Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024AP0354

P9_TA(2024)0354 — Is-servizzi tas-sigurtà ġestiti — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti (COM(2023)0208 – C9-0137/2023 – 2023/0108(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2025/3780, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3780/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3780/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3780

17.9.2025

P9_TA(2024)0354

Is-servizzi tas-sigurtà ġestiti

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti (COM(2023)0208 – C9-0137/2023 – 2023/0108(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/3780)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0208),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0137/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023  (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0307/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

3.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 349, 29.9.2023, p. 167.


P9_TC1-COD(2023)0108

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/37.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni politika mill-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2025/37 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti  (1)

Dan ir-Regolament li jemenda l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jżid il-possibbiltà li jiġu żviluppati skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti. Fl-istess ħin, huwa rikonoxxut li rieżami bir-reqqa tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà huwa tal-akbar importanza, inkluż il-valutazzjoni tal-proċeduri li jwasslu għat-tħejjija, l-adozzjoni u r-rieżami tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Dan ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq analiżi profonda u konsultazzjoni wiesgħa dwar l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-funzjonament tal-qafas Ewropew ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-analiżi mwettqa bħala parti mill-evalwazzjoni stabbilita fl-Artikolu 67 tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà għandha tinkludi attivitajiet ta’ żvilupp ta’ skemi operattivi, bħal dik li tirrigwarda l-iskema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi cloud (EUCS) kif ukoll dawk ta’ skemi adottati bħal dik li tirrigwarda l-iskema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq kriterji komuni (EUCC).

B’mod partikolari, ir-rieżami għandu jidentifika l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tal-proċeduri li jwasslu għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jfassal rakkomandazzjonijiet għal titjib futur. Għandu jindirizza wkoll aspetti relatati mal-konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati u mat-trasparenza tal-proċess.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-rieżami tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, għandha tiżgura li r-rieżami jqis kif xieraq l-elementi meħtieġa msemmija fid-dawl tal-Artikolu 67 meta jippreżenta r-rieżami lill-koleġiżlaturi.


(1)   ĠU L, 2025/37, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/37/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3780/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top