EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0553

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027

COM/2023/553 final

Brussell, 6.10.2023

COM(2023) 553 final

2023/0336(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tkopri:

   L-ammont tal-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet għas-sena 2025;

   L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għas-sena 2024;

   L-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024;

   Previżjoni mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027.

Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (id-Disa’ u l-10ar FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

(a)il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar 1 ;

(b)il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2 (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);

(c)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

(d)Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 4 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 5 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għal estensjoni oħra tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehimta’ Sħubija l-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema tiġi l-ewwel;

(e)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 6 ;

(f)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 7 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (f) fihom impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta' spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi fuq din il-proposta l-aktar tard sal-15 ta’ Novembru 2023.

    

2023/0336 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 8 u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 9 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 10 , u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2023 li tispeċifika l-ammont tal-limitu massimu tal-kontribuzzjoni għall-2025, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027.

(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877, għall-BEI u għall-Kummissjoni.

(4)Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawn il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti, ma għandhomx jerġgħu jintużaw.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2242 11 tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2024 għal EUR 1 300 000 000 12 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 809 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 9 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 1 500 000 000 13 . Dan għandu jinqasam f’EUR 1 200 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 650 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 550 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 100 000 000 għall-BEI.

Artikolu 4

L-ammont ta’ EUR 7 800 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati mill-proġetti fl-ambitu tad-Disa’ FEŻ għandu jiġi rimborżat permezz ta’ tnaqqis fil-pagament tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 stipulat fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2026 hija b’dan stabbilita għal EUR 600 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 0 għall-BEI. Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2027 hija b’dan stabbilita għal EUR 500 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 0 għall-BEI.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(3)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1-21
(4)    ĠU L 176, 01.07.2022, p.88
(5)    ĠU L 1, 3.1.2020, p.3
(6)    ĠU L 437, 28.12.2020, p.188-191
(7)    ĠU L 188 du 15.7.2022, p. 147
(8)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1
(9)    ĠU L 307, 3.12.2018, p.1
(10)    ĠU L 58, 3.3.2015, p.17-38
(11)    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2242 tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2024, l-ammont annwali għall-2023, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2023 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2025 u 2026
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.), l-Artikolu 20(5): “Meta jiġi applikat imgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-ħlas ta’ kull pagament imsemmi fl-Artikolu 19, jikkredita l-kont b’ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta’ tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jiġi qabel il-ħlas tal-pagament.”
(13)    It-tnaqqis tal-kontribuzzjoni annwali għas-sena 2024 kien diġà mħabbar lill-Istati Membri fil-Komunikazzjoni ta’ Ġunju 2023 (minn EUR 1,6 biljun għal EUR 1,5 biljun)
Top

Brussell, 6.10.2023

COM(2023) 553 final

ANNESS

ta'

Proposta għal
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027


ANNESS

L-1el pagament parzjali tal-2024 (f’EUR) li għandu jitħallas lill-Kummissjoni u lill-BEI

STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tad-9a’ FEŻ (%)

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ (%)

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-Kummissjoni + il-BEI

Il-11-il FEŻ

Rimborż mid-9a’ FEŻ

Il-11-il FEŻ bit-tnaqqis tar-rimborż tad-9a’ FEŻ

Il-11-il FEŻ

Ammont totali għall- 
1el pagament parzjali għall-2024

IL-BELĠJU

3,92

3,24927

17 870 985

305 760

17 565 225

3 249 270

20 814 495

IL-BULGARIJA

 

0,21853

1 201 915

0

1 201 915

218 530

1 420 445

IĊ-ĊEKJA

 

0.79745

4 385 975

0

4 385 975

797 450

5 183 425

ID-DANIMARKA

2.14

1.98045

10 892 475

166 920

10 725 555

1 980 450

12 706 005

IL-ĠERMANJA

23.36

20.57980

113 188 900

1 822 080

111 366 820

20 579 800

131 946 620

L-ESTONJA

 

0.08635

474 925

0

474 925

86 350

561 275

L-IRLANDA

0.62

0.94006

5 170 330

48 360

5 121 970

940 060

6 062 030

IL-GREĊJA

1.25

1.50735

8 290 425

97 500

8 192 925

1 507 350

9 700 275

SPANJA

5.84

7.93248

43 628 640

455 520

43 173 120

7 932 480

51 105 600

FRANZA

24.30

17.81269

97 969 795

1 895 400

96 074 395

17 812 690

113 887 085

IL-KROAZJA

 

0.22518

1 238 490

0

1 238 490

225 180

1 463 670

L-ITALJA

12.54

12.53009

68 915 495

978 120

67 937 375

12 530 090

80 467 465

ĊIPRU

 

0.11162

613 910

0

613 910

111 620

725 530

IL-LATVJA

 

0.11612

638 660

0

638 660

116 120

754 780

IL-LITWANJA

 

0.18077

994 235

0

994 235

180 770

1 175 005

Il-LUSSEMBURGU

0.29

0.25509

1 402 995

22 620

1 380 375

255 090

1 635 465

L-UNGERIJA

 

0.61456

3 380 080

0

3 380 080

614 560

3 994 640

MALTA

 

0.03801

209 055

0

209 055

38 010

247 065

IN-NETHERLANDS

5.22

4.77678

26 272 290

407 160

25 865 130

4 776 780

30 641 910

L-AWSTRIJA

2.65

2.39757

13 186 635

206 700

12 979 935

2 397 570

15 377 505

IL-POLONJA

 

2.00734

11 040 370

0

11 040 370

2 007 340

13 047 710

IL-PORTUGALL

0.97

1.19679

6 582 345

75 660

6 506 685

1 196 790

7 703 475

IR-RUMANIJA

 

0.71815

3 949 825

0

3 949 825

718 150

4 667 975

IS-SLOVENJA

 

0.22452

1 234 860

0

1 234 860

224 520

1 459 380

IS-SLOVAKKJA

 

0.37616

2 068 880

0

2 068 880

376 160

2 445 040

Il-FINLANDJA

1.48

1.50909

8 299 995

115 440

8 184 555

1 509 090

9 693 645

L-IŻVEZJA

2.73

2.93911

16 165 105

212 940

15 952 165

2 939 110

18 891 275

IR-RENJU UNIT*

12.69

14.67862

 

80 732 410

989 820

79 742 590

 

14 678 620

 

94 421 210

TOTAL TAL-EU-27 U R-RENJU UNIT

100.00

100.00

550 000 000

7 800 000

542 200 000

100 000 000

642 200 000

 

 

 

 

* Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża fl-2023 is-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tiegħu fil-FEŻ. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.

Top