Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11384

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11384 – Mercedes-Benz Group/BMW/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    PUB/2023/1874

    ĠU C, C/2024/781, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/781/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/781/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/781

    11.1.2024

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.11384 – Mercedes-Benz Group/BMW/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (C/2024/781)

    1.   

    Fid-19 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Mercedes-Benz Group China Ltd. (“MBGC”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), ikkontrollata minn Mercedes-Benz Group AG,

    BMW Brilliance Automotive Ltd. (“BBA”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) ikkontrollata minn Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft.

    MBGC u BBA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ akkwist konġunt ta’ kapital reġistrat fil-kumpanija li għadha kif inħolqot.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    MBGC hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vannijiet, kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji, servizzi ta’ mobbiltà, spare parts, u topera ċentri ta’ riċerka u żvilupp,

    L-operazzjonijiet tan-negozju ta’ BBA jinkludu r-riċerka u l-iżvilupp, l-akkwist, il-produzzjoni, il-bejgħ, u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ tal-karozzi fiċ-Ċina.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali ta’ JV huma li ġejjin: L-iżvilupp u t-tħaddim ta’ network pubbliku tal-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-karozzi li jaħdmu bil-batteriji fiċ-Ċina.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11384 – Mercedes-Benz Group/BMW/JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/781/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top