Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0058

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u dwar proposta għal emenda tar-R.E.5

COM/2023/58 final

Brussell, 7.2.2023

COM(2023) 58 final

2023/0024(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u dwar proposta għal emenda tar-R.E.5


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (WP.29) fir-rigward tal-adozzjoni ta’ modifika għar-regolamenti attwali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u ta’ emendi għar-regolamenti tekniċi globali (GTRs) attwali tan-NU.

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1.Il-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Ftehim Parallel

L-għan tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NUKEE”) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”) u tal-Ftehim li jistabbilixxi r-regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”) huwa li jiżviluppaw rekwiżiti armonizzati li jeliminaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fil-vetturi bil-mutur bejn il-partijiet kontraenti tan-NUKEE. Għandhom l-għan ukoll li jiżguraw li l-vetturi bil-mutur joffru livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali.

Għall-UE, il-Ftehimiet daħlu fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998 u fil-15 ta’ Frar 2000 rispettivament. It-tnejn li huma amministrati mid-WP.29.

2.2. Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti

Id-WP.29 joffri qafas uniku għal regolamenti armonizzati dwar il-vetturi fuq livell dinji. Id-WP.29 huwa grupp ta’ ħidma permanenti fil-qafas istituzzjonali tan-NU li għandu mandat speċifiku u regoli ta’ proċedura speċifiċi. Huwa jaħdem bħala forum globali li jabilita diskussjonijiet miftuħin rigward ir-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur u dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u tal-Ftehim Parallel. Kull membru tan-NU u kull organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika mwaqqfa min-NU jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet tad-WP.29 u jsiru parti kontraenti għall-Ftehimiet dwar il-vetturi li jamministra d-WP.29. L-UE hija parti għal dawn il-Ftehimiet 1 .

Il-laqgħat tad-WP.29 tan-NUKEE jsiru tliet darbiet fis-sena, jiġifieri f’Marzu, f’Ġunju, u f’Novembru. Biex jirrifletti l-progress tekniku, f’kull laqgħa, id-WP.29 jista’ jadotta:

regolamenti ġodda tan-NU;

riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU;

GTRs ġodda tan-NU;

modifiki għar-regolamenti u r-riżoluzzjonijiet tan-NU skont il-Ftehim Rivedut tal-1958; kif ukoll

modifiki għall-GTRs u r-riżoluzzjonijiet tan-NU skont il-Ftehim Parallel.

Qabel kull laqgħa tad-WP.29, il-korpi sussidjarji ddedikati tad-WP.29 jiddiskutu dawn il-modifiki fil-livell tekniku.

Sussegwentement, id-WP.29 jista’ jadotta l-proposti:

b’maġġoranza kwalifikata tal-partijiet kontraenti preżenti u li jivvutaw għal proposti skont il-Ftehim Rivedut tal-1958; jew

b’vot ta’ kunsens tal-partijiet kontraenti preżenti u li jivvutaw għal proposti skont il-Ftehim Parallel.

Qabel kull laqgħa tad-WP.29, Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar:

regolamenti ġodda tan-NU, GTRs ġodda tan-NU u riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU; kif ukoll

emendi, supplimenti u rettifiki għar-regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU.

2.3. L-att previst tad-WP.29

Mis-7 sad-9 ta’ Marzu 2023, matul il-189 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta:

proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nru 13-H, 30, 48, 51, 53, 65, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164; kif ukoll

proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni konsolidata Nru 5 tan-NU.

3. POŻIZZJONI LI TRID TITTIEĦED F’ISEM L-UNJONI

Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim Rivedut tal-1958 għandu rwol ewlieni fil-kisba ta’ dan l-objettiv. Il-manifatturi tal-UE jistgħu jużaw sett komuni ta’ regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-partijiet kontraenti se jirrikonoxxu l-prodotti tagħhom bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Din l-iskema għamlitha possibbli li r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar aktar minn 50 direttiva tal-UE u jissostitwihom b’regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958.

Ir-Regolament (UE) Nru 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 isegwi approċċ simili. Jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ladarba d-WP.29 ikun adotta proposta għal regolament ġdid tan-NU jew għal modifiki għar-regolament tan-NU, is-Segretarju Eżekuttiv tan-NUKEE jinnotifika l-att korrispondenti lill-partijiet kontraenti. Sakemm partijiet kontraenti li jikkostitwixxu minoranza li timblokka ma joġġezzjonawx fi żmien 6 xhur, l-att jidħol fis-seħħ. Imbagħad, kull parti kontraenti tista’ tittrasponi l-att fir-regoli nazzjonali applikabbli tagħha. Fl-UE, il-proċess ta’ traspożizzjoni jitlesta bil-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni jeħtieġ li tiġi stabbilita rigward l-atti li ġejjin:

il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Nru 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164 tan-NU biex jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar:

l-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri;

it-tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom;

l-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl;

l-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N;

l-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3;

il-vetturi LPG;

l-ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L);

il-vetturi għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża;

il-vetturi CNG u LNG;

is-sistemi ta’ allarm u ta’ kontra s-serq;

Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab;

l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, ta’ indikaturi operatorji u ta’ indikaturi;

il-kamp ta’ viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieqa;

is-sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza fuq vetturi heavy-duty;

il-vetturi għat-trasport bit-triq ħiemda;

is-sistemi ta’ kontroll elettroniku tal-istabbilità;

l-apparati għas-sinjalar bid-dawl;

l-apparati għat-tidwil tat-triq;

l-apparati retroriflettivi;

is-sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza fuq vetturi light-duty;

is-sistemi awtomatizzati ta’ żamma tal-korsija; kif ukoll

il-prestazzjoni fuq il-borra ta’ tajers bl-istuds.

Id-WP.29 qed jippjana li jivvota għal dawn il-proposti fil-laqgħa tiegħu tas-7 sad-9 ta’ Marzu 2023.

Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar:

proposta għal modifiki tar-riżoluzzjoni konsolidata tan-NU dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl (R.E.5) ;

inventarju tal-aħjar prattiki tal-ħżin tal-ADS; kif ukoll

proposta għal Tabella 1 aġġornata fid-dokument Qafas dwar il-vetturi awtomatizzati/awtonomi

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-atti msemmijin hawn fuq minħabba li dawn jikkonformaw mal-politika tas-suq uniku tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija tal-karozzi u minħabba li huma konsistenti mal-politiki tal-Unjoni dwar it-trasport, dwar il-klima u dwar l-enerġija.

Dawn l-atti kollha għandhom impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi tal-UE u fuq il-kummerċ internazzjonali. Vot favur dawn l-atti jippromwovi l-progress teknoloġiku, joffri ekonomiji ta’ skala, jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq uniku u jiżgura li l-istandards tal-karozzi jiġu applikati bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

B’kuntrast ma’ dan, minħabba li l-UE mhix qed tapplika d-dispożizzjonijiet uniformi tar-Regolament tan-NU dwar il-lampi ta’ twissija speċjali, ma hemmx bżonn tiġi stabbilita pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-proposta għal emendi għar-Regolament Nru 65 tan-NU kkunsidrata mid-WP.29 tan-NUKEE.

L-għarfien espert estern mhuwiex rilevanti għal din il-proposta. Madankollu, il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur se jirrieżamina din il-proposta.

4.BAŻI ĠURIDIKA

4.1. Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1. Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Kunsill jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li għandhom effetti legali minħabba r-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw is-sede inkwistjoni. Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatura tal-UE” 3 .

4.1.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti

Id-WP.29 huwa korp li fih il-partijiet kontraenti tal-NUKEE jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Ftehim Parallel.

L-atti li d-WP.29 qed jintalab jadotta huma atti li għandhom effetti legali.

Ir-regolamenti tan-NU fl-att previst se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni tan-NU, se jkunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

L-atti previsti ma jissupplimentawx jew ma jemendawx il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2. Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.    Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni.

L-att previst jista’ jkollu żewġ għanijiet jew komponenti, li wieħed minnhom jista’ jiġi identifikat bħala ewlieni u l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali. F’dan il-każ, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tkun ibbażata fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, partikolarment fuq dik il-waħda għall-għan jew għall-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma l-approssimazzjoni tal-liġijiet. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE.

4.3. Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 114 tat-TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu.

2023/0024 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u dwar proposta għal emenda tar-R.E.5

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, moqri flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/K 4 E, l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 5 , l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, għall-GTRs tan-NU u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NUKEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

(5)Mis-7 sad-9 ta’ Marzu 2023, matul il-189 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164; u proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni konsolidata Nru 5 tan-NU.

(6)Ir-regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni tan-NU, se jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti.

(7)Jeħtieġ li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-Regolamenti Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157, 164 u r-riżoluzzjoni konsolidata Nru 5 tan-NU jiġu emendati jew supplimentati biex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-189 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE li se ssir mis-7 sad-9 ta’ Marzu 2023 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Il-President

   F’isem il-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(3)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, fil-kawża C-399/12, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Top

Brussell, 7.2.2023

COM(2023) 58 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 13-H, 30, 48, 51, 53, 67, 78, 105, 110, 116, 117, 121, 125, 131, 138, 140, 148, 149, 150, 152, 157 u 164, u dwar proposta għal emenda tar-R.E.5


ANNESS

Regolament Nru

Titolu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument 1

13-H

Proposta għas-Suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 13-H tan-NU (Ibbrejkjar tal-Karozzi tal-Passiġġieri) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 100, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/202

ECE/TRANS/WP.29/2023/9

30

Proposta għas-Suppliment 25 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/21

ECE/TRANS/WP.29/2023/4

48

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20

ECE/TRANS/WP.29/2023/25

48

Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20

ECE/TRANS/WP.29/2023/26

48

Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20

ECE/TRANS/WP.29/2023/27

48

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20, GRE-87-18

ECE/TRANS/WP.29/2023/28

48

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/24, GRE-87-18

ECE/TRANS/WP.29/2023/29

48

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/17 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/18 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/20 ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/24, GRE-87-18

ECE/TRANS/WP.29/2023/30

51

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament Nru 51 tan-NU (Storbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 3 u 6, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/16 kif emendat bi GRBP-76-09 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/13

ECE/TRANS/WP.29/2023/2

53

Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament Nru 53 tan-NU “Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3”

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23

ECE/TRANS/WP.29/2023/31

53

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 53 tan-NU “Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3”

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23

ECE/TRANS/WP.29/2023/32

53

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament Nru 53 tan-NU “Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3”

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/23

ECE/TRANS/WP.29/2023/33

67

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 67 tan-NU (Vetturi LPG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/21, mhux emendat u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/22 kif emendat bil-para. 19 tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/18

67

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 67 tan-NU (Vetturi LPG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/21, mhux emendat u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/22 kif emendat bil-para. 19 tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/19

78

Proposta għal Suppliment 2 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 109, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/26

ECE/TRANS/WP.29/2023/10

105

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 105 tan-NU (Vetturi għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/29 kif emendat bl-Anness III tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/20

110

Proposta għas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 110 tan-NU (Vetturi CNG u LNG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/23, ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/24 u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/25 kif emendat bl-Anness II tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/24

116

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 116 tan-NU (Sistemi ta’ allarm u ta’ kontra s-serq)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 44, abbażi ta’ GRSG-124-23 kif riprodott mill-Anness VI tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/23

117

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 18, 25 u 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/14 kif emendat bi GRBP-76-35, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/19 kif emendat bi GRBP-76-21, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/20 kif emendat bi GRBP-76-22

ECE/TRANS/WP.29/2023/5

117

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para 21 u 26, abbażi ta’

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/22, kif emendat bi GRBP-76-05 u GRBP-76-34, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/18

ECE/TRANS/WP.29/2023/6

117

Proposta għal serje ta’ emendi 04 għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 16, 22, 23 u 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/12, kif emendat bi GRBP-76-23 u GRBP-76-32, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/23, kif emendat bi GRBP-76-02, GRBP-76-33-Rev.1 u GRBP-76-24-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/17, kif emendat bi GRBP-76-31, u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/18

ECE/TRANS/WP.29/2023/8

121

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 121 tan-NU (Identifikazzjoni ta’ kontrolli, ta’ indikaturi operatorji u ta’ indikaturi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/26 kif emendat bl-Anness IV tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/21

125

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Kamp ta’ viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieqa)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/103, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/27 kif emendat bl-Anness V tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2023/22

131

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 131 tan-NU (AEBS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. Nru 84, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/23, kif emendat bi GRVA-14-57

ECE/TRANS/WP.29/2023/11

131

Proposta għal Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 131 tan-NU (AEBS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 83, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/22, kif emendat bi GRVA-14-47

ECE/TRANS/WP.29/2023/12

138

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi tat-trasport bit-triq ħiemda)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/15

ECE/TRANS/WP.29/2023/3

140

Proposta għal Suppliment 5 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/25

ECE/TRANS/WP.29/2023/13

148

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 148 tan-NU (Apparati għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2023/35

148

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 148 tan-NU (Apparati għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2023/36

149

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (Apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/22

ECE/TRANS/WP.29/2023/37

149

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (Apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2023/38

150

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 150 tan-NU (Apparati retroriflettivi)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2023/39

150

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 150 tan-NU (Apparati retroriflettivi)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ GRE-87- 24-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2023/40

152

Proposta għal Suppliment 6 għat-test oriġinali tar-Regolament Nru 152 tan-NU (AEBS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. Nru 79, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/19, kif emendat bi GRVA-14-48

ECE/TRANS/WP.29/2023/14

152

Proposta għal Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 152 tan-NU (AEBS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. Nru 80, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/20, kif emendat bi GRVA-14-49

ECE/TRANS/WP.29/2023/15

152

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 152 tan-NU (AEBS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 81, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/21, kif emendat bi GRVA-14-50

ECE/TRANS/WP.29/2023/16

157

Proposta għal Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 157 tan-NU (ALKS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/14, para. 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/16, kif emendat bi GRVA-14-43

ECE/TRANS/WP.29/2023/17

164

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 164 tan-NU (Tajers bl-istuds)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/74, para. 31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/11

ECE/TRANS/WP.29/2023/7

 

Mixxellanji

Titolu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

Riżoluzzjoni konsolidata

Proposta għall-Emenda 9 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni ta’ kategoriji ta’ sorsi tad-dawl (R.E.5)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/26

ECE/TRANS/WP.29/2023/41

Inventarju

Inventarju tal-aħjar prattiki tal-ħżin tal-ADS (Rieżami tal-attivitajiet nazzjonali / reġjonali eżistenti u t-triq ’il quddiem proposta għad-DSSAD)

ECE/TRANS/WP.29/2023/42

Dokument Qafas

Proposta għal Tabella 1 aġġornata fid-dokument Qafas dwar il-vetturi awtomatizzati/awtonomi

ECE/TRANS/WP.29/2023/43

(1)    Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti (il-189 sessjoni) | NUKEE
Top