi biex jimmonitorjaw l-effetti tal-avjazzjoni tagħhom mhux marbuta mas-CO2. Il-Metodu Ċ huwa l-metodu standard li jqis l-informazzjoni dwar it-temp u t-titjira, flimkien mal-karatteristiċi tal-inġenji tal-ajru u tal-fjuwil, filwaqt li l-Metodu D, juża metodoloġija ta’ monitoraġġ aktar simplifikata biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi, peress li prinċipalment jirrikjedi informazzjoni dwar it-titjira u t-trajettorja. Id-data tat-temp u d-data dwar il-proprjetajiet tal-fjuwil jistgħu jitħallew barra.
Biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, il-Kummissjoni qiegħda tiżviluppa l-għodda ta’ monitoraġġ, is-sistema ta’ trekkjar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (NEATS, Non-CO2 Aviation Effects Tracking System). L-ewwel rapporti huma mistennija fl-2026.
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO₂, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport u, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva biex ittaffi l-effetti mhux marbuta mas-CO₂.
Verifika u akkreditament
Il-verifikaturi tar-rapporti dwar l-emissjonijiet taħt l-EU ETS jeħtiġilhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditament f’konformità mar-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika94, l-ISO 17029 u l-ISO 14065 (standards ISO internazzjonali li jintużaw biex jiġu akkreditati l-verifikaturi). Il-verifikaturi akkreditati jistgħu joperaw b’rikonoxximent reċiproku fil-pajjiżi kollha tal-EU ETS, filwaqt li jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq uniku. Dan jiżgura wkoll disponibbiltà suffiċjenti tas-servizz madwar l-UE. Ħarsa ġenerali dettaljata lejn l-aspetti ta’ akkreditament u ta’ verifika fl-2024 hija inkluża fit-Taqsima 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Fl-2024, kien hemm 94 verifikaturi akkreditati għal installazzjonijiet u 17 għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Barra minn hekk, 26 pajjiż irrapportaw li tal-anqas verifikatur barrani wieħed kien attiv fit-territorju tagħhom fl-2024, u sitt pajjiżi rrapportaw li kellhom biss verifikaturi barranin. Dan juri li r-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi fost il-pajjiżi għadu jaħdem b’suċċess.
Il-konformità tal-verifikaturi mar-Regolament dwar l-Akkreditament u r-Rapportar tinstab li hija għolja. Għall-2024, ġiet irrapportata biss sospensjoni waħda ta’ verifikatur (ir-Rumanija). Fl-istess ħin, ma ġie rrapportat l-ebda verifikatur li kellu l-akkreditament tiegħu rtirat. F’żewġ każijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkreditament tal-verifikaturi tnaqqas (id-Danimarka u Franza). B’paragun ma’ dan, għall-2023 ma ġiet irrapportata l-ebda sospensjoni, l-ebda rtirar tal-akkreditament u każijiet ta’ żewġ tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni.
It-tieni reviżjoni tar-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika ġiet adottata fit-18 ta’ Ġunju 2025 100 . L-iskop tar-reviżjoni kien li:
·tallinja mar-reviżjonijiet li ġew inkorporati fir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar fl-2024:
otinkludi r-rekwiżiti dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, il-kontrolli tal-verifikatur relatati mat-trasport tas-CO2 u tas-CCU, il-kontrolli tal-verifikatur relatati mal-bijomassa, mal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO, Renewable Fuels of Non-Biological Origin), mal-fjuwils tal-karbonju riċiklat (RCF, Recycled Carbon Fuels), mal-fjuwils sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (SLCF, Synthetic Low Carbon Fuels), u mal-kontrolli tal-verifikatur relatati ma’ fjuwils tal-avjazzjoni alternattivi u l-fjuwils eliġibbli għall-appoġġ mill-ETS;
otispeċifika r-rwol tal-verifikatur fl-ETS2 għal każijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ sempliċi u tkompli tissimplifika l-verifika f’każijiet bħal dawn.
·Tallinja mar-Regolament dwar l-Allokazzjoni Bla Ħlas biex tiġi inkluża l-verifika tar-rapporti dwar in-newtralità klimatika.
Dokumenti ta’ gwida
Il-Kummissjoni żviluppat dokumenti ta’ gwida 101 għall-monitoraġġ, għar-rapportar, għall-verifika u għall-akkreditament. L-għan huwa li jiġu pprovduti struzzjonijiet dettaljati, tekniki u l-aħjar prattika lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi, lill-verifikaturi u lil partijiet ikkonċernati oħra dwar kif tiġi implimentata l-EU ETS. Din il-gwida għandha rwol vitali fl-iżgurar tal-integrità, tat-trasparenza, tal-armonizzazzjoni u tal-akkuratezza tad-data dwar l-emissjonijiet fl-EU ETS. Hekk kif il-metodoloġiji u t-teknoloġiji jevolvu, l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u ta’ tekniki ġodda tgħin biex jitnaqqsu l-iżbalji u tappoġġa l-effettività kumplessiva tas-sistema fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Dawn id-dokumenti se jiġu aġġornati biex jirriflettu r-reviżjonijiet tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar u r-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika. Ingħatat prijorità lid-dokument ta’ gwida ġenerali għall-installazzjonijiet (ippubblikat fil-bidu tal-2025), segwit mid-dokumenti ta’ gwida għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, dwar “fjuwils tal-bijomassa u klassifikazzjoni żero oħra”, gwida dwar il-verifika, eċċ., li lkoll huma mistennija jiġu ppubblikati fit-tieni nofs tal-2025.
Fl-istess ħin, il-mudelli kollha ta’ rapportar tal-MRV ġew aġġornati fil-bidu tal-2025 biex jakkomodaw dispożizzjonijiet ġodda taż-żewġ regolamenti. Bħala punt finali, il-gwida għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-ETS2 qiegħda tiġi aġġornata. Il-gwida dwar l-akkreditament u l-verifika tal-ETS2 ġiet ippubblikata f’Ġunju 2025 102 . Id-dokumenti ta’ gwida sekondarji kollha huma ppjanati li jiġu aġġornati matul l-2025.
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti
Il-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jorganizzaw ruħhom biex jimplimentaw l-EU ETS ivarja bejn il-pajjiżi. F’xi pajjiżi, huma involuti diversi awtoritajiet lokali, filwaqt li f’oħrajn l-implimentazzjoni hija aktar ċentralizzata. Il-pajjiżi jagħżlu dawn l-approċċi abbażi tal-kosteffettività u tal-effettività taż-żmien. Ħarsa ġenerali lejn il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jimplimentaw l-EU ETS hija ppreżentata fit-Taqsima 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Il-pajjiżi kollha rrapportaw li kellhom mill-inqas awtorità kompetenti ċentrali waħda involuta fl-implimentazzjoni tal-EU ETS fl-2024. F’sitt pajjiżi, awtorità kompetenti ċentrali waħda biss kienet responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-EU ETS 103 . Meta diversi awtoritajiet kompetenti jkunu qegħdin jimmaniġġjaw l-attivitajiet tal-EU ETS, il-pajjiżi rrapportaw li jużaw soluzzjoni u għodda differenti waħda jew aktar biex jikkoordinaw ix-xogħol bejn dawk l-awtoritajiet. Dawn is-soluzzjonijiet u l-għodod jinkludu awtorità kompetenti ċentrali li tkun responsabbli għax-xogħol ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar, ta’ akkreditament u ta’ verifika (11-il pajjiż), li jkollha rwol ta’ koordinatur 104 (10 pajjiżi), awtorità kompetenti ċentrali li toħroġ struzzjonijiet vinkolanti u gwida lill-awtoritajiet lokali (ħames pajjiżi), li tipprovdi taħriġ konġunt lill-awtoritajiet kompetenti (tmien pajjiżi) u li regolarment tlaqqa’ gruppi ta’ ħidma jew laqgħat bejn l-awtoritajiet (14-il pajjiż).
Fl-2024, 16-il pajjiż ma imponewx tariffi amministrattivi lill-operaturi tal-installazzjonijiet għall-permessi u għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ (l-istess bħal fl-2023). Lanqas l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fi 18-il pajjiż ma kellhom għalfejn iħallsu tariffi (17-il pajjiż fl-2023). It-tariffi varjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u t-tipi ta’ servizzi – minn madwar EUR 19 sa EUR 9 300 għal permess u għal approvazzjoni ta’ pjan ta’ monitoraġġ għall-installazzjonijiet, u minn madwar EUR 2 sa EUR 4 700 għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Minbarra l-approvazzjoni inizjali, 13-il pajjiż irrapportaw ukoll li jimponu tariffi amministrattivi ta’ ammonti differenti għal bidliet sinifikanti fil-permessi jew fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ. Ħarsa ġenerali lejn it-tariffi amministrattivi fl-EU ETS hija ppreżentata fit-Taqsima 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Konformità mal-EU ETS
Il-konformità mal-EU ETS tiġi vverifikata f’ċikli annwali. Għal kull sena ta’ operat, installazzjoni jew operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jissottometti rapport annwali dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Ladarba rapport verifikat jiġi kkontrollat minn awtorità kompetenti, operatur irid iċedi n-numru ta’ kwoti ekwivalenti għall-emissjonijiet verifikati tiegħu sat-30 ta’ Settembru tal-istess sena.
Għal kull tunnellata CO2 emessa li għaliha ma tkun ġiet ċeduta l-ebda kwota fil-ħin, id-Direttiva ETS timponi penali ta’ EUR 100 105 . Dan minbarra l-kost taċ-ċediment tal-kwoti dovuti. Penali oħra jistgħu japplikaw ukoll għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar l-EU ETS.
Ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-miżuri ta’ konformità u l-penali għall-emissjonijiet eċċessivi fl-EU ETS hija ppreżentata fit-Taqsima 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Fiċ-ċiklu ta’ konformità tal-2024, il-livell ta’ konformità mal-EU ETS baqa’ għoli ħafna. Bħal f’dawn l-aħħar snin, l-operaturi responsabbli għal aktar minn 99 % tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, mill-manifattura industrijali u mill-avjazzjoni ssodisfaw l-obbligi legali tagħhom fil-ħin.
L-effiċjenza tas-sistema ta’ konformità tjiebet ukoll, b’adozzjoni usa’ tar-rapportar elettroniku. Fl-2024, 17-il pajjiż użaw sistema awtomatizzata għall-iskambju elettroniku ta’ data bejn l-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Għaxar pajjiżi jużaw ukoll sistemi awtomatizzati tal-IT biex jimmaniġġaw il-fluss tax-xogħol għall-pjanijiet ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ, għar-rapporti annwali tal-livell ta’ attività u għal skambji oħra ta’ informazzjoni dwar id-data tal-allokazzjoni.
Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, 12-il pajjiż (disgħa fl-2023) ippermettew lill-verifikaturi jwettqu żjarat virtwali fuq il-post 106 . Għal 27 installazzjoni u għal 46 operatur tal-inġenji tal-ajru, iż-żjarat virtwali fuq il-post ġew approvati mill-awtorità kompetenti applikabbli. Fl-2024, ir-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika ġie emendat biex jiġu estiżi l-possibbiltajiet għal żjarat virtwali fuq il-post għas-setturi tal-avjazzjoni. Il-verifikaturi issa jistgħu jwettqu wkoll żjarat virtwali fuq il-post lil hinn miċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri dment li jkunu ġew issodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Il-kontrolli tal-konformità fuq ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet jitwettqu mill-pajjiżi kollha li jamministraw kwalunkwe operatur, li ma huwiex il-każ għall-installazzjonijiet fil-Liechtenstein u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-Liechtenstein u fl-Irlanda ta’ Fuq. Għal diversi tipi ta’ verifiki, jiġi rrapportat il-perċentwal tar-rapporti dwar l-emissjonijiet verifikati, ara t-Taqsima 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament. Fl-2024, l-Italja ma rrapportatx dwar it-tipi ta’ verifiki li saru, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra kollha vverifikaw il-kompletezza tar-rapporti mill-installazzjonijiet, u l-biċċa l-kbira, inkluża l-Italja, għamlu dan għal rapporti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-eċċezzjonijiet kienu l-awtoritajiet kompetenti fi Franza, fil-Greċja, fil-Latvja u fin-Norveġja. Il-Litwanja rrapportat li vverifikat l-emissjonijiet kontra sorsi oħra.
L-awtoritajiet kompetenti fi 12-il pajjiż għamlu stimi konservattivi għal 62 installazzjoni (madwar 0,55 % tal-installazzjonijiet kollha, l-istess livell bħal fl-2023). Għal xi installazzjonijiet, l-emissjonijiet ġew stmati għal diversi snin, saru total ta’ 87 stima, li minnhom 33 kienu jikkonċernaw l-2024, il-bqija kienu stimi konservattivi tas-snin preċedenti. Saret stima konservattiva tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 70 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapport (MRR, Monitoring and Reporting Regulation) meta r-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet ma ġewx sottomessi fil-ħin, meta nħarġet dikjarazzjoni ta’ opinjoni ta’ verifika negattiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità minħabba li dan ma pprovdiex biżżejjed ċarezza biex jiġi ddikjarat b’aċċertament raġonevoli li r-rapport huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Stima bħal din issir ukoll jekk ir-rapport dwar l-emissjonijiet jinstab li ma jkunx konformi mar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar.
Ġew irrapportati stimi konservattivi għall-avjazzjoni minn tliet pajjiżi (tlieta wkoll fl-2023) li jikkonċernaw 17-il operatur tal-inġenji tal-ajru (22 fl-2023).
Il-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti jibqgħu importanti biex jissupplimentaw il-ħidma tal-verifikaturi. Minbarra l-kontrolli tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, 18-il pajjiż irrapportaw li kienu wettqu spezzjonijiet fuq il-post fl-installazzjonijiet (19 fl-2023). Ħames pajjiżi 107 rrapportaw spezzjonijiet fuq il-post għall-avjazzjoni (tlieta fl-2023).
Fl-2024, 31 installazzjoni f’disa’ pajjiżi ġew immultati talli ma ċedewx biżżejjed kwoti tal-emissjonijiet biex ikopru l-emissjonijiet irrapportati tagħhom (emissjonijiet eċċessivi). Għall-avjazzjoni, ġew irrapportati penali għal emissjonijiet eċċessivi minn sitt pajjiżi għal 11-il operatur tal-inġenji tal-ajru. Fir-rigward tal-obbligi tal-emissjonijiet għall-installazzjoni, ġew irrapportati total ta’ 47 ksur madwar 12-il pajjiż 108 , li wasslu għal 36 penali b’total ikkombinat ta’ EUR 476,5 miljun, għal twissijiet formali jew għal avviżi formali. Għal installazzjonijiet li applikaw għall-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas, kien hemm erba’ każijiet ta’ ksur irrapportati fi tliet pajjiżi 109 , li tnejn minnhom irriżultaw f’multi, li ammontaw għal EUR 0,07 miljun.
Għall-avjazzjoni ġew irrapportati 19-il każ ta’ ksur f’sitt pajjiżi 110 , li minnhom 13 wasslu għal multi monetarji, li ammontaw għal EUR 4,1 miljun. Ir-raġunijiet ewlenin kienu n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-iskadenzi għar-rapportar tal-emissjonijiet u n-nuqqas li jiġu ċeduti l-kwoti meħtieġa.
Qafas ta’ implimentazzjoni għat-trasport marittimu
Il-qafas tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar, ta’ verifika u ta’ akkreditament applikabbli għat-trasport marittimu huwa mmudellat fuq dak stabbilit għal setturi oħra skont l-EU ETS, bl-adattamenti neċessarji. Ir-Regolament dwar l-MRV Marittimi ġie rivedut fl-2023 biex jippermetti l-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-MRV għas-CH4 u għall-N2O (mill-2026) u biex jiġu stabbiliti regoli biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet minn bastimenti taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS u jiġu aggregati fil-livell tal-kumpaniji tat-tbaħħir. L-atti delegati rilevanti għall-implimentazzjoni tas-sistema ġew adottati fl-2023, u wara dan il-Kummissjoni żviluppat sett ta’ dokumenti ta’ gwida biex tgħin lill-partijiet ikkonċernati jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom 111 .
Monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet
Il-kumpaniji tat-tbaħħir ilhom mill-2018 meħtieġa jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament dwar l-MRV Marittimi, li skontu l-kumpaniji jridu jipprovdu pjanijiet ta’ monitoraġġ, rapporti dwar l-emissjonijiet, u rapporti ta’ verifika, għal kull wieħed mill-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Mill-2024, jridu ukoll jipprovdu data abbażi ta’ kull kumpanija, b’data addizzjonali rrapportata għall-EU ETS, li tipprovdi rapport aggregat tal-bastimenti kollha tagħhom.
Għal dan l-għan, huwa meħtieġ proċess wieħed biss ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, għalkemm id-data li għandha tiġi rrapportata fl-EU ETS tista’ tiddevja, sa ċertu punt, minn dawk li għandhom jiġu rrapportati skont ir-Regolament dwar l-MRV Marittimi, eż. rigward il-kamp ta’ applikazzjoni (gassijiet serra, kopertura tal-vjaġġi), u d-derogi applikabbli differenti kif stabbilit mid-Direttiva EU ETS. Barra minn hekk, il-kumpaniji attivi taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS jeħtiġilhom jissodisfaw rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva EU ETS (eż. ikollhom il-pjan ta’ monitoraġġ tagħhom approvat mill-awtorità amministrattiva rilevanti, jiftħu Kont ta’ Depożitu ta’ Operatur Marittimu fir-Reġistru tal-Unjoni, eċċ.) meta mqabbla ma’ dawk il-kumpaniji attivi biss taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MRV Marittimi.
Fl-2024, 3 313-il kumpanija tat-tbaħħir issottomettew rapport dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, li jkopri 13 627 bastiment. Dawn il-kumpaniji rrapportaw 138,3 Mt ta’ CO2 taħt il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-MRV 112 , li jirriżultaw mill-użu ta’ 44,7 miljun tunnellata ta’ fjuwil, li minnhom il-fjuwils fossili marini 113 ammontaw għal 99,4 % tal-konsum irrapportat 114 u 0,6 % kienu jibbenefikaw minn klassifikazzjoni żero.
L-emissjonijiet ivverifikati rrapportati fil-livell tal-kumpaniji taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MRV tnaqqsu, kif irreġistrat fit-THETIS-MRV, biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS wara l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti: klassifikazzjoni żero għall-fjuwils eliġibbli (0,7 Mt), ambitu ġeografiku tal-ETS limitat għal 50 % tal-vjaġġi barra miż-ŻEE (48,6 Mt), ħżin tal-qbid tal-karbonju u użu tal-qbid tal-karbonju (56 tunnellata), u derogi għal gżejjer żgħar, għal kuntratti ta’ servizz pubbliku u obbligi ta’ servizz pubbliku, u għar-reġjuni ultraperiferiċi (3,9 Mt) 115 .
Verifika u akkreditament
Fir-rigward ta’ setturi oħra tal-ETS, il-verifikatur attiv fil-qasam marittimu tal-ETS irid jiġi akkreditat minn korp nazzjonali ta’ akkreditament f’konformità mar-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika u mal-ISO 14065 (standard ISO internazzjonali). Il-verifikatur iwettaq id-diversi attivitajiet meħtieġa mir-Regolament dwar l-MRV biex jivverifika l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u d-data fir-rapporti tal-kumpanija tat-tbaħħir, kemm fil-livell tal-bastimenti kif ukoll fil-livell tal-kumpaniji.
Fl-2024, 22 verifikatur akkreditati kienu attivi għall-MRV marittimi. Il-konformità tal-verifikaturi mar-regoli dwar l-akkreditament u r-rapportar għas-settur marittimu tinstab li hija għolja. Għall-2024, ma ġiet irrapportata l-ebda sospensjoni jew irtirar tal-akkreditament ta’ verifikatur.
Awtoritajiet amministrattivi
Għal operazzjoni bla xkiel u effettiva tal-EU ETS, kull kumpanija tat-tbaħħir tiġi assenjata lil awtorità amministrattiva waħda fi Stat Membru wieħed. Dan huwa l-Istat Membru li lilu l-kumpanija tat-tbaħħir tissottometti l-pjan ta’ monitoraġġ għall-approvazzjoni, ir-rapport annwali verifikat dwar l-emissjonijiet (ER, Emissions Report) u r-rapport dwar l-emissjonijiet tal-kumpanija (CER, Company Emission Report), u li jamministra l-kumpanija tat-tbaħħir fir-rigward tal-kont tar-Reġistru tagħha. Kull kumpanija tat-tbaħħir tiġi assenjata lill-Istat Membru amministrattiv tagħha billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fid-Direttiva EU ETS 116 .
Konformità mal-EU ETS għat-trasport marittimu
L-2025 kienet l-ewwel sena meta l-kwoti għall-emissjonijiet mit-trasport marittimu ġew ċeduti fl-EU ETS, abbażi ta’ dak li ġie rrapportat għall-attivitajiet tal-2024. Il-kumpaniji tat-tbaħħir ċedew kwoti għal aktar minn 99 % tar-rekwiżiti ta’ ċediment 117 sal-iskadenza legali.
Implimentazzjoni tal-ETS2
Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar u r-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika jinkludu wkoll ir-rekwiżiti tal-MRVA għall-implimentazzjoni tal-ETS2. Biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida, il-Kummissjoni ħejjiet dokumenti ta’ gwida u mudelli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għall-entitajiet regolati u għall-verifikaturi 118 .
-gwida ġenerali dwar ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar għall-entitajiet regolati tal-ETS2;
-mudell tal-pjan ta’ monitoraġġ għall-entitajiet regolati;
-mudell annwali tar-rapport dwar l-emissjonijiet għall-entitajiet regolati;
-gwida dwar l-akkreditazzjoni u l-verifika għall-ETS2
-mudell tar-rapport ta’ verifika tal-ETS2
12. L-EU ETS fil-kuntest tal-governanza tal-UE dwar il-klima u l-enerġija
L-EU ETS topera fil-kuntest usa’ tal-governanza tal-klima u tal-enerġija tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (id-Direttiva 2023/1791) 119 , li ġiet riformulata bħala parti mill-pakkett ta’ riformi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. L-għan tad-Direttiva huwa li jinkiseb iffrankar tal-enerġija billi jiġu stabbiliti miri u obbligi għall-Istati Membri u għall-kumpaniji. Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS huwa kunsiderazzjoni fl-għażla tal-miżuri u tal-azzjonijiet ta’ politika għal dak l-għan. L-Artikolu 35(1) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jirrikjedi li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju (dan ir-rapport) iqis l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Id-Direttiva riveduta dwar l-Effiċjenza Enerġetika tintroduċi regoli ġodda biex jitnaqqas il-konsum finali tal-enerġija fil-livell tal-UE bi 11,7 % sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-xenarju ta’ referenza tal-UE għall-2020. L-Istati Membri kollha huma meħtieġa jikkontribwixxu biex tintlaħaq din il-mira. Għal dan l-għan, huma jistabbilixxu kontributi u trajettorji nazzjonali indikattivi fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs) skont ir-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri kellhom jissottomettu l-NECPs aġġornati finali tagħhom sat-30 ta’ Ġunju 2024.
F’Mejju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il-valutazzjoni tagħha tal-NECPs madwar l-UE, wara l-aġġornamenti tagħhom biex jitqiesu l-miri għall-2030 120 . Il-valutazzjoni kienet akkumpanjata minn dokument ta’ ħidma tal-persunal li jipprovdi valutazzjoni individwali tal-ewwel 23 pjan sottomessi 121 . Sussegwentement, il-Kummissjoni ppubblikat il-valutazzjoni tagħha tal-NECPs finali mill-Estonja u mis-Slovakkja f’Ottubru 2025 122 . Il-Belġju ppreżenta l-NECP finali tiegħu f’Ottubru 2025. Il-Polonja hija l-uniku Stat Membru li għad irid jissottometti l-NECP aġġornat finali tiegħu. Is-sejbiet tal-analiżi tal-NECPs aġġornati huma diskussi wkoll fir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika tal-2025 123 .
Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju tal-EU ETS jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni tal-investimenti u tal-miżuri relatati mal-effiċjenza enerġetika fis-setturi koperti. L-Istati Membri jużaw ukoll id-dħul mill-irkanti mill-EU ETS biex jiffinanzjaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. (ara l-Kapitolu 8). Mid-dħul tal-ETS tal-2024, 15-il Stat Membru rrapportaw li nefqu EUR 3,3 biljun biex jiffinanzjaw 63 proġett relatati mal-effiċjenza enerġetika. Dawk kienu jinkludu investimenti fil-modernizzazzjoni termali ta’ bini pubbliku u privat, pariri dwar l-effiċjenza enerġetika, tidwil pubbliku effiċjenti, sistemi effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ, inkluż it-tisħin distrettwali, kif ukoll riċerka u żvilupp, kollha bl-objettiv li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.
13. Konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera
Mill-2020, l-EU ETS u l-ETS Żvizzera ġew konnessi bi ftehim internazzjonali bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera. Dan ifisser li l-kwoti maħruġa f’sistema waħda jistgħu jiġu ċeduti għall-emissjonijiet iġġenerati f’waħda miż-żewġ sistemi. Bl-aċċess għal suq akbar, l-operaturi jistgħu jagħmlu gwadann fil-kosteffiċjenza u għandhom aktar għażliet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-Ftehim ta’ Konnessjoni 124 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li bihom huma marbutin iż-żewġ sistemi. Jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ konnessjoni tal-Artikolu 25 tad-Direttiva EU ETS jiġu rrispettati.
L-inklużjoni tal-avjazzjoni fil-Ftehim ta’ Konnessjoni kienet rekwiżit kruċjali għall-UE. Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, l-Iżvizzera tapplika l-istess approċċ għar-regoli dwar il-kopertura ġeografika, il-limitu massimu u l-allokazzjoni bħall-EU ETS. F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Konnessjoni, dan ikompli skont id-Direttiva ETS riveduta.
It-titjiriet domestiċi Żvizzeri u t-titjiriet li jitilqu lejn ajruporti taż-ŻEE huma koperti mill-ETS Żvizzera, filwaqt li t-titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera jaqgħu taħt l-EU ETS. Dan l-arranġament iżomm l-integrità ambjentali taż-żewġ sistemi. Kemm l-EU ETS kif ukoll l-ETS Żvizzera jkopru t-titjiriet rispettivi li jitilqu lejn ir-Renju Unit u t-titjiriet lejn/mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.
It-Tabelli 16 u 17 fit-Taqsima 5 fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal juru ċ-ċifri ewlenin għaż-żewġ sistemi fl-2024 – il-kwoti rkantati, l-allokazzjoni bla ħlas u l-emissjonijiet verifikati għall-installazzjonijiet u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Meta jitqabblu, dawn juru li l-kompatibbiltà taż-żewġ sistemi ma hijiex kwistjoni ta’ daqs iżda ta’ rekwiżiti kwalitattivi, ta’ kundizzjonijiet ekwi u ta’ miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-suq.
F’konformità mal-Ftehim ta’ Konnessjoni, inħolqot konnessjoni diretta bejn ir-reġistri taż-żewġ sistemi biex tippermetti trasferimenti ta’ kwoti bejn iż-żewġ sistemi. Mill-2024, in-numru ta’ trasferimenti bejn iż-żewġ sistemi, jiġifieri l-eżekuzzjoni ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet, żdied b’mod konsiderevoli, minn 156 fl-2023 għal kważi 800 fl-2024, li jippermetti lill-parteċipanti fis-suq kemm mill-Iżvizzera kif ukoll mill-UE jaġixxu daqslikieku kienu f’suq wieħed u b’hekk, itejbu l-likwidità fis-suq konness. It-trasferimenti bejn is-sistemi (ir-reġistri) isiru kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħlief għal dati speċifiċi marbuta mal-festi pubbliċi.
It-Tabella 8 u t-Tabella 9 jippreżentaw l-effett tal-konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera fl-2024. Dawn juru sa liema punt il-kumpaniji fiż-żewġ sistemi użaw kwoti maħruġa fis-sistema l-oħra għall-konformità.
B’kollox, l-entitajiet regolati fl-EU ETS (kemm l-installazzjonijiet kif ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru) użaw 1 578 101 kwota maħruġin fil-qafas tal-ETS Żvizzera għall-konformità fl-2024. Dan huwa kważi 440 000 kwota aktar mill-2023 u kważi 605 000 kwota aktar mill-2022, li jindika użu akbar tal-flessibbiltà pprovduta mill-konnessjoni bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera kif ukoll sensibilizzazzjoni u aċċettazzjoni dejjem akbar tal-konnessjoni.
L-installazzjonijiet fl-EU ETS użaw b’mod sinifikanti aktar kwoti tal-avjazzjoni maħruġa taħt l-ETS Żvizzera milli fis-sena preċedenti (madwar 355 000 fl-2024 meta mqabbla ma’ 100 000 fl-2023). Dawn żiedu wkoll l-użu tal-kwoti ġenerali tal-ETS Żvizzera (madwar 700 000 fl-2024 meta mqabbla ma’ 425 000 fl-2023).
In-numru ta’ kwoti ġenerali tal-ETS Żvizzera użati għall-konformità mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-UE fl-2024 baqa’ stabbli għal madwar 49 000 (meta mqabbel ma’ 50 000 fl-2023). In-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni tal-ETS Żvizzera użati għall-konformità mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-EU ETS naqas minn madwar 560 000 fl-2023 għal madwar 470 000 fl-2024.
F’termini relattivi, il-kwoti maħruġa taħt l-ETS Żvizzera ammontaw għal madwar 0,14 % tal-kwoti totali ċeduti fl-EU ETS fl-2024. Madankollu, dawn ammontaw għal sehem akbar ta’ 31,5 % tal-kwoti kollha tal-ETS Żvizzera dik is-sena.
Fl-ETS Żvizzera, l-operaturi tal-avjazzjoni żiedu b’mod sinifikanti l-użu tagħhom tal-kwoti tal-EU ETS fl-2024 (79,6 %) meta mqabbla mal-2023 (51,08 %). Min-naħa l-oħra, l-installazzjonijiet użaw sehem iżgħar mill-kwoti ġenerali tal-EU ETS għall-konformità fl-2024 (5,19 %) meta mqabblin mal-2023 (11,6 %). F’dawk is-sentejn, l-installazzjonijiet fl-ETS Żvizzera ma użawx il-kwoti tal-avjazzjoni tal-EU ETS għall-konformità. F’termini relattivi, il-kwoti tal-EU ETS kienu jikkostitwixxu 31,37 % tal-kwoti kollha ċeduti fl-ETS Żvizzera.
It-Tabella 10 taggrega l-volum ta’ kwoti (kemm ġenerali kif ukoll tal-avjazzjoni) ittrasferiti f’isem il-parteċipanti fis-suq bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera mill-2020. Il-bilanċ storiku juri fluss ta’ ħruġ nett ta’ 1 284 657 kwota mill-EU ETS għall-ETS Żvizzera. Madankollu, ta’ min jinnota li ċ-ċifri jistgħu jinkludu trasferimenti mill-ġdid tal-istess kwoti.
Tabella 8. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru tal-Unjoni fl-2024. Data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fl-1 ta’ Ottubru 2025.
|
Installazzjonijiet |
Allokazzjoni bla ħlas
|
Emissjonijiet verifikati |
Unitajiet ċeduti |
Kwoti tal-EU ETS |
Kwoti tal-ETS Żvizzera |
||
|
Ġenerali |
Avjazzjoni |
Ġenerali |
Avjazzjoni |
||||
|
1 089 612 748 |
1 033 244 671 |
1 029 808 309 |
1 025 571 370 |
3 428 201 |
701 150 |
357 341 |
|
|
% tat-total |
99,59 |
0,31 |
0,07 |
0,03 |
|||
|
Operaturi tal-inġenji tal-ajru |
Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-ETS Żvizzera)
|
Emissjonijiet verifikati (inkluż taħt
|
Unitajiet ċeduti |
Kwoti tal-EU ETS |
Kwoti tal-ETS Żvizzera |
||
|
Ġenerali |
Avjazzjoni |
Ġenerali |
Avjazzjoni |
||||
|
24 270 111 |
62 247 419 |
61 645 450 |
43 299 227 |
17 826 613 |
49 077 |
470 533 |
|
|
% tat-total |
70,24 |
28,92 |
0,08 |
0,76 |
|||
Tabella 9. Unitajiet użati għall-konformità fir-Reġistru Żvizzeru fl-2024. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirreferu għal dawk amministrati mill-Iżvizzera.
|
Installazzjonijiet |
Allokazzjoni bla ħlas
|
Emissjonijiet verifikati |
Unitajiet ċeduti |
Kwoti tal-EU ETS |
Kwoti tal-ETS Żvizzera |
||
|
Ġenerali |
Avjazzjoni |
Ġenerali |
Avjazzjoni |
||||
|
3 891 680 |
3 694 355 |
3 677 899 |
191 006 |
0 |
3 433 205 |
53 688 |
|
|
% tat-total |
5,19 |
- |
93,35 |
1,46 |
|||
|
Operaturi tal-inġenji tal-ajru |
Allokazzjoni bla ħlas (inkluża l-EU ETS) u rkantar |
Emissjonijiet verifikati (inkluż taħt
|
Unitajiet ċeduti |
Kwoti tal-EU ETS |
Kwoti tal-ETS Żvizzera |
||
|
Ġenerali |
Avjazzjoni |
Ġenerali |
Avjazzjoni |
||||
|
1 118 087 |
1 990 349 |
1 990 349 |
1 301 096 |
283 515 |
3 372 |
402 366 |
|
|
% tat-total |
65,3 |
14,24 |
0,17 |
20,22 |
|||
Tabella 10. Trasferimenti ta’ kwoti bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera (2020 -2024).
|
Sena |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Total |
|
Trasferiment mill-EU ETS għall-ETS Żvizzera |
475 679 |
1 051 360 |
1 714 499 |
2 603 612 |
1 591 527 |
7 436 677 |
|
Trasferiment mill-ETS Żvizzera għall-EU ETS |
0 |
1 523 770 |
1 215 662 |
1 837 292 |
1 575 296 |
6 152 020 |
|
Bilanċ |
1 284 657 |
|||||
14. Sommarju
Ir-rapport jipprovdi sommarju komprensiv tal-funzjonament tal-EU ETS fl-2024 u fl-ewwel nofs tal-2025. Dan juri li s-sistema kompliet tiffunzjona tajjeb, u hija sostnuta minn qafas komprensiv u implimentat b’mod effettiv. Dan jispjega wkoll kwalunkwe bidla f’dan il-qafas li daħlet jew li dalwaqt se tidħol fis-seħħ, prinċipalment l-aġġustament tal-limitu massimu għall-2026.
L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet komplew jonqsu, xprunati minn żieda fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli u nukleari fit-taħlita tal-elettriku u minn dipendenza mnaqqsa fuq il-fjuwils fossili. Bis-saħħa ta’ dan l-iżvilupp, l-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet huma madwar 50 % taħt il-livelli tal-2005 u fit-triq it-tajba biex tintlaħaq il-mira tal-ETS għall-2030.
Tnaqqis aktar estensiv tal-emissjonijiet fl-EU ETS fl-2024 ġie ffaċilitat minn
sinjal stabbli u robust tal-prezz tal-karbonju. Fil-valutazzjoni tal-ESMA, is-suq tal-karbonju tal-UE baqa’ stabbli fl-2024 u kompla jopera f’konformità mal-prinċipji fundamentali tas-suq.
Id-dħul mill-ETS baqa’ wkoll sors sinifikanti ta’ finanzjament għall-azzjoni klimatika u għat-tranżizzjoni tal-enerġija, bi EUR 38,8 biljun miġbura fl-2024, imqassma primarjament lill-baġits nazzjonali, flimkien mal-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS u mal-Fond għall-Modernizzazzjoni tal-ETS, kif ukoll mal-RRF għall-pjan REPowerEU. Id-dħul totali miġbur mill-EU ETS sal-lum jaqbeż il-EUR 230 biljun.
B’kollox, ir-rapport jiddokumenta li l-EU ETS tiffunzjona bħala waħda mill-inċentivi ta’ politika ewlenin għall-investiment fi tranżizzjoni industrijali lejn enerġija nadifa, fl-innovazzjoni u fil-modernizzazzjoni.
L-emissjonijiet tal-ETS mill-installazzjonijiet fis-setturi tal-enerġija u tal-industrija fl-2024, mingħajr ir-Renju Unit, bis-settur tal-enerġija fl-Irlanda ta’ Fuq biss, meta mqabblin ma’ valur aġġustat tal-emissjonijiet tal-ETS tal-2005 li josservaw l-istess ambitu. Abbażi tal- ETS data viewer tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, estratt fil-31 ta’ Awwisu 2025.
Ara s-sit web tal-Kummissjoni il- Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u REPowerEU - Enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli għall-Ewropa għal aktar informazzjoni.
Id-Direttiva 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.
Dawn il-pajjiżi kienu l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja u l-Iżvezja.
Ir-Regolament (UE) 2018/842 tat-30 ta’ Mejju 2018, ĠU L 156, 19.6.2018.
New study provides toolbox for early decarbonisation in ETS2 sectors , DĠ Azzjoni Klimatika, 9.9.2025.
Guidance on the implementation of the Social Climate Fund , DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, 9.10.2025.
Fl-2024 u l-2025, il-fattur ta’ tnaqqis lineari għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu ammonta għal 87 924 231 kwota u għal 1 330 226 kwota tal-avjazzjoni.
Għal aktar dettalji, ara d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023, ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30.
Għal aktar dettalji, ara d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1797 tas-27 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2023/2440, ĠU L, 2024/1797, 28.6.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1797/oj
Data dwar l-emissjonijiet irrapportata skont ir-Regolament (UE) 2015/757 għall-perjodu ta’ rapportar tal-2024 fl-1 ta’ Ottubru 2025.
Fl-2026, il-fattur ta’ tnaqqis lineari għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-produzzjoni industrijali u għat-trasport marittimu ammonta għal 87 913 405 kwoti u għal 1 330 226 kwota tal-avjazzjoni.
Fil-prattika, is-sehem eżatt ivarja billi l-volum tal-kwoti rkantati tnaqqas biex jikkontribwixxi għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, filwaqt li l-volum tal-kwoti allokati għall-allokazzjoni bla ħlas ma nbidilx.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2830 tas-17 ta’ Ottubru, ĠU L, 2023/2830, 20.12.2023. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2830/oj
Ir-Regolament (UE) 2023/435 tas-27 ta’ Frar 2023, ĠU L 63, 28.2.2023.
EEX, EU ETS auctions .
Auction reports , DĠ Azzjoni Klimatika.
Id-disa’ Stati Membri huma: il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja. Id-dispożizzjoni ta’ flessibbiltà tikkonċerna lill-Istati Membri b’miri skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi ferm ogħla kemm mill-medja tal-UE kif ukoll mill-potenzjal tagħhom ta’ tnaqqis kosteffettiv, kif ukoll lill-Istati Membri li ma allokaw l-ebda kwota tal-EU ETS bla ħlas għall-installazzjonijiet industrijali fl-2013.
In-Netherlands u l-Iżvezja ma użawx il-flessibbiltà.
Notification by Germany of voluntary cancellation for plants closed in 2022 , DĠ Azzjoni Klimatika, 2.5.2024
Notification by Germany of voluntary cancellation of allowances in the EU ETS for plants closed in 2023 , DĠ Azzjoni Klimatika, 5.5.2024
Jekk it-TNAC tal-2024 kien ogħla minn 1 096 miljun, kienu jiġu kkanċellati 514 000 kwota. Jekk it-TNAC tal-2024 kien ta’ bejn 833 miljun u 1 096 miljun, l-ebda kwota ma kienet tiġi kkanċellata.
Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tista’ sseħħ jekk l-attivitajiet irregolati mill-ETS jiġu ttrasferiti lejn pajjiżi terzi b’politiki dwar it-tibdil fil-klima inqas ambizzjużi, li jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet kumplessivi tal-gassijiet serra.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021, ĠU L 87, 15.3.2021.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019, ĠU L 282, 4.11.2019.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Ftehim Ewropew dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Ftehim Ewropew dwar il-Kummerċ Ħieles adottat ukoll Deċiżjonijiet għall-Iżlanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja.
Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-10 ta’ Mejju 2023, ĠU L 130, 16.5.2023.
Commission welcomes political agreement to simplify and strengthen the carbon border adjustment mechanism , DĠ Azzjoni Klimatika, 18.6.2025.
Meta l-kostijiet tal-karbonju għall-materjali bażiċi tas-CBAM jistgħu jħeġġu lill-manifatturi ta’ oġġetti downstream biex imexxu l-produzzjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS.
Ir-Regolament CBAM jiddefinixxi ċ-ċirkomvenzjoni bħala prattiki li għalihom ma hemmx raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti, għajr biex jiġu evitati b’mod effettiv, kompletament jew parzjalment, l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mis-CBAM.
Ara COM (2025) 378 final , It-Twettiq tal-Patt għal Industrija Nadifa”, 2.7.2025, p.4.
Market Stability Reserve under the EU Emissions Trading System to reduce auction volume by 276 million allowances between September 2025 and August 2026 , DĠ CLIMA, Artiklu tal-aħbarijiet, 28.5.2025. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2024 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet ( ĠU C, C/2025/3180 , 4.6.2024).
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-15 ta’ Mejju 2014, ĠU L 173 , 12.6.2014. Ara l- verżjoni kkonsolidata .
Ara l-lista tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli skont ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq fuq is- sit web tal-ESMA .
Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq ( ĠU L 173 , 12.6.2014). Ara l- verżjoni kkonsolidata .
ESMA Market Report on EU Carbon Markets - 2024 ( ESMA50-43599798-10379 , 7.10.2024)
ESMA Market Report on EU Carbon Markets - 202 5 ( ESMA50-481369926-30552 , 22.10.2025)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE, ĠU L 177, 2.7.2019. Ara l- verżjoni kkonsolidata .
Id-Direttiva (UE) 2024/790 tat-28 ta’ Frar 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE, ĠU L, 2024/790, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/790/oj . Ara l- verżjoni kkonsolidata .
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2024/791 tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014, ĠU L, 2024/791, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/791/oj . Ara l- verżjoni kkonsolidata .
L-obbligu li jiġu ppubblikati żewġ rapporti jikkonċerna biss iċ-ċentri tan-negozjar li joffru kemm futuri kif ukoll opzjonijiet. Iċ-ċentri tan-negozjar li joffru biss futuri se jkomplu jippubblikaw rapport wieħed biss.
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012, ĠU L 201, 27.7.2012. Ara l- verżjoni kkonsolidata .
Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall Ewropej kollha , ippubblikat fis-26 ta’ Frar 2025.
L-emissjonijiet verifikati tal-ETS fl-2024, ir-Reġistru tal-Unjoni, data estratta fl-1 ta’ Ottubru 2025.
2 % ta’ dan it-tnaqqis huwa ġġustifikat ukoll minn inkonsistenzi fid-data li jaffettwaw il-qasma bejn l-enerġija u l-emissjonijiet industrijali, mhux mix-xejriet tas-suq.
Net electricity generation by type of fuel - monthly data , Eurostat.
Industrial production down by 1.1% in the euro area and by 0.8% in the EU , Eurostat, 13.2.2025.
Din l-analiżi tiddependi fuq id-data dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS irrapportata mill-pajjiżi kull sena skont l-Artikolu 21
tad-Direttiva ETS (skadenza tat-30 ta’ Ġunju).
L-emissjonijiet ugwali għal żero mill-bijomassa sostenibbli jammontaw għal 22 % apparti l-emissjonijiet tal-installazzjoni tal-ETS fl-2024.
Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-11 ta’ Diċembru 2018, ĠU L 328, 21.12.2018.
Use of ETS auctioning revenues - Reporting year 2025 – GovReg , Reportnet3, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Sal-4 ta’ Ġunju 2023, l-Istati Membri tħeġġu jużaw mill-inqas 50 % tad-dħul miġbur biex jappoġġaw l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni u fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Għad-dħul miġbur mill-5 ta’ Ġunju 2023 ’il quddiem, japplika l-obbligu li jintuża 100 % (jew valur finanzjarju ekwivalenti) biex jiġu appoġġati d-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija fis-setturi tal-ETS.
Xi pajjiżi li jikkofinanzjaw azzjonijiet bid-dħul tagħhom mill-ETS jirrapportaw il-valur sħiħ tal-azzjoni kofinanzjata; għalhekk,
is-somma tal-azzjonijiet tagħhom hija ogħla mid-dħul tagħhom. Il-valuri f’dan il-kapitolu ġew aġġustati għal dan, eż., jekk is-somma tal-azzjonijiet kienet id-doppju tad-dħul iġġenerat, ġie preżunt li nofs kull azzjoni u l-kumpens għall-kost indirett tal-karbonju tħallsu mid-dħul mill-irkanti.
Ir-rapport ta’ progress li jmiss tal-2025 dwar l-azzjoni klimatika u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament
Il-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (2020/C 317/04). Qiegħed jitħejja aġġornament tekniku ta’ dawn il-linji gwida.
Skont il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kumpens tal-Istati Membri jrid ikun ibbażat fuq il-medja ta’ prezzijiet forward ta’ sena kif osservati fi skambju partikolari tal-karbonju tal-UE. Il-prezz użat jista’ jvarja ftit bejn kull Stat Membru skont l-iskambju tal-karbonju tal-UE użat.
L-ESR jippermetti lil-Lussemburgu jħassar medja ta’ 0,4 miljun kwota tal-UE (EUA, EU Allowance) fis-sena bejn l-2021 u l-2030, ekwivalenti għal EUR 33,5m jekk irkantati bil-prezz tas-suq ikkunsidrat f’dan il-kapitolu.
Beihilfen für indirekte CO2-Kosten des Emissionshandels (Strompreiskompensation) in Deutschland für das Jahr 2023 ( link ).
Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika, Innovation Fund progress report 2023 – Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the implementation of the Innovation Fund in 2023, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2025 ( link ).
Il-Premessa 20 tad-Direttiva 2009/29/KE, affermata mill-ġdid fil-premessa 14 tad-Direttiva (UE) 2018/410.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/795 tat-29 ta’ Frar 2024, ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj .
L-ewwel Stati Membri benefiċjarji kienu l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.
Il-Greċja, il-Portugall u s-Slovenja żdiedu mal-10 Stati Membri oriġinali fir-reviżjoni tal-2023 tad-Direttiva ETS.
L-Anness IIb tad-Direttiva ETS – koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni
C(2024) 4190 final - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12.06.2024 dwar l-iżborż tad-dħul mill-Fond għall-Modernizzazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE - L-ewwel ċiklu ta’ żborż biannwali tal-2024
Il-ħames deċiżjoni ta’ żborż taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni awtorizzat pagamenti lir-Rumanija (EUR 1,1 biljun), liċ-Ċekja (EUR 835 miljun), lill-Polonja (EUR 698 miljun), lill-Ungerija (EUR 77 miljun), lill-Bulgarija (EUR 65 miljun), lil-Litwanja (EUR 59 miljun), lill-Kroazja (EUR 52 miljun), lis-Slovakkja (EUR 35 miljun), lil-Latvja (EUR 27 miljun) u lill-Estonja (EUR 24 miljun).
25 miljun kwota twarrbu għal użu possibbli skont l-Artikolu 10a(9) tad-Direttiva tal-ETS (Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2021 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd ta’ kwoti mhux allokati matul il-perjodu 2013-2020 2022/C 195/02, C/2022/2780 ( ĠU C 195 , 13.5.2022).
Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE, ĠU L 113, 25.4.2013.
Il-Premessa 30 tad- Direttiva 958/2024/UE li tirrevedi d-Direttiva ETS
Hija pprovduta deroga temporanja mill-EU ETS sal-2030 għall-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudrol
li jinsab f’reġjun ultraperiferiku fi Stat Membru u ajrudrom fl-
istess
Stat Membru.
Additional free allocation for flights to outermost regions , Emissions trading system for aircraft operators, Federal Office for Environment, 31.8.2024
Il-pajjiżi kellhom l-akbar sehem ta’ attività tal-avjazzjoni internazzjonali fl-2018 imkejjel f’“tunnellata-kilometri ta’ dħul”, li jfisser kemm tagħbija jew passiġġieri bi ħlas tkun ġarret il-linja tal-ajru, u fuq liema distanza. Dawn l-34 Stat huma elenkati f’ International-RTK-rankings_2018_SIDS_LDC_LLDC.pdf .
L-approċċ ibbażat fuq ir-rotot tal-CORSIA jfisser li kull fejn tkun ibbażata l-linja tal-ajru, din dejjem għandha tkun soġġetta għal rekwiżit ta’ kumpens fuq rotot bejn żewġ stati parteċipanti. Il-“pajjiż ta’ oriġini” tal-linja tal-ajru huwa l-uniku wieħed responsabbli għall-konformità tal-CORSIA tal-linja tal-ajru. Pereżempju: Il-linja tal-ajru A minn pajjiż A li huwa eżentat mill-CORSIA xorta għandha tipparteċipa fil-kumpens meta ttir rotot koperti bejn il-pajjiżi parteċipanti B u Ċ. Il-pajjiż A huwa maħsub li jkun responsabbli biex jiżgura l-konformità tal-linja tal-ajru A fuq dawn it-titjiriet, biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi.
Is-Segretarjat tal-ICAO jippubblika dan id-dokument fuq bażi annwali, għall-2024 ġie ppubblikat f’Ottubru, bit-titolu “Total Annual CO2 Emissions and Information for Aeroplane Operators”, aċċessibbli fil-Parti III ta’ dan is-sit web: https://www.icao.int/environmental-protection/CORSIA/Pages/CCR.aspx
Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE, ĠU L 130, 16.5.2023.
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/136 tat-18 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE, ĠU L 19, 20.1.2023.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1500 tat-23 ta’ Lulju 2025, ĠU L, 2025/1500, 24.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1500/oj .
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1879 tad-9 ta’ Lulju 2024, ĠU L, 2024/1879, 10.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1879/oj .
Publication of 2023 emissions data from aerodrome pairs - Il-Kummissjoni Ewropea , DĠ Azzjoni Klimatika, 19.6.2025
Meta wieħed iqis il-kamp ta’ applikazzjoni aġġornat tal-avjazzjoni fl-EU ETS (mingħajr titjiriet deħlin mir-Renju Unit). Id-data mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrata mill-Iżvizzera hija inkluża fl-entrati tal-2020-2023 biss.
Dawn in-numri ma jqisux l-għeluq tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha u l-kwoti bla ħlas mir-riżerva speċjali għall-entranti ġodda u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr, u lanqas ir-redditi fl-2012 minħabba t-tibdil fil-kamp ta’ applikazzjoni. Sorsi: EUTL, DĠ Azzjoni Klimatika.
Meta jitqiesu n-numri miżmumin minħabba l-għeluq ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-allokazzjoni reali għall-2019 kienet tkun ta’ 4 miljuni taħt iċ-ċifra ppreżentata (ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna fl-Avviż C/2020/8643, ĠU C 428, 11.12.2020). L-allokazzjoni
għar-Renju Unit(4,31 miljun kwota tat-total għall-2019) ġiet sospiża fl-2019 minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja adottati
mill-Kummissjoni għall-ħarsien tal-integrità ambjentali tal-EU ETS f’każijiet li fihom id-dritt tal-UE ma jibqax japplika għal Stat Membru li joħroġ mill-UE. L-allokazzjoni kompliet fl-2020.
Din is-sistema ta’ appoġġ tkopri d-differenza kollha fil-prezz jew parti minn din id-differenza li jifdal bejn il-kerosin fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli użati minn operaturi kummerċjali individwali tal-inġenji tal-ajru fuq it-titjiriet tagħhom koperti minn ipprezzar effettiv tal-karbonju permezz tal-EU ETS, filwaqt li tħeġġeġ lil dawn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru lejn għażliet ta’ fjuwil aktar nodfa.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/723 tas-6 ta’ Frar 2025, ĠU L, 2025/723, 16.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/723/oj .
Avviż tal-Kummissjoni C/2025/3186 , ĠU C, C/2025/2934, 27.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2934/oj .
Avviż tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2025, ĠU C, C/2025/5004, 16.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5004/oj .
L-impatt kumplessiv tal-avjazzjoni globali fuq il-klima huwa konsiderevolment ogħla mill-komponent tas-CO2 waħdu. L-impatt kumplessiv tal-avjazzjoni huwa stmat li huwa darbtejn sa erba’ darbiet akbar minn dak tal-emissjonijiet tas-CO2 meta jitqiesu l-effetti mhux marbuta mas-CO2. L-indirizzar ta’ dawn l-emissjonijiet huwa rilevanti peress li l-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC, Intergovernmental Panel on Climate Change) individwa l-avjazzjoni (u t-tbaħħir) internazzjonali, fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħala setturi b’għanijiet klimatiċi li ma jissodisfawx dak li jkun meħtieġ sabiex titnaqqas iż-żieda fit-temperatura globali f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.
Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( ĠU L 123 , 19.5.2015)
L-emissjonijiet verifikati għas-settur marittimu fir-Reġistru tal-Unjoni fil-15 ta’ Ottubru 2025.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018, ĠU L 334, 31.12.2018. Ir-Regolament ġie emendat fl-2020 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2084, fl-2024 bir-Regolament (UE) 2024/1321 u fl-2025 bir-Regolament (UE) 2025/1192. Ara t- test ikkonsolidat .
Dawn l-Istati Membri kienu d-Danimarka, il-Finlandja, il-Litwanja, u n-Netherlands. L-Ungerija ma għadhiex tirrapporta bl-użu ta’ rapportar simplifikat.
L-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar.
Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl tinvolvi riżorsi u għarfien prattiku sinifikanti, li ħafna operaturi iżgħar ma għandhomx.
Ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar jirrikjedi li l-operaturi kollha jilħqu ċerti gradi minimi. Installazzjonijiet li jarmu aktar minn 50 kt ta’ CO2 huma meħtieġa jissodisfaw l-ogħla grad għal flussi minn sorsi maġġuri (jiġifieri kwalità tad-data aktar affidabbli, filwaqt li rekwiżiti inqas stretti japplikaw għal sorsi iżgħar għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza.
Mhux il-pajjiżi kollha fl-EU ETS għandhom kapaċità ta’ inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali jew installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ monitoraġġ tal-EU ETS.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1192 , ĠU L, 2025/1192, 19.6.2025 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1192/oj .
Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-EU ETS , DĠ Azzjoni Klimatika, 31.8.2024.
Guidance Document, The Accreditation and Verification Regulation - ETS2 Verification Guidance , Ġunju 2025.
Dawn il-pajjiżi kienu ċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Iżlanda, l-Italja u l-Liechtenstein.
Meta l-awtoritajiet reġjonali/lokali jkunu responsabbli għall-ħidma tal-MRV, l-awtorità kompetenti ċentrali tirrieżamina wkoll id-dokumenti rilevanti (bħall-pjanijiet ta’ monitoraġġ) biex timmonitorja l-kwalità tal-proċessi tal-MRV.
Il-penali tiġi indiċizzata għall-inflazzjoni.
L-Artikolu 34a tar-Regolament dwar l-Akkreditament u l-Verifika jippermetti lill-verifikatur iwettaq żjarat virtwali fuq il-post jekk ċirkostanzi straordinarji u imprevedibbli jipprevjenu lill-verifikatur milli jmur fuq is-sit. Dan huwa permess biss soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u jekk ikunu ġew issodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Żewġ pajjiżi oħra (il-Liechtenstein u l-Irlanda ta’ Fuq) ma jamministraw l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru.
It-12-il pajjiż huma l-Kroazja (5), iċ-Ċekja (5), il-Finlandja (1), Franza (4), l-Ungerija (6), l-Italja (3), il-Latvja (1), il-Litwanja (2), in-Netherlands (1), il-Polonja (18), Spanja (1), u l-Iżvezja (1).
It-tliet pajjiżi huma l-Ungerija (1), il-Latvja (1), u l-Iżvezja (2).
Is-sitt pajjiżi huma d-Danimarka (2), il-Kroazja (2), l-Italja (6), il-Latvja (2), Spanja (6), u l-Iżvezja (1).
Fil-waqt ta’ din il-kitba, tliet dokumenti ta’ gwida ewlenin ġew iffinalizzati 2024/2025 u bħalissa huma disponibbli għall-pubbliku:il-gwida ġenerali tal-MRV/ETS għall-kumpaniji tat-tbaħħir (Dokument ta’ Gwida Nru 1), il-gwida ġenerali dwar il-proċess għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi (Dokument ta’ Gwida Nru 2), u l-gwida ġenerali dwar l-akkreditament u l-verifika (Dokument ta’ Gwida Nru 3).
Din iċ-ċifra tkopri l-emissjonijiet mill-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tat-tbaħħir attivi taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS, minbarra dawk il-bastimenti u l-attivitajiet li jaqgħu biss taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MRV (eż. minħabba t-tunnellaġġ gross, it-tip ta’ bastiment) u bl-esklużjoni tal-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż. Id-data msemmija f’din it-taqsima ġiet estratta minn THETIS-MRV kif irrapportat fir-rapporti fil-livell tal-kumpaniji sottomessi mill-kumpaniji tat-trasport marittimu fil-15 ta’ Ottubru 2025.
Fjuwils li jaqgħu taħt il-klassi tal-fjuwils “fjuwils fossili”, f’konformità mal-klassifikazzjoni skont l-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (UE) 2015/757.
Bħal fil-perjodi ta’ rapportar preċedenti taħt is-sistema marittima MRV qabel l-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, il-kumpaniji tat-tbaħħir kienu jiddependu esklużivament fuq l-approċċ ta’ kalkolu biex jiddeterminaw l-emissjonijiet.
0,5 MT oħra tnaqqsu wara l-applikazzjoni volontarja tat-tnaqqis għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ.
L-Artikolu 3gf tad-Direttiva EU ETS.
L-ammont ta’ kwoti dovuti rrapportati huwa ddeterminat fuq iċ-ċifri rrapportati mill-kumpaniji fir-Reġistru tal-Unjoni fl-1 ta’ Ottubru 2025.
ETS2: buildings, road transport and additional sectors , DĠ Azzjoni Klimatika.
Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni), ĠU L 231 , 20.9.2023.
COM(2025) 274 final - Valutazzjoni madwar l-UE tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima aġġornati finali Inwasslu l-objettivi enerġetiċi u klimatiċi għall-2030 tal-Unjoni, 27.5.2025. Ara d- dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Ara n-nota 121 f’qiegħ il-paġna.
Valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-NECPs aġġornati finali tal- Estonja u tas- Slovakkja (SWD/2025/282).
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom ( ĠU L 322 , 7.12.2017).