Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11042

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 51/04

    PUB/2023/152

    ĠU C 51, 10.2.2023, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/9


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 51/04)

    1.   

    Fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    BlackRock, Inc. (BlackRock, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    AT&T Inc. (AT&T, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Gigapower, LLC (Gigapower, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollat minn AT&T.

    BlackRock u AT&T jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Gigapower.

    Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    BlackRock hija maniġer tal-investiment. BlackRock Alternatives Management, LLC, is-sussidjarja ta’ Blackrock li se takkwista kontroll bi sħab ta’ Gigapower, tikkontrolla u tiġġestixxi deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ fond li jiffoka fuq investimenti fil-katina tal-valur diġitali, tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastruttura tal-enerġija.

    AT&T hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u teknoloġija.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali ta’ Gigapower se jkunu l-inġinerija, il-kostruzzjoni, is-sjieda u t-tħaddim ta’ networks tal-fibra fl-Istati Uniti tal-Amerka, u se joperaw bħala bejjiegħa bl-ingrossa tal-fibra għall-Fornituri tas-Servizz tal-Internet u negozji oħra fl-Istati Uniti tal-Amerka.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top