EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024HB0016

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta’ Lulju 2024 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2024/16)

ECB/2024/16

ĠU C, C/2024/4411, 8.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4411/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4411/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4411

8.7.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAS-CENTRAL BANK OF CYPRUS

tat-2 ta’ Lulju 2024

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus

(BĊE/2024/16)

(C/2024/4411)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus, PricewaterhouseCoopers Limited, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(3)

Is-Central Bank of Cyprus għażel lil Baker Tilly Klitou and Partners Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Baker Tilly Klitou and Partners Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Lulju 2024.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4411/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top