 
                This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52024AP0321
P9_TA(2024)0321 – Amending certain Regulations as regards the establishment of the Single Market Emergency Instrument – European Parliament legislative resolution of 24 April 2024 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulations (EU) 2016/424, (EU) 2016/425, (EU) 2016/426, (EU) 2019/1009 and (EU) No 305/2011 as regards emergency procedures for the conformity assessment, adoption of common specifications and market surveillance due to a Single Market emergency (COM(2022)0461 – C9-0314/2022 – 2022/0279(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2024)0321 — Emenda ta' ċerti regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2019/1009 u (UE) Nru 305/2011 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-Suq Uniku (COM(2022)0461 – C9-0314/2022 – 2022/0279(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2024)0321 — Emenda ta' ċerti regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2019/1009 u (UE) Nru 305/2011 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-Suq Uniku (COM(2022)0461 – C9-0314/2022 – 2022/0279(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2025/3747, 17.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3747/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|   | Il-Ġurnal Uffiċjali  | MT Is-serje C | 
| C/2025/3747 | 17.9.2025 | 
P9_TA(2024)0321
Emenda ta' ċerti regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2019/1009 u (UE) Nru 305/2011 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-Suq Uniku (COM(2022)0461 – C9-0314/2022 – 2022/0279(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3747)
Il-Parlament Ewropew,
| — | wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0461), | 
| — | wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0314/2022), | 
| — | wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, | 
| — | wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022 (1), | 
| — | wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2023 (2), | 
| — | wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, | 
| — | wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, | 
| — | wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0244/2023), | 
| 1. | Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; | 
| 2. | Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; | 
| 3. | Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. | 
P9_TC1-COD(2022)0279
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426, (UE) 2023/988 u (UE) 2023/1230 fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-preżunzjoni ta’ konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-suq intern
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/2748.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3747/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)