IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.10.2025
COM(2025) 579 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
skont l-Artikolu 278(a) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dwar il-progress fl-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi
{SWD(2025) 281 final}
Werrej
1.
Introduzzjoni
2.
Kontenut tar-Rapport
3.
Ir-responsabbiltajiet għas-sistemi elettroniċi tal-KDU
4.
Ħarsa globali lejn il-progress bis-sistemi elettroniċi tal-KDU
4.1
Proġetti li tlestew qabel l-2024
4.2
Proġetti li għadhom għaddejjin u li tlestew fl-2024
4.3
Riskji għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-IT tal-KDU
4.4
Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni
4.5
Is-sitwazzjoni attwali għall-pajjiżi tat-tkabbir
5.
Sinteżi amministrattiva u konklużjonijiet
1.Introduzzjoni
Dan huwa r-rapport ta’ progress annwali tal-2024 dwar l-implimentazzjoni diġitali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU), is-sitt wieħed abbozzat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 278(a) tal-KDU dwar il-progress fl-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi
. Dan ikopri l-istatus tal-progress miksub fl-2024, inkluża perspettiva dwar il-progress futur mistenni.
Il-KDU daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2016 u wara l-emenda tiegħu fl-2019
, jistabbilixxi l-iskadenzi tal-2020, tal-2022 u tal-2025 għat-tlestija progressiva tal-proġetti f’termini ta’ tranżizzjoni u implimentazzjoni diġitali. Is-sistemi elettroniċi u bbażati fuq il-karta eżistenti jistgħu jkomplu jintużaw għat-twettiq tal-formalitajiet doganali (l-hekk imsejħa “miżuri tranżizzjonali”) sakemm is-sistemi elettroniċi l-ġodda jew dawk aġġornati previsti fil-KDU jkunu bdew joperaw. F’dan il-kuntest, il-Programm ta’ Ħidma (WP, Working Programme) tal-KDU
(il-WP tal-KDU) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Arranġamenti Tekniċi għas-sistemi elettroniċi (IRTA, Implementing Regulation on the Technical Arrangements) għandhom jinqraw flimkien mal-KDU u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Il-WP tal-KDU huwa l-istrument legali biex imexxi l-proċess ta’ tranżizzjoni tridimensjonali gradwali u kumpless lejn ambjent doganali kompletament diġitali, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi bejn is-sistemi u s-sitwazzjoni tal-iżvilupp reali. Huwa l-istrument użat biex imexxi lill-partijiet ikkonċernati fil-proġetti (l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi) lejn implimentazzjoni komuni u fattibbli tal-proġetti sal-31 ta’ Diċembru 2025 bħala d-data tat-tmiem finali tat-tranżizzjoni diġitali.
Dan ir-rapport huwa bbażat fuq il-WP tal-KDU, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2023, bħala l-linja bażi għar-rapportar tal-progress. L-aspetti tal-governanza tal-programm u tal-proġett huma definiti fil-Pjan Strateġiku Pluriennali għad-Dwana (MASP-C, Multi-Annual Strategic Plan for Customs).
B’mod parallel mal-implimentazzjoni li għaddejja tal-KDU, fis-17 ta’ Mejju 2023 il-Kummissjoni adottat proposta għal riforma komprensiva tal-Unjoni Doganali, inkluż KDU ġdid, u dan jimmarka trasformazzjoni sinifikanti tal-qafas doganali tal-UE. Bħalissa, din il-proposta qed tiġi eżaminata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Din ir-riforma hija strutturata abbażi ta’ tliet pilastri ewlenin:
1)il-ħolqien ta’ Awtorità Doganali tal-UE li se tiżviluppa u tissorvelja l-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE: din se tkun il-magna tas-sistema l-ġdida li se tissostitwixxi l-arkitettura tal-IT deċentralizzata kurrenti bbażata fuq dikjarazzjonijiet doganali b’ambjent ċentralizzat u mmexxi mid-data;
2)sħubija ġdida mal-operaturi kummerċjali bbażata fuq proċessi trasparenti li se jippermettu li l-flussi kummerċjali konformi joperaw mingħajr interazzjoni doganali formali u se jtaffu l-piż amministrattiv relatat;
3)reġim doganali tal-kummerċ elettroniku mfassal apposta, li se jagħmel lill-pjattaformi online l-atturi ewlenin fl-iżgurar li l-merkanzija mibjugħa online direttament lill-konsumaturi fl-UE tikkonforma mal-obbligi doganali kollha.
It-tlestija f’waqtha tas-sistemi elettroniċi tal-KDU hija prijorità b’saħħitha sabiex jimmaterjalizzaw il-benefiċċji introdotti għan-negozjanti fil-KDU. Din hija kruċjali fl-appoġġ u l-kontribut għar-Riforma Doganali u l-iżvilupp tal-Pjattaforma futura tad-Data Doganali tal-UE, inkella s-simplifikazzjonijiet sinifikanti mwiegħda mir-riforma doganali ma jinbnewx fuq bażi b’saħħitha.
2.Kontenut tar-Rapport
Il-proġetti elenkati fil-WP tal-KDU jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji ta’ sistemi bbażati fuq id-definizzjonijiet previsti fl-IRTA:
I)Sistemi ċentrali trans-Ewropej li jridu jiġu żviluppati jew aġġornati mill-Kummissjoni (li ħafna drabi jeħtieġu wkoll żviluppi jew aġġornamenti tas-sistemi nazzjonali mill-Istati Membri);
II)Sistemi deċentralizzati trans-Ewropej li jridu jiġu żviluppati jew aġġornati mill-Kummissjoni iżda li għandhom komponent nazzjonali ewlieni li jrid jiġi implimentat mill-Istati Membri;
III)Sistemi nazzjonali li jridu jiġu żviluppati jew aġġornati esklużivament mill-Istati Membri.
Dan ir-rapport jibda bl-ispjegazzjoni tal-metodu għall-ħolqien tar-rapport u s-sorsi użati (it-taqsima 2) u mbagħad ikopri fil-qosor ir-responsabbiltajiet għas-sistemi elettroniċi tal-KDU (it-taqsima 3). Barra minn hekk, fih ħarsa ġenerali globali lejn il-proġetti differenti u l-progress tagħhom u jenfasizza wkoll id-dewmien potenzjali, fejn identifikat, kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni previsti (it-taqsima 4). Il-valutazzjoni ġenerali tal-progress tal-implimentazzjoni tal-WP tal-KDU hija miġbura fil-qosor fil-konklużjoni ta’ dan ir-rapport (it-taqsima
5
).
Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, ippubblikat flimkien ma’ dan ir-rapport, li fih informazzjoni dettaljata dwar l-ippjanar u l-progress tal-proġetti differenti kif irrapportati mill-Istati Membri. Din il-ħidma kienet appoġġata minn kuntrattur estern.
Ir-rapport u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jitfasslu abbażi tal-informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin:
(1) il-pjanijiet nazzjonali għall-proġetti li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu darbtejn fis-sena (Jannar u Ġunju).
L-informazzjoni miġbura għal kull proġett tinkludi d-dati speċifiċi, l-istatus, u l-progress għal kull wieħed mill-istadji importanti stabbiliti fil-WP tal-KDU;
(2) stħarriġ iċċirkolat lill-Istati Membri.
L-informazzjoni ġabret il-valutazzjoni tar-riskju, id-dewmien, u r-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien bħal dan, kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni ppjanati u/jew meħuda fir-rigward tal-proġetti. Barra minn hekk, filwaqt li komplew bl-approċċ meħud fl-2023, l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni dwar it-tagħlimiet meħuda matul l-iżvilupp tal-proġetti u dwar l-appoġġ addizzjonali possibbli meħtieġ;
(3) laqgħat bilaterali ta’ livell għoli mad-Direttorati tal-IT tad-Dwana tal-Istati Membri.
Matul il-laqgħat bilaterali l-Istati Membri jiksbu fehim sħiħ u akkurat tal-istatus ta’ kull wieħed mill-proġetti tal-KDU, inklużi l-kwistjonijiet li kienu qed jiffaċċjaw, u jiġu ġġenerati ideat għat-titjib ta’ sitwazzjonijiet problematiċi.
(4) outputs mill-programmi trans-Ewropej ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ.
Dan ir-rapport fih ukoll analiżi bbażata fuq informazzjoni aktar dettaljata pprovduta mill-Maniġers ta’ Proġetti fid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD, Directorate-General for Taxation and Customs Union) tal-Kummissjoni u rrapportata mill-Istati Membri fil-qafas tal-Programmi ta’ Koordinazzjoni stabbiliti mill-2020 għas-sistemi trans-Ewropej.
3.Ir-responsabbiltajiet għas-sistemi elettroniċi tal-KDU
Skont l-arkitettura tas-sistema miftiehma mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għal kull waħda mis-sistemi (ċentralizzati, deċentralizzati jew nazzjonali), hemm kondiviżjoni tar-rwol definita fir-rigward tar-responsabbiltajiet għall-iżvilupp, għall-varar, għall-operat u għall-manutenzjoni. Dan huwa stabbilit fl-IRTA, li jiddeskrivi f’liema komponenti jikkonsistu dawk is-sistemi, u x’inhi n-natura tagħhom — nazzjonali (żviluppata fil-livell nazzjonali) jew komuni (żviluppata fil-livell tal-UE). F’termini ta’ arkitettura, is-sistemi ċentrali u s-sistemi deċentralizzati huma ta’ natura trans-Ewropea u fihom komponenti komuni b’mod awtomatiku, xi drabi flimkien ma’ komponenti nazzjonali, filwaqt li s-sistemi nazzjonali jikkonsistu biss minn komponenti nazzjonali.
F’konformità mal-Artikolu 103 tal-IRTA, il-komponenti komuni għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, varati u ġestiti mill-Kummissjoni u jistgħu jiġu ttestjati mill-Istati Membri. Il-komponenti nazzjonali għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, użati u ġestiti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komponenti nazzjonali jkunu interoperabbli mal-komponenti komuni. Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm l-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-sistemi deċentralizzati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, joperaw, u jżommu interfaċċi biex jipprovdu l-funzjonalità għas-sistemi deċentralizzati neċessarji għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Operaturi Ekonomiċi u ma’ persuni oħra permezz ta’ komponenti u interfaċċi nazzjonali, flimkien ma’ Stati Membri oħra permezz ta’ komponenti komuni.
4.Ħarsa globali lejn il-progress bis-sistemi elettroniċi tal-KDU
Il-WP tal-KDU fih 17-il proġett li jwasslu għall-varar tas-sistemi elettroniċi meħtieġa inklużi 14-il proġett trans-Ewropew li għalihom il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma responsabbli (li jirriżultaw f’sistemi ċentrali u deċentralizzati) u tliet proġetti nazzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri (li jirriżultaw f’sistemi nazzjonali).
4.1Proġetti li tlestew qabel l-2024
Il-Kummissjoni tirrapporta l-varar b’suċċess tad-disa’ sistemi ġodda jew aġġornamenti li ġejjin:
·Is-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati tal-KDU — REX (ġdida): Varata fl-2017;
·Id-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU — CDS (ġodda): Varati fl-2017;
·L-Aċċess Dirett min-Negozjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej tal-KDU — UUM&DS (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u Firma Diġitali) (ġdida): Varat fl-2017;
·Is-Sistema ta’ Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi tal-KDU 2 — EORI2 (aġġornament): Varata fl-2018;
·Is-Sorveljanza 3 tal-KDU — SURV3 (aġġornament): Varata fl-2018;
·L-Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti tal-KDU — BTI (aġġornament): Varata fl-2019;
·L-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati tal-KDU — AEO (aġġornament): Varata fl-2019;
·L-Iskedi ta’ Informazzjoni għal Proċeduri Speċjali tal-KDU — INF (ġodda): Varati fl-2020;
·Is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni tal-KDU 2 – Rilaxx 1 u 2 – ICS2 - Rilaxx 1 u 2 (aġġornament): Varati fl-2021 u fl-2023, rispettivament.
4.2Proġetti li għadhom għaddejjin u li tlestew fl-2024
Dan ir-rapport għandu l-għan li jenfasizza l-kisbiet u l-isfidi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-proġetti li kienu għaddejjin fl-2024 mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.
It-Taqsima 4.2.1 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sitt proġetti trans-Ewropej skedati li jiġu varati bejn l-2024 u l-2025. Ħamsa minn dawn il-proġetti għandhom perjodi ta’ varar li jintemmu fl-2024 kif stabbilit fil-qafas legali tal-WP tal-KDU.
It-Taqsima 4.2.2 tiddeskrivi l-implimentazzjoni tat-tliet proġetti nazzjonali, jiġifieri n-Notifika tal-Wasla/in-Notifika tal-Preżentazzjoni/il-Ħażna Temporanja (l-hekk imsejħa sistemi nazzjonali ta’ dħul), is-Sistemi ta’ Importazzjoni Nazzjonali u l-Proċeduri Speċjali. Dawn il-proġetti oriġinarjament kienu ppjanati li jkunu operazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2022, kif definit fil-KDU. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità li tintlaħaq din l-iskadenza u kif identifikat qabel fir-Rapporti Annwali dwar il-Progress tal-KDU, diversi Stati Membri talbu deroga skont l-Artikolu 6(4) tal-KDU. B’riżultat ta’ dan, fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni adottat Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni li jagħtu derogi lil ċerti Stati Membri, li jestendu l-iskadenza sal-31 ta’ Diċembru 2023 għas-Sistemi ta’ Importazzjoni Nazzjonali u għall-qasam tal-importazzjoni tal-Proċeduri Speċjali, kif ukoll għas-sistemi nazzjonali ta’ dħul għat-trasport bl-ajru, filwaqt li ġie indikat allinjament ulterjuri mar-rilaxxi differenti tal-ICS2 għal modi oħra ta’ trasport.
4.2.1 Proġetti trans-Ewropej
Il-proġetti trans-Ewropej isegwu struttura partikolari, li tista’ tinvolvi kombinament ta’ elementi ċentrali u nazzjonali kif ukoll fażijiet jew komponenti multipli. Kif iddikjarat fl-Artikolu 278(3) tal-KDU, dawn huma meħtieġa li jitlestew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025. Deskrizzjoni u progress konċiżi għal kull proġett huma ppreżentati hawn taħt:
1)Il-Ġestjoni tal-Garanziji tal-KDU — GUM (ġdida): għandha l-għan li tiżgura l-ġestjoni effettiva u effiċjenti ta’ diversi tipi ta’ garanziji fl-UE, b’enfasi fuq it-titjib tal-veloċità tal-ipproċessar, tat-traċċabbiltà u tal-monitoraġġ tal-garanziji bejn l-uffiċċji doganali.
Progress: Il-GUM – Komponent 1 li tiġġestixxi b’mod ċentrali garanziji li jistgħu jintużaw f’diversi Stati Membri, saret operazzjonali fil-11 ta’ Marzu 2024 fi ħdan is-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali. Fid-dawl tal-interkonnessjoni bejn iż-żewġ komponenti, l-attivitajiet tal-ittestjar tal-konformità jibqgħu disponibbli sakemm l-Istati Membri jimplimentaw is-sistemi tal-GUM – Komponent 2 tagħhom.
Fir-rigward tal-komponent nazzjonali, GUM – Komponent 2, l-Istati Membri huma mistennija jistabbilixxu konnessjonijiet operazzjonali mal-komponent ċentrali bejn Marzu 2024 u Ġunju 2025. Ftit Stati Membri rrapportaw il-varar tal-komponent nazzjonali tagħhom bħala komplut; madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw livell ta’ riskju baxx sa medju għat-twettiq f’waqtu tal-proġett sat-tieni trimestru tal-2025.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.6.2 u 4.1.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
2)Is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni tal-KDU 2 — ICS2 (aġġornament): għandha l-għan li ssaħħaħ is-Sikurezza u s-Sigurtà tal-katina tal-provvista billi ttejjeb il-kwalità tad-data, l-arkivjar, id-disponibbiltà u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni avvanzata dwar il-merkanzija.
Progress: L-ICS2 – Rilaxx 3 testendi l-ambitu mit-trasport bl-ajru għat-traffiku marittimu u fil-passaġġi fuq l-ilma interni, fit-toroq u bil-ferrovija. Peress li tikkonċerna sistema ċentrali, l-attivitajiet tal-ittestjar tal-konformità għal dan ir-rilaxx jitwettqu esklużivament mill-operaturi ekonomiċi.
B’mod ġenerali, l-operaturi ekonomiċi għandhom jibdew jużaw l-ICS2 – Rilaxx 3 fi tliet passi: it-trasportaturi marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni sal-4 ta’ Diċembru 2024, it-traffiku marittimu u fil-passaġġi fuq l-ilma interni sal-1 ta’ April 2025 u t-trasportaturi bit-triq u bil-ferrovija sal-1 ta’ Settembru 2025. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri indikaw li l-proġett kien miexi skont kif ippjanat għat-trasport marittimu u kien hemm riskju baxx fir-rigward tal-ilħuq tal-iskadenza tal-WP tal-KDU għall-modi l-oħra tat-trasport.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 4.2.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
3)Il-Prova ta’ Status tal-Unjoni tal-KDU — PoUS (ġdida): għandha l-għan li taħżen, tiġġestixxi u tikseb il-provi kollha li juru li n-negozjanti jipprovdu l-istatus tal-Unjoni tal-merkanzija tagħhom. Minħabba d-dipendenzi mal-Manifest Doganali tal-Merkanzija (CGM, Customs Goods Manifest) tal-KDU u mas-sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (EMSWe, European Maritime Single Window environment), il-proġett se jitlesta f’żewġ fażijiet differenti biex jiġu minimizzati r-riskji u l-inkonsistenzi.
Progress: PoUS – Fażi 1 bdiet topera fl-1 ta’ Marzu 2024 kif ippjanat.
Fir-rigward tal-PoUS – Fażi 2, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tlestew mill-Kummissjoni fit-tieni trimestru tal-2023, u l-attivitajiet tal-ittestjar tal-konformità huma skedati li jiġu konklużi fit-tielet trimestru tal-2025.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni mexjin skont kif ippjanat għat-twettiq f’waqtu tal-proġett sal-iskadenza legali fil-15 ta’ Awwissu 2025. Ġie identifikat riskju medju sa għoli għall-proġett fid-dawl tad-dipendenza mal-EMSWe.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.9.2 u 4.3.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
4)Żdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni tal-KDU – Is-sistema l-ġdida tas-CCI Trans-Ewropew tiżgura d-diġitalizzazzjoni tal-proċess ċentralizzat tal-iżdoganar fil-livell Ewropew kif definit fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU). Din tippermetti lin-negozjanti fdati jippreżentaw dikjarazzjoni doganali fl-uffiċċju doganali ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom, għall-merkanzija ppreżentata fiżikament lil uffiċċju doganali fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, u b’hekk tippermetti l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni doganali u r-rilaxx fiżiku tal-merkanzija b’mod diġitali, effiċjenti, prevedibbli u kkoordinat fost l-uffiċċji doganali li jinsabu fi Stati Membri differenti.
Is-sistema tas-CCI qed tiġi implimentata f’żewġ fażijiet:
CCI – Fażi 1, tippermetti pproċessar awtomatizzat ta’ dikjarazzjoni standard u simplifikata inkluża dikjarazzjoni doganali ppreżentata minn qabel, kif ukoll dikjarazzjoni supplimentari b’natura perjodika jew ġenerali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-ħażna doganali, l-ipproċessar attiv u l-użu aħħari. CCI – Fażi 2, tibni fuq il-Fażi 1 billi testendi l-ambitu għax-xenarji tas-CCI kollha li jifdal, inklużi tipi ta’ dikjarazzjonijiet u flussi ta’ proċessi aktar kumplessi. Din għandha l-għan li tlesti l-integrazzjoni u l-funzjonalità diġitali tal-iżdoganar ċentralizzat għall-importazzjonijiet fl-UE.
Iż-żewġ fażijiet huma interrelatati: Il-Fażi 1 hija prerekwiżit għall-Fażi 2, u xi Stati Membri għażlu li jimplimentaw iż-żewġ fażijiet simultanjament biex jissimplifikaw l-isforzi nazzjonali.
Progress: Għas-CCI – Fażi 1, il-Kummissjoni miexja skont l-iskeda u bħalissa qed isir ittestjar tal-konformità mal-Istati Membri. Ġie assenjat livell ta’ riskju medju sa għoli lill-proġett minħabba dipendenzi fuq il-prontezza tal-Istati Membri fir-rigward tal-aġġornament tas-Sistemi ta’ Importazzjoni Nazzjonali, prerekwiżit għall-varar tas-CCI.
Is-sistema tas-CCI daħlet fl-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tagħha fl-1 ta’ Lulju 2024 bil-prontezza tal-komponenti komuni u xi wħud mill-komponenti nazzjonali. Kif muri fil-Figura 1 hawn taħt, il-fażi 1 tas-CCI hija disponibbli għall-użu min-negozji Ewropej f’9 Stati Membri (BG, EE, ES, LU, LT, LV, PL, RO, HR) f’Settembru 2024. Sat-2 ta’ Ġunju 2025 BE, CZ, DK, EL, CY, IT, MT, AT, HU, PT, FI, SE u SI qed jippjanaw li jingħaqdu gradwalment. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, DE, SK, NL u IE qed jippjanaw li jingħaqdu gradwalment. FR qed tippjana li tingħaqad wara l-2025.
Kull strixxa blu tinkludi l-għadd ta’ Stati Membri li jkunu varaw is-sistema tas-CCI, filwaqt li l-linja ħadra turi l-għadd totali ta’ Stati Membri (li mistennija jkunu) fl-operazzjonijiet u l-linja ħamra tirrifletti l-istadju importanti legali tal-1 ta’ Lulju 2024.
Figura 1: CCI P1 Id-dħul tal-Istati Membri fl-operazzjonijiet
Fir-rigward tas-CCI – Fażi 2, il-Kummissjoni ffinalizzat l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-2022, u sar disponibbli l-ittestjar tal-konformità.
Sabiex tgħin lill-Istati Membri u lin-negozjanti fl-implimentazzjoni tax-xenarji u tal-proċessi kollha tas-CCI, il-Kummissjoni żviluppat pakkett dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ ambitu sħiħ tas-CCI – Fażi 2 li jikkonsolida l-ispeċifikazzjonijiet għaż-żewġ fażijiet, flimkien ma’ gwida.
F’termini tal-valutazzjoni tal-livell ta’ kompletezza tas-sistema sħiħa tas-CCI, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw li qed isir progress fir-rigward tal-iżviluppi, b’xi riassigurazzjoni li se jilħqu l-istadju importanti finali tal-varar fit-2 ta’ Lulju 2025.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.5.2 u 4.4.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
5)Is-Sistema ta’ Tranżitu Kompjuterizzata Ġdida tal-KDU – NCTS (aġġornament): għandha l-għan li tallinja s-sistema ta’ tranżitu eżistenti tal-Unjoni u dik komuni mad-dispożizzjonijiet legali tal-KDU, inklużi r-rekwiżiti tad-data tal-KDU u l-interfaċċi ma’ sistemi oħra.
Progress: Skont il-WP tal-KDU tal-2023, NCTS – Fażi 5 tista’ tiġi implimentata f’żewġ passi: il-funzjonalitajiet ewlenin sal-1 ta’ Diċembru 2023 b’kontinwità tan-negozju allinjata mal-KDU, u l-funzjonalitajiet mhux ewlenin sat-2 ta’ Diċembru 2024. L-operaturi ekonomiċi ġew infurmati li perjodu tranżizzjonali jista’ jiġi pprovdut mill-Istati Membri sat-2 ta’ Diċembru 2024 għall-implimentazzjoni sħiħa.
Figura 2: NCTS – Fażi 5 Id-dħul fl-operazzjonijiet tal-Istati Membri
B’mod ġenerali, għall-NCTS — Fażi 5, inkiseb progress sinifikanti. Kif muri fil-Figura 2, 14-il Stat Membru bdew operazzjonijiet b’funzjonalitajiet ewlenin sal-1 ta’ Diċembru 2023 u sa Ottubru 2024 ingħaqdu 11-il Stat Membru addizzjonali. L-Istati Membri kollha kkonfermaw mill-ġdid il-prontezza f’waqtha tagħhom għall-bidu tal-operat bil-funzjonalitajiet ewlenin u mhux ewlenin sat-2 ta’ Diċembru 2024, bl-eċċezzjonijiet ta’ ftit Stati Membri li se jingħaqdu ftit wara, iżda mhux aktar tard mill-21 ta’ Jannar 2025, li hija d-data limitu tal-NCTS-Fażi 4 l-antika.
Għall-NCTS – Fażi 6, l-iskeda ta’ żmien kienet sinkronizzata ma’ dik tal-ICS2 – Rilaxx 3. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw riskju baxx assoċjat mat-twassil tas-sistema sal-1 ta’ Settembru 2025, b’xi wħud minnhom diġà qed jimxu ’l quddiem fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Madankollu, tliet Stati Membri (FR, PL, u RO) indikaw li qed jippjanaw li jingħaqdu fl-operazzjonijiet wara l-iskadenza.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.7.2 u 4.5.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
6)Is-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni tal-KDU — AES (aġġornament): għandha l-għan li timplimenta r-rekwiżiti tal-KDU għall-esportazzjoni u l-ħruġ tal-merkanzija, kif ukoll is-Simplifikazzjonijiet tal-KDU offruti għall-kummerċ.
Progress: Skont il-WP tal-KDU tal-2023, l-Istati Membri jistgħu jvaraw l-AES fi tliet passi: il-funzjonalitajiet ewlenin sal-1 ta’ Diċembru 2023, l-interfaċċar mas-Sisa sat-13 ta’ Frar 2024, u l-funzjonalitajiet mhux ewlenin sat-2 ta’ Diċembru 2024.
L-Istati Membri rrapportaw progress sinifikanti. Kif muri fl-Illustrazzjoni 3, 12-il Stat Membru bdew operazzjonijiet b’funzjonalitajiet ewlenin sal-1 ta’ Diċembru 2023 u sa nofs Ottubru 2024 ingħaqdu 7 oħra. L-Istati Membri kollha li jifdal, minbarra FR u GR, se jibdew joperaw b’mill-inqas funzjonalitajiet ewlenin u l-interfaċċar mas-Sisa qabel il-11 ta’ Frar 2025, bil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jingħaqdu qabel tmiem l-2024.
Fir-rigward tas-sistema nazzjonali, AES – Komponent 2, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri varaw jew se jvaraw is-sistema qabel l-iskadenza tat-2 ta’ Diċembru 2024.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 3.8.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
Figura 3: AES Id-dħul tal-Istati Membri fl-operazzjonijiet
Fil-qosor l-istatus tal-proġetti trans-Ewropej elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq l-iskadenzi legali miftiehma fil-kuntest tal-KDU u tal-WP tal-KDU. Fir-rigward tal-varar mill-Istati Membri tal-komponenti nazzjonali ta’ dawn is-sistemi trans-Ewropej, ġew identifikati riskji serji għal dewmien, b’mod partikolari għas-CCI u l-AES (ara t-taqsima
4.3
).
4.2.2 Proġetti nazzjonali
L-Istati Membri kellhom ilestu l-aġġornament tas-sistemi tagħhom għat-tliet proġetti kompletament nazzjonalisal-31 ta’ Diċembru 2022, f’konformità mal-Artikolu 278(2) tal-KDU. Madankollu, 22 Stat Membru ma setgħux jilħqu din l-iskadenza u wara t-talba tagħhom, ingħataw deroga, li estendiet l-iskadenza tal-varar sal-31 ta’ Diċembru 2023. Ir-rapport tas-sena li għaddiet irrifletta xi dewmien ulterjuri prinċipalment għas-Sistema ta’ Importazzjoni Nazzjonali u s-sistema għall-Ħażna Temporanju. Sa tmiem l-2024, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri varaw dawn is-sistemi differenti ta’ dħul u importazzjoni, għalkemm għandu jiġi nnotat li xi wħud qed jaħdmu f’iterazzjonijiet u li xi funzjonalitajiet jew aġġornamenti għall-mudell tad-data tagħhom se jiġu varati b’rilaxx aktar tard tas-sistemi tagħhom. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn il-proġetti għadha għaddejja għal għadd sostanzjali ta’ Stati Membri.
Il-progress għal kull proġett nazzjonali huwa ppreżentat hawn taħt u muri fil-Figura 4:
1)In-Notifika tal-Wasla, in-Notifika tal-Preżentazzjoni u l-Ħażna Temporanja tal-KDU (AN, PN u TS) (aġġornament): għandha l-għan li tawtomatizza l-proċessi ta’ dħul nazzjonali u tarmonizza l-iskambju tad-data bejn il-kummerċ u d-dwana fl-Istati Membri.
Progress: It-twettiq f’waqtu tas-sistemi nazzjonali ġie identifikat li qiegħed f’riskju f’Rapporti Annwali dwar il-Progress tal-KDU preċedenti. Kif muri fil-Figura 4, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom l-għan li jlestu l-implimentazzjoni sa tmiem l-2024 filwaqt li titqies ir-rabta mal-ICS2 – Rilaxx 3.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 3.1.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
2)Is-Sistemi ta’ Importazzjoni Nazzjonali tal-KDU — NIS (aġġornament): għandhom l-għan li jimplimentaw ir-rekwiżiti kollha tal-proċess u tad-data li huma relatati mal-importazzjonijiet tal-merkanzija kif deskritt fil-KDU.
Progress: Diversi Stati Membri ilhom jirrapportaw riskji fit-twettiq fil-ħin tal-proġett mill-2022, li rriżultaw fl-għoti ta’ derogi. Kif muri fil-Figura 4, l-aġġornament tal-NIS ġie varat minn 15-il Stat Membru. Madankollu, ftit Stati Membri varaw iżda jirrikjedu aġġornament ulterjuri (IE, PL u SK), filwaqt li erbgħa ma antiċipawx il-kisba tal-implimentazzjoni sa tmiem l-2024.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 3.2.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
3)Il-Proċeduri Speċjali tal-KDU — SP (aġġornament): għandhom l-għan li jarmonizzaw il-Proċeduri Speċjali (jiġifieri, il-ħażna doganali, l-użu aħħari, id-dħul temporanju u l-ipproċessar attiv/passiv).
Progress: Kif muri fil-Figura 4, 18-il Stat Membru lestew SP – Komponent 2. Il-bqija tal-Istati Membri kellhom dewmien wara l-iskadenza, b’erbgħa minnhom li ma jipprevedux il-varar tas-sistema sa tmiem l-2024.
Fir-rigward tal-SP – Komponent 1, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri varaw jew se jvaraw is-sistema sat-2 ta’ Diċembru 2024 minkejja l-interdipendenzi mas-sistema tal-AES.
Għal aktar dettalji, irreferi għat-taqsimiet 3.3.2 u 3.4.2. tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
|
|
AN
|
PN
|
TS
|
NIS
|
SP IMP
|
|
Skadenza tal-WP tal-KDU
|
31.12.2022
b’estensjoni għall-31/12/2023
(1)
|
31/12/2022
b’estensjoni għall-31/12/2023
[2]
|
|
AT
|
01/07/2023
|
01/06/2023
|
02/06/2025
|
01/04/2025
|
01/04/2025
|
|
BE
|
30/06/2023
|
05/07/2023
|
29/11/2023
|
28/08/2024
|
28/08/2024
|
|
BG
|
01/03/2023
|
10/11/2023
|
10/11/2023
|
10/11/2023
|
10/11/2023
|
|
CY
|
30/10/2024
|
30/10/2024
|
30/10/2024
|
30/10/2024
|
30/10/2024
|
|
CZ
|
05/12/2023
|
05/12/2023
|
05/12/2023
|
15/12/2025
|
15/12/2025
|
|
DE
|
Mhux applikabbli
|
06/03/2021
|
06/03/2021
|
31/10/2022
|
06/03/2021
|
|
DK
|
06/11/2023
|
06/11/2023
|
08/03/2025
|
08/03/2025
|
08/03/2025
|
|
EE
|
01/10/2023
|
15/03/2021
|
01/07/2021
|
01/07/2021
|
01/07/2021
|
|
ES
|
01/03/2023
|
01/01/2024
|
01/01/2024
|
05/09/2023
|
05/09/2023
|
|
Il-FI
|
31/03/2023
|
31/03/2021
|
31/12/2022
|
31/12/
2022
|
31/12/2022
|
|
FR
|
30/06/2023
|
06/03/2024
|
06/03/2024
|
30/11/2024
|
30/11/2024
|
|
GR
|
31/12/2023
|
31/12/2023
|
30/06/2025
|
30/06/2025
|
30/06/2025
|
|
HR
|
01/07/2023
|
01/03/2023
|
17/04/2023
|
01/01/2023
|
01/01/2023
|
|
HU
|
02/04/2024
|
02/04/2024
|
02/04/2024
|
01/11/2023
|
01/11/2023
|
|
IE
|
01/07/2023
|
23/11/2020
|
23/11/2020
|
20/01/2026*
|
23/11/2020
|
|
IT
|
13/12/2022
|
13/12/2022
|
13/12/2022
|
30/11/2022
|
30/11/2022
|
|
LT
|
01/03/2023
|
28/02/2023
|
31/10/2023
|
31/12/2023
|
31/12/2023
|
|
LU
|
01/03/2023
|
10/01/2023
|
10/01/2023
|
02/05/2023
|
02/05/2023
|
|
LV
|
24/09/2017
|
24/09/2017
|
24/09/2017
|
04/06/2018
|
04/06/2018
|
|
MT
|
04/11/2024
|
04/11/2024
|
04/11/2024
|
31/01/2025
|
31/01/2025
|
|
NL
|
30/06/2023
|
01/12/2023
|
01/12/2023
|
01/04/2022
|
01/04/2022
|
|
PL
|
01/07/2023
|
20/10/2024
|
20/10/2024*
|
20/10/2024*
|
28/03/2022
|
|
PT
|
28/10/2024
|
28/10/2024
|
28/10/2024
|
28/10/2024
|
28/10/2024
|
|
RO
|
01/05/2024
|
30/09/2024
|
31/12/2024
|
31/12/2024
|
31/12/2024
|
|
SE
|
01/03/2023
|
27/09/2023
|
01/10/2024
|
31/12/2023
|
31/12/2023
|
|
SI
|
01/03/2023
|
01/03/2023
|
01/03/2024
|
01/01/2022
|
01/01/2022
|
|
SK
|
01/03/2023
|
01/10/2023
|
02/06/2025*
|
01/07/2025*
|
11/06/2016
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tifsira
|
|
|
Varar komplut sal-31/12/2024
|
|
|
Sistema mhux varata sal-31/12/2024
|
|
|
L-ebda data pprovduta fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Proġetti jew varar mhux applikabbli
|
Figura 4: Ippjanar tal-varar tas-sistemi nazzjonali ta’ dħul/importazzjoni
(1)
Sal-31 ta’ Diċembru 2023 għall-Istati Membri li ngħataw deroga. Barra minn hekk, FI u GR pprovdew dati f’trimestri, għalhekk, jekk it-trimestru jaqa’ sal-iskadenza tal-WP tal-KDU, dan ġie kkunsidrat bħala konformi.
(2)
Sal-31 ta’ Diċembru 2023 għall-Istati Membri li ngħataw deroga jew sal-1 ta’ Lulju 2024, fejn japplika l-Artikolu 2(4a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446.
* Is-sistema nazzjonali ġiet aġġornata fil-ħin iżda tirrikjedi allinjament ulterjuri mal-KDU u mal-Mudell tad-Data Doganali tal-UE.
Fil-qosor, l-Istati Membri jinsabu fil-proċess li jlestu l-aġġornament tat-tliet proġetti kompletament nazzjonali tagħhom. Għadd sinifikanti ta’ Stati Membri rrapportaw dewmien, l-aktar għall-Ħażna Temporanja, l-aġġornament tal-NIS, u l-SP – Komponent 2, li rriżulta f’varar li estenda lil hinn mill-iskadenzi tal-2023. Min-naħa l-oħra, huma affettwati oqsma oħra, bħas-sistema tas-CCI peress li l-aġġornament tal-NIS huwa prerekwiżit importanti għall-varar tas-sistema elettronika.
4.3Riskji għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-IT tal-KDU
L-iżviluppi tal-Kummissjoni qed jimxu ’l quddiem kif ippjanat u ma ġie identifikat l-ebda dewmien lil hinn mill-iskadenza legali u l-ebda riskju li jista’ jirriżulta f’dewmien fil-varar. Id-dewmien esperjenzat mill-Istati Membri jħalli impatt fuq il-progress tas-sistemi trans-Ewropej bħall-ICS2, is-CCI, l-NCTS u l-AES fit-totalità tagħhom li, min-naħa tagħhom, għandhom impatt fuq l-attivitajiet fl-ambitu tal-azzjoni tal-Kummissjoni. Dan jirriżulta f’riżorsi ta’ investiment akbar iddedikati għall-ittestjar tal-konformità, għall-koordinazzjoni u għall-attivitajiet ta’ appoġġ għall-proġetti trans-Ewropej. Barra minn hekk, jirrikjedi wkoll aktar assistenza fir-rigward tal-iżvilupp nazzjonali alternattiv, l-iskemi ta’ varar u l-monitoraġġ, kif ukoll manutenzjoni estiża tal-komponenti ċentrali matul il-perjodi ta’ tranżizzjoni.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri qed jimxu ’l quddiem b’mod sod u gradwali fl-iżviluppi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, għalkemm xi wħud minnhom qed javvanzaw b’pass aktar bil-mod milli kien ippjanat oriġinarjament u xi wħud ma għamlux użu suffiċjenti mill-perjodi estiżi pprovduti mal-WP tal-KDU tal-2023. B’riżultat ta’ dan, ġie rrappurtat dewmien lil hinn mill-iskadenzi legali jew tad-deroga f’xi proġetti nazzjonali u trans-Ewropej.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għamlu avvanzi sinifikanti fl-iżvilupp tas-sistemi trans-Ewropej u diversi kienu qed jagħmlu sforz biex is-sistemi tagħhom jiġu varati sa tmiem l-2023 f’konformità mal-iskadenzi inizjali u d-derogi pprovduti. Madankollu, xi wħud għadhom qed jesperjenzaw dewmien fl-2024, u dan iwassal biex il-pjanijiet ta’ varar tagħhom jitressqu lejn it-tmiem jew lil hinn mill-perjodu ta’ varar. Il-Kummissjoni ħeġġet aderenza stretta mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Proġetti tagħhom għal varar f’waqtu.
L-Istati Membri pprovdew diversi raġunijiet għall-ġustifikazzjoni tad-dewmien, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma rikorrenti. Dawn jinkludu nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u umani, prijoritajiet li jikkompetu ma’ xulxin, u interdipendenzi bejn is-sistemi. Barra minn hekk, l-Istati Membri rrapportaw l-inkapaċità tal-infrastrutturi nazzjonali tal-IT li jlaħħqu mal-ħtiġijiet tekniċi tal-proġetti, il-kwistjonijiet ta’ kapaċità tal-kuntratturi u d-dipendenzi ma’ partijiet ikkonċernati oħra. Barra minn hekk, fatturi oħra li jikkontribwixxu għad-dewmien jinkludu perjodi estiżi tal-ittestjar tal-konformità, il-prontezza tan-negozjanti, sejħiet għall-offerti mdewma jew mingħajr suċċess, proċeduri ta’ akkwist pubbliku ta’ piż, kwistjonijiet ta’ governanza u integrazzjonijiet kumplessi tas-sistema.
Fir-rigward tal-proġetti nazzjonali ta’ dħul u importazzjoni, ġie spjegat fir-rapporti preċedenti u fit-Taqsima 4.2 li l-Istati Membri ppreżentaw talbiet formali għal derogi li jikkonċernaw dewmien lil hinn mill-iskadenzi legali fil-proġetti nazzjonali tagħhom, li jestendu l-iskadenza sal-31 ta’ Diċembru 2023.
L-informazzjoni pprovduta fil-Figura 4 turi li l-Istati Membri li ġejjin huma tard għal proġett wieħed jew aktar: AT, CZ, DK, GR, u b’xi Stati Membri li jirrikjedu aġġornament ulterjuri għas-sistema tagħhom biex ikollhom allinjament sħiħ mal-KDU.
Fir-rigward tal-proġetti trans-Ewropej deskritti fit-Taqsima
4.2
, u kif rifless fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport, diversi Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-dewmien li ġej:
·Għall-implimentazzjoni tal-Proċeduri Speċjali – Komponent 1, l-Istati Membri li ġejjin għandhom data operattiva ppjanata/reali li hija aktar tard mill-iskadenza fil-WP tal-KDU: AT, CY, DK, FI, FR, GR, HU, IT, LT, LU, MT, PT, RO, SE, u SK. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 3.3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tal-ICS2 – Rilaxx 3, l-Istati Membri li ġejjin għandhom data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali li hija aktar tard mill-iskadenza fil-WP tal-KDU: DK, FI, LU, MT, u RO. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 4.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tas-CCI — Fażi 1, l-Istati Membri li ġejjin indikaw data ppjanata tal-operazzjonijiet li hija aktar tard mill-iskadenza stabbilita fil-WP tal-KDU: AT, CY, CZ, DK, GR, FI, HU, IE, MT, NL, PT, SE, SI, u SK. Barra minn hekk, FI, PT, u SK talbu deroga. Għas-CCI – Fażi 2, BE, CZ, DE, FI, GR, NL, u PL indikaw data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali li hija aktar tard mill-iskadenza fil-WP tal-KDU. Barra minn hekk, PT u SK talbu deroga. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.5 u 4.4 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tal-NCTS – Fażi 5, AT, BE, CY, DK, ES, FI, FR, GR, HU, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SE u SK għandhom data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali għall-funzjonalitajiet ewlenin li hija aktar tard mill-iskadenza definita għal dan il-pass 1 fil-WP tal-KDU. Madankollu, l-Istati Membri kollha varaw is-sistema sal-21 ta’ Jannar 2025, li mmarkat it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. . Din hija kisba importanti ħafna fl-implimentazzjoni tal-WP tal-KDU. Għall-funzjonalitajiet mhux ewlenin, hemm ftit Stati Membri li għandhom dewmien, għalkemm dan ma huwiex qed ikollu impatt fuq il-funzjonament tal-NCTS – Fażi 5 il-ġdida peress li ma hemm l-ebda interkonnessjoni diretta ma’ sistemi ta’ Stati Membri oħra.
·Għall-NCTS – Fażi 6, GR, PL, u RO rrapportaw data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali li hija aktar tard mill-iskadenza fil-WP tal-KDU. Dan il-proġett għandu jitqies b’rabta mal-ICS2 Rilaxx 3. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsimiet 3.7 u 4.5 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tal-AES – Komponent 1, l-Istati Membri li ġejjin għandhom data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali għall-funzjonalitajiet ewlenin li hija aktar tard mill-iskadenza għal dan il-pass 1 fil-WP tal-KDU: AT, BE, CY, GR, HU, LU, MT, PL, PT, RO, SE, FR u SK.
Madankollu, aktar importanti minn hekk hija d-data finali tal-varar għall-AES fit-2 ta’ Diċembru 2024 kif definita fil-WP tal-KDU bir-regoli tranżizzjonali stabbiliti sal-11 ta’ Frar 2025. Ftit Stati Membri rrapportaw kwistjonijiet li potenzjalment iwasslu għal perjodu ta’ dewmien qasir ħafna (PT, MT, HU u AT). Madankollu, ġiet irrapportata problema aktar sostanzjali minn żewġ Stati Membri (FR u GR) li ma setgħux ivaraw il-komponent tagħhom fil-ħin, minkejja l-miżuri kollha meħuda, u kienu qed jiffaċċjaw dewmien serju. Għalhekk, il-varar sħiħ tas-sistema l-ġdida tal-AES huwa mblukkat u l-Istati Membri l-oħra u n-negozji Ewropew huma mġiegħla jibqgħu f’perjodu itwal ta’ tranżizzjoni.
Fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-AES, il-Kummissjoni ntalbet iżżomm il-konvertitur tal-messaġġ ċentrali għaddej sa tmiem l-2025 biex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju u jiġi evitat it-tfixkil fil-flussi kummerċjali. Dan kien ifisser l-estensjoni de facto tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. Sabiex ikollha kopertura legali għal din l-estensjoni, il-Kummissjoni pproponiet emenda legali għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Arranġamenti Tekniċi (IRTA,) tal-KDU dwar is-sistemi elettroniċi. Fis-7 ta’ Frar 2025 saret votazzjoni dwar din l-emenda u f’Marzu 2025 ġiet adottata; dan jippermetti l-kontinwazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali għall-esportazzjoni u l-ħruġ għal perjodu estiż sal-14 ta’ Diċembru 2025, filwaqt li l-iskadenza għall-Istati Membri se tibqa’ kif definita fil-WP tal-KDU.
Għall-AES – Komponent 2, GR, FI, MT u FR indikaw data tal-operazzjonijiet ippjanata/reali li hija aktar tard mill-iskadenza fil-WP tal-KDU. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 3.8 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tal-GUM — Komponent 2, l-Istati Membri li ġejjin indikaw data ppjanata tal-operazzjonijiet li hija aktar tard mill-iskadenza stabbilita fil-WP tal-KDU: GR, FI, DE u FR. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 4.1 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
·Għall-implimentazzjoni tal-PoUS – Fażi 2, li hija interkonnessa mal-EMSWe, il-proġett miexi kif previst minn perspettiva doganali, madankollu, hemm dewmien possibbli fid-disponibbiltà tal-Single Windows Nazzjonali Marittimi mill-awtoritajiet marittimi tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni qed tanalizza u timmonitorja s-sitwazzjoni għall-proġetti msemmija hawn fuq mill-qrib ħafna u qed tieħu miżuri biex iżżid l-appoġġ tagħha — ara t-taqsima
4.4
ta’ hawn taħt.
4.4Azzjonijiet ta’ mitigazzjoni
L-Istati Membri ddeskrivew id-diversi azzjonijiet ta’ mitigazzjoni li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dewmien (potenzjali) u jiżguraw il-konformità mal-iskadenzi legali. Dawn l-azzjonijiet jinkludu l-ottimizzazzjoni tal-allokazzjoni tar-riżorsi, l-adozzjoni ta’ metodoloġiji aġli, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ sistemi integrati u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-kuntratturi biex tittejjeb l-effiċjenza u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni. Stati Membri oħra qed jippjanaw li jtejbu l-istrutturi organizzazzjonali, jissimplifikaw il-proċessi, u jirfinaw l-ippjanar biex itejbu l-ġestjoni tal-proġetti u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn il-miżuri ssemmew kemm għall-proġetti nazzjonali kif ukoll għal dawk trans-Ewropej.
Fid-dawl tad-dewmien min-naħa tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed iżżid l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri permezz ta’ diversi azzjonijiet.
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tejbet is-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-programm tal-IT tal-KDU billi żiedet il-frekwenza tar-rapporti dwar il-progress u organizzat laqgħat bilaterali u missjonijiet fil-livell ta’ Direttur ma’ kull wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-WP tal-KDU tqiegħdet b’mod konsistenti fuq l-aġenda tal-laqgħat u l-missjonijiet imwettqa mid-Direttur Ġenerali u fil-laqgħat plenarji ta’ livell għoli mad-Diretturi Ġenerali tal-Istati Membri bħal fil-Grupp tal-Politika Doganali. L-Istati Membri ġew imħeġġa jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni.
Il-Kummissjoni kompliet tuża dashboard tal-Pjan Strateġiku Pluriennali għad-Dwana (MASP-C) ibbażat fuq ir-Reviżjoni tal-MASP-C tal-2023 u l-WP tal-KDU tal-2023 biex timmonitorja l-progress u l-istadji importanti tal-proġett u tidentifika dewmien fi stadju bikri. Id-dashboard huwa ppreżentat fuq bażi trimestrali lill-Istati Membri fl-ECCG li qed jiltaqa’ b’mod konġunt mal-komunità kummerċjali.
Barra minn hekk, kif indikat fir-Reviżjoni tal-2023 tal-WP u tal-MASP-C tal-KDU, il-Kummissjoni tistabbilixxi stadji importanti interim speċifiċi biex tiżgura l-varar bla xkiel tas-sistemi trans-Ewropej deċentralizzati u biex jiġu evitati kostijiet addizzjonali.
It-tieni, il-Kummissjoni saħħet l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għas-sistemi trans-Ewropej billi adottat approċċ aġli u iterattiv għall-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi tal-KDU. Dan il-metodu, li jinkludi l-prototipar, riżoluzzjoni rapida ta’ kwistjonijiet, u ammont ta’ xogħol ibbilanċjat kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, itejjeb il-kwalità tas-sistema u jiffaċilita progress tanġibbli. Dan l-approċċ intlaqa’ tajjeb mill-Istati Membri u min-negozjanti.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmu kollaborattiv fost il-partijiet ikkonċernati mill-bidu tal-proġetti biex ittejjeb l-attivitajiet preparatorji, tipprevjeni diffikultajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet u tiżgura t-trasparenza permezz ta’ aġġornamenti regolari tal-proġetti.
Il-Kummissjoni kompliet ukoll bil-programmi ta’ koordinazzjoni u monitoraġġ għal kull waħda mis-sistemi trans-Ewropej li jirrikjedu ħidma sostanzjali min-naħa tal-Istati Membri għall-iżvilupp tal-komponenti nazzjonali.
Aktar dettalji dwar l-attivitajiet imwettqa għall-ICS2, NCTS – Fażi 5 u AES:
·Għas-sistema trans-Ewropea ICS2, il-Kummissjoni kompliet tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-Operaturi Ekonomiċi fl-attivitajiet ta’ żvilupp tagħhom għall-ICS2 – Rilaxx 3 permezz ta’ diversi mezzi. Dan kien jinkludi l-organizzazzjoni ta’ webinars iddedikati, l-offerta ta’ assistenza permezz ta’ FAQs, u l-koordinazzjoni ta’ laqgħat plenarji biex jiġi żgurat l-allinjament tal-pjanijiet tal-proġetti mal-istadji importanti ta’ twettiq tal-IT tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, kampanji ta’ komunikazzjoni, sessjonijiet ta’ taħriġ online u dokumentazzjoni saru aċċessibbli fil-librerija pubblika CIRCABC.
·Għas-sistemi trans-Ewropej NCTS — Fażi 5 u AES, il-Kummissjoni kompliet bil-“Programm ta’ Koordinazzjoni tal-Amministrazzjoni Nazzjonali” biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-varar tal-komponenti nazzjonali tagħhom. Il-programm ġie estiż biex jissorvelja t-tranżizzjoni tal-Istati Membri u tan-negozjanti għas-sistemi tal-NCTS – Fażi 5 u tal-AES, jimmonitorja l-kontinwità operazzjonali matul it-tranżizzjoni, u jrawwem kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri. L-attivitajiet jinkludu helpdesk iddedikat, laqgħat virtwali biex jiġi mmitigat id-dewmien fl-iżvilupp tal-Istati Membri, it-tixrid ta’ informazzjoni aġġornata lill-komunità kummerċjali u r-rappurtar regolari lill-ECCG u lis-CPG. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ilha toħroġ rapporti trimestrali ta’ progress konsolidati dwar it-tranżizzjoni lejn is-sistemi l-ġodda mill-ewwel trimestru tal-2021, li jipprovdu KPIs għad-detezzjoni bikrija tat-twissijiet.
Il-Kummissjoni, ispirata mill-programmi ta’ monitoraġġ u koordinazzjoni għall-proġetti trans-Ewropej l-oħra, żiedet l-attivitajiet tagħha biex timmonitorja mill-qrib il-progress tal-iżvilupp tal-komponenti nazzjonali mill-Istati Membri għall-proġett tas-CCI u stabbiliet rapport trimestrali ta’ progress konsolidat sa mill-ewwel trimestru tal-2024. Barra minn hekk, it-tim tan-negozju tas-CCI ddedikat tal-Kummissjoni kompla bl-isforzi tiegħu biex jindirizza l-mistoqsijiet tal-Istati Membri dwar l-importazzjoni u s-simplifikazzjonijiet fl-importazzjoni bħall-iżdoganar ċentralizzat. Barra minn hekk, saru laqgħat tekniċi regolari kull ġimgħa u kull ġimagħtejn kif ukoll sessjonijiet ta’ feedback dwar l-ittestjar tal-konformità.
It-tielet, il-Kummissjoni fittxet l-input tal-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet tagħhom u l-appoġġ meħtieġ biex jiġu mmitigati r-riskji. Permezz tal-istħarriġ, l-Istati Membri esprimew li l-laqgħat bilaterali fil-livell ta’ Direttur u d-djalogu tekniku mad-DĠ TAXUD kienu ta’ benefiċċju kbir. Huma vvalutaw il-webinars tekniċi u l-attivitajiet ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-Kummissjoni bħala utli. Xi wħud issuġġerew linji gwida u taħriġ operazzjonali addizzjonali, gwida għall-operaturi ekonomiċi, u assistenza b’appoġġ għan-negozju u għarfien espert, li mbagħad tmexxew ’il quddiem mill-Kummissjoni matul l-2024.
Ir-raba’, abbażi tal-eżitu tal-istħarriġ u tad-diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri, in-nuqqas ta’ finanzjament xieraq spiss ġie żvelat bħala raġuni għad-dewmien. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sejħa l-ġdida għall-finanzjament taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI, Technical Support Instrument) 2025 għandha l-għan li tippromwovi s-sensibilizzazzjoni lill-Istati Membri għall-possibbiltà li jinkiseb appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-KDU.
Il-ħames, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħhom tal-programm diġitali tal-KDU, tliet Stati Membri (FR, MT u GR) ħadu sehem fi proġett pilota li l-Kummissjoni stabbiliet ma’ kumpanija ta’ konsulenza fi tmiem l-2023. Matul l-2024, dawn l-Istati Membri rrapportaw li l-għarfien u r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti kienu utli ħafna biex ikun hemm fehim aħjar tal-kwistjonijiet u kif dawn għandhom jiġu indirizzati u bħala tali jiġi evitat aktar dewmien.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kompliet bl-eżerċizzju biex tiġbor it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki għall-iżvilupp tal-proġetti diġitali. Għal dak il-għan, l-istħarriġ li sar fl-2024 ipprovda din l-informazzjoni u l-eżiti żdiedu mat-taqsima 1.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport.
Hekk kif qed nimxu lejn tmiem l-2025, l-Istati Membri ntalbu jissalvagwardjaw l-iskadenzi fil-WP il-ġdid tal-KDU. Baqa’ biss sena oħra għall-implimentazzjoni sħiħa tal-IT tal-KDU. Huma meħtieġa sforzi eċċezzjonali u azzjoni inmedjata biex jiġi evitat id-dewmien u biex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju tagħhom għas-sistemi trans-Ewropej. F’konformità mad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni impenjat ruħha f’korrispondenza formali mal-Istati Membri li qed jiffaċċjaw dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT.
Filwaqt li l-Kummissjoni tagħti l-appoġġ tagħha b’ħafna modi kif muri hawn fuq, ir-responsabbiltà għall-iżvilupp u għall-varar tal-komponenti u tas-sistemi nazzjonali hija tal-Istati Membri. Il-kondiviżjoni tar-rwol ġiet definita u miftiehma mal-partijiet ikkonċernati kollha mill-bidu nett u għandha tiġi rrispettata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett.
4.5Is-sitwazzjoni attwali għall-pajjiżi tat-tkabbir
Il-pajjiżi futuri tat-tkabbir tal-UE u partijiet kontraenti oħra għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu (CTC, Common Transit Convention) se jkollhom iqisu t-tranżizzjoni lejn is-sistemi elettroniċi aġġornati previsti mill-KDU u l-approċċi l-ġodda tal-IT stabbiliti mill-proposta ta’ riforma.
Il-Kummissjoni ma timmonitorjax b’mod sistematiku l-progress lejn sistemi elettroniċi sħaħ tal-pajjiżi kandidati bħala parti mill-obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 278a tal-KDU. Madankollu, bħala parti mill-istrateġija tat-tkabbir li tinkludi l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-UE, l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT tagħhom li jappoġġaw l-allinjament tagħhom mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE huwa element ewlieni fil-valutazzjonijiet regolari mwettqa mill-UE.
Il-pajjiżi kandidati se jkollhom bżonn jingħaqdu b’mod progressiv mas-sistemi tal-KDU jew jistabbilixxu dawn is-sistemi fit-triq tagħhom lejn is-sħubija fit-territorju doganali tal-UE. Skont id-data ppjanata tal-adeżjoni, dawn jistgħu jkunu meħtieġa wkoll li jissodisfaw il-funzjonalitajiet tal-Pjattaforma futura tad-Data Doganali tal-UE proposta fil-pakkett ta’ Riforma Doganali.
Fil-futur, bi tħejjija għat-tkabbir li jinvolvi l-pajjiżi kandidati, se jkun meħtieġ li jseħħu diversi attivitajiet ewlenin b’mod regolari. Dawn jinkludu r-rapportar dwar l-implimentazzjoni diġitali u l-parteċipazzjoni fl-ittestjar tal-konformità biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali tagħhom u dawk tal-Istati Membri u tal-UE. Barra minn hekk, l-UE se jkollha bżonn tivvaluta l-prestazzjoni tas-sistemi b’mod regolari.
5.Sinteżi amministrattiva u konklużjonijiet
L-implimentazzjoni tal-KDU kienet proġett kollaborattiv ikkaratterizzat minn impenn qawwi mill-partijiet ikkonċernati kollha minn meta l-Programm ta’ Ħidma tal-KDU (WP tal-KDU) ġie adottat għall-ewwel darba fl-2014.
Fl-abbozzar ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni analizzat mill-qrib id-data dwar il-progress miġbura fl-2024 u rat il-passi sinifikanti li saru mill-Istati Membri lejn il-mira tal-2025. Din id-dedikazzjoni kondiviża wasslet għal avvanzi sinifikanti fil-programm ta’ implimentazzjoni diġitali tal-KDU fl-2024, b’varar b’suċċess tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Garanzija (GUM, Guarantee Management System), ICS2 Rilaxx 3, PoUS Fażi 1 u NCTS - Fażi 5.
Madankollu, minkejja dawn il-kisbiet, xi Stati Membri għadhom qed jissieltu ma’ ċerti skadenzi tal-proġetti, b’mod partikolari għal dawk relatati mal-qasam tal-importazzjoni (NIS, TS, CCI) u mal-qasam tal-esportazzjoni (AES). Id-dewmien li jiltaqgħu miegħu xi Stati Membri għandu impatt negattiv fuq il-partijiet ikkonċernati l-oħra, jillimita l-benefiċċji u jikkawża kostijiet addizzjonali għall-Kummissjoni, għal Stati Membri oħra u għan-negozji Ewropej. Għall-Istati Membri li għadhom ma varawx l-NIS aġġornata, il-Kummissjoni għadha ma tirċevix id-data kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ sorveljanza tagħha. Għas-CCI, hemm impatt fuq in-negozji Ewropej peress li l-varar u l-benefiċċji għall-kumpaniji se jkunu disponibbli biss jekk iż-żewġ Stati Membri involuti (fejn tkun stabbilita l-kumpanija u fejn il-kumpanija tkun qed tippreżenta l-merkanzija) ikunu varaw il-komponent tas-CCI nazzjonali tagħhom. Għall-AES, hemm impatt fuq Stati Membri oħra peress li esportazzjoni indiretta li bdiet fi Stat Membru wieħed tirrikjedi l-konferma tal-ħruġ fi Stat Membru ieħor sabiex il-kumpaniji jkun jista’ jkollhom prova tal-ħruġ u jirkupraw il-VAT. Għalhekk, iż-żewġ Stati Membri jeħtieġ li jkunu jistgħu jikkomunikaw fl-istess sistema.
Jibqa’ essenzjali li l-partijiet ikkonċernati kollha jsostnu l-isforzi u jiddedikaw ir-riżorsi neċessarji biex tintlaħaq l-iskadenza finali tal-2025, peress li aktar dewmien se jkompli jkollu l-effetti konsegwenzjali tiegħu fuq Stati Membri oħra u jfixkel il-qafas operazzjonali konsistenti maħsub biex ikun ta’ benefiċċju għall-operaturi ekonomiċi kollha b’mod uniformi. Dan jimplika talbiet estiżi u intensifikati fuq ir-riżorsi għall-ittestjar tal-konformità, il-koordinazzjoni u l-manutenzjoni estiża tas-sistema addizzjonali min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni diġitali tal-KDU tiżvolġi rwol ewlieni fil-protezzjoni tad-dħul u fil-ġlieda kontra l-kummerċ inġust jew illeċitu.
Meta mqabbla mal-2023, l-isforzi u r-riżultati tal-Istati Membri issa huma aktar evidenti, u dan jiżvela firxa dejjem aktar diversa ta’ progress hekk kif noqorbu lejn is-sena finali għall-implimentazzjoni tal-KDU. Din il-varjazzjoni tenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni unifikata u immedjata biex tiġi żgurata tranżizzjoni diġitali sħiħa fl-Istati Membri kollha. Iż-żamma tal-momentum, l-indirizzar tal-ostakli u l-ilħuq tal-iskadenzi huma essenzjali għall-preżervazzjoni tal-kontinwità tan-negozju u għall-appoġġ lill-operaturi ekonomiċi hekk kif l-Unjoni tgħaddi għal ambjent doganali kompletament diġitali. Kif irrappreżentat b’mod viżwali fil-graff ta’ hawn taħt, sar ħafna xogħol u s-sena finali tal-varar tinsab fil-qrib.
Figura 5: Ħarsa Ġenerali lejn l-Ippjanar
Sal-2024, madwar 63 % tal-Istati Membri jiffaċċjaw dewmien fis-CCI Fażi 1, filwaqt li ġie rrapportat inqas dewmien f’komponenti oħra, bħall-ICS2 Rilaxx 3 u l-AES, li kull wieħed minnhom għandu impatt fuq mhux aktar minn 11 % tal-Istati Membri. Dawn id-differenzi jirriflettu livelli varjati ta’ prontezza u jindikaw li, mingħajr sforz sostnut, id-dewmien jista’ jaffettwa l-iskeda ta’ żmien kollettiva għall-implimentazzjoni sħiħa tal-KDU sal-2025.
Sabiex jintlaħaq dan l-istadju importanti kritiku, il-partijiet ikkonċernati kollha issa jeħtiġilhom jerġgħu jirdoppjaw l-enfasi u l-impenn tagħhom għall-iskedi ta’ żmien legali tal-WP tal-KDU. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkomunikat formalment mal-Istati Membri li qed jesperjenzaw dewmien, f’konformità mad-dritt tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli l-monitoraġġ u l-appoġġ mill-qrib tagħha permezz tal-involviment kemm fil-livell tal-programm kif ukoll fil-livell tal-proġett, issupplimentat minn skambji bilaterali u laqgħat plenarji mal-Istati Membri.