EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0292

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023

COM/2023/292 final

Brussell, 7.6.2023

COM(2023) 292 final

2023/0175(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-proposta tikkonċerna l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jrid jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) fl-2023.

Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (jiġifieri d-9 u l-10 FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

(a)Il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar 1 ;

(b)Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2 (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);

(c)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

(d)Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 4 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 5 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għal estensjoni oħra tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehimta’ Sħubija l-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema tiġi l-ewwel;

(e)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 6 ;

(f)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 7 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Id-dokumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (f) fihom l-impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw f’livell finanzjarju lit-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet għall-kontribuzzjonijiet regolari, bħalma hi din.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.     

2023/0175 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 8 u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 9 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 10 , u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) se jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)Skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2023 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2023.

(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti (“FEŻ”). Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.

(4)Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit fil-fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawn il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew minn FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2242 11 tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2023 għal EUR 1 800 000 000 12 għall-Kummissjoni Ewropea, u għal EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023 huwa b’dan stabbilit għal EUR 750 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 650 000 000 għall-Kummissjoni, u f’EUR 100 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(3)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1-21
(4)    ĠU L 176, 01.07.2022, p.88
(5)    ĠU L 1, 3.1.2020, p.3
(6)    ĠU L 437, 28.12.2020, p.188-191
(7)    ĠU L 188 du 15.7.2022, p. 147
(8)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1
(9)    ĠU L 307, 3.12.2018, p.1
(10)    ĠU L 58, 3.3.2015, p.17-38
(11)    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2242 tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2024, l-ammont annwali għall-2023, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2023 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2025 u 2026
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.), l-Artikolu 20(5): “Meta jiġi applikat imgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-ħlas ta’ kull pagament imsemmi fl-Artikolu 19, jikkredita l-kont b’ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta’ tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jiġi qabel il-ħlas tal-pagament.”
Top

Brussell, 7.6.2023

COM(2023) 292 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2023


ANNESS

It-tieni pagament parzjali tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2023 (f’EUR)

STATI MEMBRU U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ f’%

It-tieni pagament parzjali tal-2023 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

BEI

il-11-il FEŻ

il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

21 120 255

3 249 270

24 369 525

Il-BULGARIJA

0,21853

1 420 445

218 530

1 638 975

IĊ-ĊEKJA

0,79745

5 183 425

797 450

5 980 875

ID-DANIMARKA

1,98045

12 872 925

1 980 450

14 853 375

IL-ĠERMANJA

20,57980

133 768 700

20 579 800

154 348 500

L-ESTONJA

0,08635

561 275

86 350

647 625

L-IRLANDA

0,94006

6 110 390

940 060

7 050 450

IL-GREĊJA

1,50735

9 797 775

1 507 350

11 305 125

SPANJA

7,93248

51 561 120

7 932 480

59 493 600

FRANZA

17,81269

115 782 485

17 812 690

133 595 175

IL-KROAZJA

0,22518

1 463 670

225 180

1 688 850

L-ITALJA

12,53009

81 445 585

12 530 090

93 975 675

ĊIPRU

0,11162

725 530

111 620

837 150

IL-LATVJA

0,11612

754 780

116 120

870 900

IL-LITWANJA

0,18077

1 175 005

180 770

1 355 775

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

1 658 085

255 090

1 913 175

L-UNGERIJA

0,61456

3 994 640

614 560

4 609 200

MALTA

0,03801

247 065

38 010

285 075

IN-NETHERLANDS

4,77678

31 049 070

4 776 780

35 825 850

L-AWSTRIJA

2,39757

15 584 205

2 397 570

17 981 775

IL-POLONJA

2,00734

13 047 710

2 007 340

15 055 050

IL-PORTUGALL

1,19679

7 779 135

1 196 790

8 975 925

IR-RUMANIJA

0,71815

4 667 975

718 150

5 386 125

IS-SLOVENJA

0,22452

1 459 380

224 520

1 683 900

IS-SLOVAKKJA

0,37616

2 445 040

376 160

2 821 200

IL-FINLANDJA

1,50909

9 809 085

1 509 090

11 318 175

L-IŻVEZJA

2,93911

19 104 215

2 939 110

22 043 325

IR-RENJU UNIT*

14,67862

95 411 030*

14 678 620

110 089 650*

TOTAL EU-27 u R-RENJU UNIT

100,00

650 000 000

100 000 000

750 000 000

* Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża fl-2023 is-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit fil-FEŻ għall-2023 (it-tieni u t-tielet pagamenti parzjali, jiġifieri t-total ta’ EUR 154,12 miljun). Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi. 

Top